<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-90/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0090</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:814">EU:C:2017:814</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20171026">26.10.2017</DATE> – Kawża C-90/16</P><P>The English Bridge Union</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta diretta mal-prattika ta’ sport</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Attività kkaratterizzata minn komponent fiżiku</KEYWORD><KEYWORD>Logħba ta’ duplicate contract bridge</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-90/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-tassazzjoni u taċ-Chancery), ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150901">1 ta’ Settembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>The English Bridge Union Limited</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Commissioners for Her Majesty’s Revenue &amp; Customs,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President ta’ Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, E. Juhász, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal The English Bridge Union Limited, minn M. Lewis, solicitor, u D. Ewart, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon, bħala aġent, assistit minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn The English Bridge Union Limited (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>EBU<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (amministrazzjoni fiskali u doganali tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar l-issuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-ħlasijiet tad-dħul li l-EBU tirċievi għal kompetizzjonijiet ta’ duplicate contract bridge organizzati minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/112, konformement mal-Artikoli 411 u 413 tagħha, ħassret u ssostitwixxiet, mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT, b’mod partikolari s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1) tad-Direttiva 2006/112, li jinsab fil-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, tat-Titolu IX ta’ din id-direttiva, jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jeżentaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>m)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ ċertu servizzi marbuta mill-qrib ma’ sport u edukazzjoni fiżika minn organizzazzjoniet li ma jagħmlux profitt lill persuni li jieħdu parti fl-isport jew fl-edukazzjoni fiżika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>n)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ ċertu servizzi kulturali, u l-provvista ta’ merkanzija marbuta mill-qrib magħhom, minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew minn korpi kulturali oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tar-Renju Unit</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness 9, kategorija 10 tal-Value Added Tax Act 1994 (liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud) jipprevedi l-eżenzjoni tal-VAT fuq il-provvisti marbuta mal-isport li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.P><TXT>L-għoti tad-dritt ta’ parteċipazzjoni f’kompetizzjoni sportiva jew f’attività fiżika ta’ mistrieħ meta l-korrispettiv ta’ dan id-dritt ikun somma flus intiża kollha kemm hi għall-finanzjament ta’ premju jew premjijiet mogħtija f’din il-kompetizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-għoti, minn korp eliġibbli maħluq għal raġunijiet ta’ sport jew ta’ attività fiżika ta’ mistrieħ, tad-dritt ta’ parteċipazzjoni f’kompetizzjoni f’tali qasam.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-provvista, minn korp eliġibbli lil individwu, ta’ servizzi marbutin mill-qrib mal-isport jew mal-edukazzjoni fiżika […] li fihom ikun qiegħed jieħu sehem l-individwu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-EBU huwa korp nazzjonali mingħajr skop ta’ profitt li r-rwol tiegħu huwa li jirregola u jiżviluppa d-duplicate contract bridge fl-Ingilterra. Din il-logħba tal-karti tikkostitwixxi forma ta’ logħba tal-bridge li tiġi pprattikata f’kompetizzjoni fuq livelli nazzjonali u internazzjonali, li fiha kull skwadra tilgħab suċċessivament l-istess karti servuti bħall-lagħba l-oħra fuq l-imwejjed l-oħra. B’hekk, il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita skont il-prestazzjonijiet relattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-EBU, li l-membri tagħha huma assoċjazzjonijiet reġjonali u individwi, torganizza kompetizzjonijiet ta’ duplicate contract bridge, fejn il-lagħba jħallsu dritt ta’ dħul biex jipparteċipaw. Din tħallas il-VAT fuq dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Billi kkunsidrat li dawn id-drittijiet kellhom jiġu eżentati skont l-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva 2006/112, l-EBU talbet lill-amministrazzjoni fiskali għar-rimbors ta’ din it-taxxa. Din it-talba ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-EBU ppreżentat rikors quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-prim’istanza (awla tat-tassazzjoni), ir-Renju Unit], li kkonfermat iċ-ċaħda tat-talba tagħha, filwaqt li awtorizzatha tappella.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Quddiem l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-tassazzjoni u taċ-Chancery), ir-Renju Unit], l-EBU ssostni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva 2006/112 ma għandux neċessarjament jinkludi komponent ta’ attività fiżika sinifikanti, peress li l-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni huwa li jiffavorixxi l-attivitajiet benefiċi għas-saħħa fiżika jew mentali ta’ dawk li jipprattikawhom regolarment u peress li l-attività intellettwali hija importanti daqs l-attività fiżika. B’hekk, attività kkaratterizzata minn komponent mentali sinifikanti li tiġi pprattikata f’kompetizzjoni, bħad-duplicate contract bridge, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali topponi dan l-argument minħabba li t-termini tal-imsemmi Artikolu 132(1)(m) li jgħidu li huma eżenti ċerti provvisti ta’ servizzi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>marbuta mill-qrib ma’ sport u edukazzjoni fiżika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jimplikaw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandu jinvolvi komponent fiżiku sinifikanti. