<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑299/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0299</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:501">EU:C:2013:501</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130718">18.7.2013</DATE> — KAWŻA C-299/12</P><P>GREEN – SWAN PHARMACEUTICALS CR</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1924/2006</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Punt 6 tal-Artikolu 2(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 28(2)</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti li juru trade marks jew marki tad-ditta</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri tranżitorji</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-299/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20120618">18 ta’ Ġunju 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Green – Swan Pharmaceuticals CR, a.s.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn J. Malenovský, President ta’ Awla, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u S. Šindelková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u P. Němečková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-punt 6 tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="404" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2006">ĠU L 404, p. 9</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="012" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 12, p. 3</REF.DOC.OJ>), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-<DATE ISO="20100209">9 ta’ Frar 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="037" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2010">ĠU L 37, p. 16</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1924/2006<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Green – Swan Pharmaceuticals CR, a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Green – Swan Pharmaceuticals<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u s-Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát (ispettorat ċentrali tal-awtorità nazzjonali ta’ kontroll agroalimentari) fir-rigward tal-kwalifika ta’ komunikazzjoni dwar l-ippakkjar ta’ suppliment tal-ikel.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1924/2006 jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jarmonizza d-disposizzjonijiet stipulati b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern filwaqt li jkun provdut livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għal indikazzjonijiet dwar in- nutrizzjoni u s-saħħa magħmula f’komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta’ ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur aħħari.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Trade mark, marka ta’ ditta jew isem ornamentali li jidher fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta’ xi ikel li jistgħu jinftiehmu bħala indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, kemm-il darba jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni relatata dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa f’dik it-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir- Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jagħti d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>indikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser kull messaġġ jew rappreżentazzjoni, li mhix obbligatorja skond il-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali, inklużi rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi, f’kull forma, li jiddikjaraw, jissuġġerixxu jew jimplikaw li xi ikel għandu karetteristiċi partikolari;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>indikazzjoni dwar is-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull indikazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn kategorija ta’ ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser indikazzjoni dwar vantaġġ għas-saħħa li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li l-konsum ta’ kategorija ta’ ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu jnaqqsu b’mod sinifikanti fattur ta’ riskju fl-iżvilupp ta’ xi marda tal-bniedem;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Prinċipji ġenerali għall-indikazzjonijiet kollha<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw fit- tikketti, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ ikel imqiegħed fis-suq fil- Komunità biss jekk ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir- Regolament.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu projbiti sakemm ma jkunux konformi mal-ħtiġijiet ġenerali tal-Kapitolu II u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dan il-Kapitolu u jkunu awtorizzati skond dan ir-Regolament u inklużi fil-listi ta’ indikazzjonijiet awtorizzati previsti fl-Artikoli 13 u 14.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1924/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Indikazzjonijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta’ mard u indikazzjonijiet relatati ma’ l-iżvilupp u mas-saħħa tat-tfal<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi kif ġej fis-subartikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Minkejja l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjonijiet li ġejjin jistgħu jsiru fejn ġew awtorizzati b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikoli 15, 16, 17 u 19 ta’ dan ir-Regolament għall-inklużjoni f’lista Komunitarja ta’ tali allegazzjonijiet [indikazzjonijiet] permessi flimkien mal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-użu ta’ dawn l-indikazzjonijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tnaqqis fl-indikazzjonijiet ta’ riskju ta’ mard,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament, li jikkonċerna r-Reġistru Komunitarju, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm Reġistru Komunitarju dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jsiru fuq l-ikel, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ir-Reġistru<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-Reġistru għandu jinkludi dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom kif imniżżel fl-Anness;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>restrizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 4(5);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom previsti fl-Artikoli 13(3) u (5), 14(1), 19(2), 21, 24(2) u 28(6) u l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3) [Artikolu 23(3)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>lista ta l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġew rifjutati u r-raġuni għal dan.