|
17.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9667 — BlackRock Group/Raffles/Kellas Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 424/09)
1.
Fis-6 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Global Energy & Power Infrastructure Fund III L.P. (“GEPIF III”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għall-BlackRock Group (“BlackRock”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Raffles Infra Holdings Limited (“Raffles”, Singapore), li tappartjeni għall-GIC Group, |
|
— |
Kellas Group Holdings Limited (“Kellas Group”, ir-Renju Unit), bħalissa proprjetà ta’ Antin Infrastructure Partners Lussemburgu II S.a.r.l. u ta ċerti membri mill-management ta’ Kellas Group. |
BlackRock u l-GIC Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Kellas Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
GEPIF III hija fond li jiffoka investimenti fil-katina ta’ valur tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija. Huwa ġestit minn sussidjarja ta’ BlackRock, |
|
— |
Raffles hija veikola tal-investiment ġestita minn GIC Special Investments Private Limited (“GICSI”) li tiġġestixxi portafoll dinji ta’ investimenti fl-ekwità privata, venture capital u fondi tal-infrastruttura, kif ukoll f’investmenti diretti f’kupaniji privati. GICSI tappartjeni għall-GIC Group, |
|
— |
Kellas Group huwa negozju tal-infrastruttura midstream attiv fl-ipproċessar tal-gass naturali u ta’ likwidi tal-gass naturali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9667 — BlackRock Group//Raffles/Kellas Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).