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni sostnuta mill-EBU tmur kontra l-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta tal-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li d-duplicate contract bridge jeħtieġ kompetenzi intellettwali għolja, bħall-loġika, ir-raġunament laterali, l-istrateġija jew il-memorja, u li l-prattika regolari tiegħu tgħin kemm is-saħħa mentali kif ukoll dik fiżika. B’hekk, din tistaqsi jekk sport imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tal-moħħ<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, bħal din il-logħba, jidħolx taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li qieset li dan it-terminu għandu jirċievi tifsira awtonoma u applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha, l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-tassazzjoni u taċ-Chancery)] ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>Liema huma l-karatteristiċi essenzjali li attività għandu jkollha sabiex din tkun <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112[…]? Attività għandha b’mod partikolari tinkludi element fiżiku sinjifikattiv (jew mhux insinjifikattiv) li jkun determinanti għar-riżultat tagħha jew huwa biżżejjed li din tkun tinvolvi element mentali sinjifikattiv li jkun determinanti għar-riżultat tagħha?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-duplicate contract bridge huwa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-VAT?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif jirriżulta mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, id-duplicate contract bridge huwa logħba tal-karti li timplika sforzi u kompetenzi ta’ natura intellettwali, li l-komponenti fiżika tagħha jidher negliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li attività, bħad-duplicate contract bridge, li hija kkaratterizzata minn komponenti fiżika li tidher negliġibbli, tidħol fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’hekk, f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex mitluba tiddetermina t-tifsira tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> b’mod ġenerali, iżda biex dan jiġi interpretat fil-kuntest tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u, b’mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva fil-qasam ta’ eżenzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 132 tad-direttiva msemmija jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li għandhom bħala għan li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Canterbury Hockey Club u Canterbury Ladies Hockey Club</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-253/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:571">EU:C:2008:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>VDP Dental Laboratory et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-144/13, C-154/13 u C-160/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:116">EU:C:2015:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe definizzjoni, fid-Direttiva 2006/112, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ din il-kelma għandha tiġi stabbilita, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mas-sens abitwali tagħha fil-lingwaġġ kurrenti, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih tintuża u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Deckmyn u Vrijheidsfonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-201/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2132">EU:C:2014:2132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Envirotec Denmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-550/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:354">EU:C:2016:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tas-sens tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fil-lingwa kurrenti, dan normalment jirreferi, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 23 tal-konklużjonijiet tiegħu, għal attività ta’ natura fiżika jew, fi kliem ieħor, attività kkaratterizzata minn komponenti mhux negliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tat-test tad-Direttiva 2006/112, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-termini użati sabiex jindikaw l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati b’mod strett, peress il dawn jikkostitwixxu derogi mill-prinċipju ġenerali li jgħid li l-VAT tinġabar fuq kull provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas minn persuna taxxabbli. Madankollu, din ir-regola ta’ interpretazzjoni stretta ma tfissirx li t-termini użati sabiex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet imsemmija għandhom jiġu interpretati b’mod li jċaħħadhom mill-effetti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041118">18 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Temco Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-284/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:730">EU:C:2004:730</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-22/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:118">EU:C:2016:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, kif jindika t-titolu tal-kapitolu li jinsab fih l-Artikolu msemmi, l-eżenzjonijiet previsti minnu għandhom l-għan li jiffavorixxu ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali, madankollu dawn l-eżenzjonijiet jikkonċernaw mhux lill-attivitajiet ta’ interess ġenerali kollha, iżda biss dawk li huma elenkati u deskritti b’mod dettaljat ħafna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<?PAGE NO="5"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>VDP Dental Laboratory et</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-144/13, C-154/13 