25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/101


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/818

tal-24 ta’ Mejju 2022

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2021

(notifikata bid-dokument C(2022) 3305)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mir-Renju Unit, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja kkonċernata.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2021, bl-għan li l-perjodu ta’ referenza għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jiġi allinjat ma’ dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mir-Renju Unit bejn is-16 ta’ Ottubru 2020 u l-15 ta’ Ottubru 2021, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2).

(3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jipprevedi li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand ir-Renju Unit jew pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti billi l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss, jew iżżidu miegħu.

(4)

Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottometta r-Renju Unit u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lir-Renju Unit, flimkien mal-emendi li qed tipproponi.

(5)

Għall-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency”, il-kontijiet annwali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(6)

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li l-pagamenti intermedji jridu jsiru mingħajr ma jinqabeż il-kontribut totali pprogrammat tal-FAEŻR. Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, meta t-total ikkombinat tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jaqbeż il-kontribut totali pprogrammat għal programm tal-iżvilupp rurali, l-ammont li jrid jitħallas għandu jiġi llimitat għall-ammont ipprogrammat, mingħajr ħsara għal-limitu previst fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. L-ammont limitat ikun soġġett għal rimborż aktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju emendat, jew mal-għeluq tal-perjodu tal-programmazzjoni.

(7)

F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-regoli dwar l-iskadenzi tal-pagamenti għall-miżuri fi ħdan l-iżvilupp rurali fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll japplikaw mis-sena tat-talba 2019. It-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 5a tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 40 u 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u għandu jitqies f’din id-Deċiżjoni għas-sena finanzjarja 2021. Fejn xieraq, dan it-tnaqqis jista’ jiġi eżaminat, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(8)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit jenħtieġ li jħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid jissottometti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-Renju Unit irid jehmeż tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu minnu skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tar-Renju Unit li jirrappurta l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li r-Renju Unit irid juża biex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li r-Renju Unit ikun mela.

(9)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, ir-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li ma jsegwix l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom ir-Renju Unit iddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu jinsabu fir-rapport ta’ sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-punt (c)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li t-tali ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni minflok.

(10)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tqis ukoll l-ammonti li għad iridu jitħallsu mir-Renju Unit minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-FAEŻR bejn l-2007 u l-2013.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency” huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2021 u b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

L-ammonti rekuperabbli mingħand ir-Renju Unit jew pagabbli lilu fi ħdan kull wieħed mill-programmi tal-iżvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

L-ammonti li jridu jitħallsu mir-Renju Unit minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-FAEŻR, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

It-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fi ħdan kull programm tal-iżvilupp rurali huwa stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal- 11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).


ANNESS I

Nefqa tal-FAEŻR approvata mill-programm tal-Iżvilupp Rurali għas-sena finanzjarja 2021

Ammont li jrid jiġi rkuprat mingħand ir-Renju Unit jew imħallas lilu għal kull programm

Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR 2014-2020

F’Euro

 

CCI

Nefqa 2021

Korrezzjonijiet

Totali

Ammonti mhux riutilizzabbli

Ammont aċċettat approvat għas-SF 2021

Pagamenti interim rimborżati lir-Renju Unit għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat (-) mir-Renju Unit jew imħallas lilu (+)

 

 

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii - iv

vi

vii = v - vi

UK

2014UK06RDRP001

433 836 361,18

0,00

433 836 361,18

0,00

433 836 361,18

433 840 583,96

-4 222,78

UK

2014UK06RDRP002

31 916 683,06

0,00

31 916 683,06

0,00

31 916 683,06

31 916 983,22

- 300,16

UK

2014UK06RDRP003

93 984 744,63

-4 954,05

93 979 790,58

0,00

93 979 790,58

94 656 753,77

- 676 963,19

UK

2014UK06RDRP004

77 329 751,21

0,00

77 329 751,21

0,00

77 329 751,21

77 329 753,93

-2,72

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2021 - FAEŻR

Korrezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 1306/2013

 

Korrezzjonijiet marbutin mal-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2014-2020

Korrezzjonijiet marbutin mal-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013

 

Munita

Fil-munita nazzjonali

F’Euro

Fil-munita nazzjonali

F’Euro

UK

GBP

10 226,71

0,00

21 262,92

0,00

 

 

 

 

 

 


ANNESS III

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2021 - FAEŻR

Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

F’Euro

 

CCI

Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti għas-SF2021

 

 

 

UK

2014UK06RDRP001

2 069 307,56

UK

2014UK06RDRP002

0,00

UK

2014UK06RDRP003

0,00

UK

2014UK06RDRP004

0,00