u C-160/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:116">EU:C:2015:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’hekk, l-eżami tal-kuntest tal-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva 2006/112 jindika favur interpretazzjoni li tgħid li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li jinsab f’din id-dispożizzjoni huwa limitat għal attivitajiet li jirrispondu għas-sens abitwali tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li huma kkaratterizzati minn komponent fiżiku mhux negliġibbli, mingħajr ma jestendi għall-attivitajiet kollha li jistgħu, minn angolu jew minn ieħor, jiġu assoċjati ma’ dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, finalment, l-għan tal-Artikolu 132(1)(m) tad-direttiva msemmija, għandu jitfakkar li l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jiġu ffavoriti ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali, jiġifieri servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika li huma pprovduti minn korpi mingħajr skop ta’ profitt lil persuni li jipprattikaw l-isport jew l-edukazzjoni fiżika, u b’hekk hija intiża biex tippromwovi tali prattika minn parti kbira mill-popolazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Bridport and West Dorset Golf Club</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-495/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:861">EU:C:2013:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ċertament, kif issostni l-EBU u hekk kif jirriżulta mill-fajl ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, id-duplicate contract bridge jirrikjedi b’mod partikolari l-loġika, il-memorja, l-istrateġija jew ir-raġunament laterali u jikkostitwixxi attività benefika għas-saħħa mentali u fiżika ta’ dawk li jipprattikawh regolarment. Madankollu, anki meta dawn ikunu ta’ benefiċċju għas-saħħa fiżika u mentali, attivitajiet li jkunu purament ta’ serħan u ta’ rilassament ma jidħlux taħt id-dispożizzjoni msemmija (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-22/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:118">EU:C:2016:118</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li attività tiffavorixxi s-saħħa fiżika u mentali ma huwiex, waħdu, element suffiċjenti biex jiġi konkluż li din tidħol fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatt li attività li tiffavorixxi l-benesseri fiżiku u mentali tiġi pprattikata f’kompetizzjoni ma jippermettix konklużjoni differenti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva 2006/112 ma jeħtieġx, sabiex ikun applikabbli, li l-attività sportiva tkun ipprattikata fuq livell partikolari, pereżempju fuq livell professjonali, u lanqas li l-attività sportiva inkwistjoni tkun ipprattikata b’mod partikolari, jiġifieri b’mod regolari jew organizzat jew sabiex il-persuni jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet sportivi (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Bridport and West Dorset Golf Club</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-495/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:861">EU:C:2013:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li n-natura kompetittiva ta’ attività ma tistax minnha nnifisha tkun biżżejjed biex tibbaża l-kwalifika tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fin-nuqqas ta’ komponent fiżiku mhux negliġibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 21 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva huwa intiż biex jiddefinixxi, b’mod limitattiv, ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali li għandhom jibbenefikaw, b’mod eċċezzjonali, minn eżenzjoni tal-VAT. Għaldaqstant, peress li, għall-motivi esposti fil-punti 19 sa 25 ta’ din is-sentenza, interpretazzjoni tal-portata tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(m) tad-direttiva msemmija b’mod li tinkludi fiha attivitajiet li jinkludu komponent fiżiku li jidher negliġibbli tikkostitwixxi qari estensiv tad-dispożizzjoni msemmija, tali interpretazzjoni ma tistax tkun konformi la mar-regola ta’ interpretazzjoni stretta tal-eżenzjonijiet tal-VAT u lanqas għal dan l-għan ta’ delimitazzjoni stretta tal-eżenzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-kliem tal-imsemmi Artikolu 132(1)(m) kif ukoll mill-interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li din id-dispożizzjoni tirrigwarda biss attivitajiet ikkaratterizzati minn komponent fiżiku mhux negliġibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni ma tippreġudikax il-kwistjoni jekk attività li tinvolvi attività fiżika li tidher negliġibbli tistax, jekk ikun il-każ, tirrileva mil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>servizzi kulturali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 132(1)(n) ta’ din id-direttiva, meta tali attività tokkupa, fid-dawl tal-prattika tagħha, tal-istorja tagħha, u tat-tradizzjonijiet li tappartjeni għalihom, fi Stat Membru partikolari, pożizzjoni tali fil-patrimonju soċjali u kulturali ta’ dan il-pajjiż, li tista’ titqies li tifforma parti mill-kultura tiegħu. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 77/388 kienet tagħti marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali eżentati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170215">15 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>British Film Institute</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-592/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:117">EU:C:2017:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività, bħad-duplicate contract bridge, li hija kkaratterizzata minn komponenti fiżika li tidher negliġibbli, ma tidħolx fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 132(1)(m) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li attività, bħad-duplicate contract bridge, li hija kkaratterizzata minn komponenti fiżika li tidher negliġibbli, ma tidħolx fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sport<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>