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Miżuri transitorji<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi fis-subartikolu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Prodotti li jġibu trade marks jew marki tad-ditta li jkunu diġà jeżistu qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u li ma jkunux konformi ma’ dan ir- Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa <DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>, wara liema terminu ta’ żmien għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Ċeka</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2) tal-Liġi nru 110/1997 Sb. dwar il-prodotti tal-ikel u tat-tabakk li temenda u tikkompleta ċerti liġijiet konnessi (zákon č. 110/1997 Sb., o potravinách a tabákových výrobcích a o změně a doplnění některých souvisejících zákonů), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi li l-operatur ta’ impriża tal-ikel twettaq ksur amministrattiv meta:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>a)</NO.P><TXT>jikser l-obbligu li jikkonforma ruħu mal-provvedimenti li jikkonċernaw is-sigurtà tal-prodotti tal-ikel stabbilit bid-dispożizzjonijiet direttament applikabbli tad-dritt tal-Komunitajiet [...], li jirregolaw ir-rekwiżiti fil-qasam tal-prodotti tal-ikel, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>permezz ta’ aġir li ma huwiex dak imsemmi fil-punt a), huwa jikser obbligu stabbilit bid-dispożizzjonijiet direttament applikabbli tad-dritt tal-Komunitajiet [...], li jirregolaw ir-rekwiżiti fil-qasam tal-prodotti tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li Green – Swan Pharmaceuticals qiegħdet fis-suq Ċek, qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, suppliment tal-ikel imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>GS Merilin<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Dan ġie kkummerċjalizzat permezz ta’ komunikazzjoni li tinsab fl-imballaġġ tagħha li kienet tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dan il-prodott jinkludi suppliment ta’ kalċju u vitamina D3, li jikkontribwixxi sabiex jitnaqqas fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ osteoporożi u ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Barra minn hekk, it-trade mark nazzjonali GS Merilin ġiet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka fid-<DATE ISO="20031029">29 ta’ Ottubru 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE>, l-Inspektorát Státní zemědělské a potravinářské inspekce (awtorità nazzjonali ta’ kontroll agroalimentari) qies li Green – Swan Pharmaceuticals kienet qiegħdet fuq l-imballaġġ tas-suppliment tal-ikel GS Merilin indikazzjonijiet ta’ saħħa bi ksur tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1924/2006. L-imsemmija awtorità ddeduċiet li din il-kumpannija kienet wettqet il-ksur amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 17(2)(b) tal-Liġi nru 110/1997 Sb., fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, u kkundannaha tħallas multa li tammonta għal CZK 200 000.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Green – Swan Pharmaceuticals ippreżentat ilment kontra din id-deċiżjoni tal-Inspektorát Státní zemědělské a potravinářské inspekce, fejn sostniet b’mod partikolari li l-komunikazzjoni li kienet tinsab fuq l-imballaġġ tas-suppliment tal-ikel GS Merilin ma setgħetx titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>indikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 1924/2006. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110214">14 ta’ Frar 2011</DATE>, is-Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát ċaħdet dan l-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Green – Swan Pharmaceuticals ippreżentat appell kontra din l-aħħar deċiżjoni quddiem il-Krajský soud v Brně (qorti reġjonali ta’ Brno). Hija sostniet b’mod partikolari li l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 kien japplika għas-suppliment tal-ikel GS Merilin minħabba l-fatt li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-prodotti bħala tali u mhux għat-trade marks jew għall-marki tad-ditta li<?PAGE NO="5"?> jindikaw dawn il-prodotti. Hija invokat ukoll il-punt 6 tal-Artikolu 2(2) tal-istess regolament billi osservat li, f’dan il-każ, il-komunikazzjoni li tinsab fuq l-imballaġġ tal-suppliment tal-ikel GS Merilin ma tiddikjarax u lanqas ma tissuġġerixxi tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ta’ fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Krajský soud v Brně ċaħdet ir-rikors ta’ Green – Swan Pharmaceuticals. Din il-qorti qieset li l-komunikazzjoni li kienet tinsab fuq l-imballaġġ tas-suppliment tal-ikel GS Merilin hija indikazzjoni ta’ saħħa, fis-sens tar-Regolament Nru 1924/2006, u li, fir-rigward tal-indikazzjonijiet dwar it-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard, huma biss dawk li ġew approvati mill-Kummissjoni, fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 14 tal-istess regolament, li jistgħu jintużaw fl-etikettar u fil-preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Green – Swan Pharmaceuticals ippreżenta appell kontra l-imsemmija sentenza tal-Krajský soud v Brně devant le Nejvyšší správní soud billi sostniet mill-ġdid li l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 kien jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tas-suppliment tal-ikel ikkonċernat ladarba din id-dispożizzjoni kienet tagħmel riferiment għall-prodotti bħala tali. F’dan ir-rigward, din il-kumpannija żvelat id-differenza fir-redazzjoni bejn l-imsemmija dispożizzjoni u l-Artikolu 1(3) tal-istess regolament, li jirreferi għat-trade mark u għall-marka tad-ditta li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew ta’ saħħa. Is-suppliment tal-ikel GS Merilin għalhekk jaħrab mis-sistema tal-imsemmi regolament sad-<DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>. L-imsemmija kumpannija sostniet ukoll li l-Krajský soud v Brně jmissha eżaminat jekk l-indikazzjoni li tinsab fuq l-imballaġġ tas-suppliment tal-ikel GS Merilin kinitx tinvolvi tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ta’ riskju ta’ mard, fid-dawl tal-kliem tal-punt 6 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti ta’ rinviju tqis li indikazzjoni ta’ saħħa ma għandhiex neċessarjament tinkludi l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u lanqas espressjoni tal-istess natura sabiex tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Fil-każ kuntrarju, l-għażla ta’ kliem kemxejn differenti jippermetti li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1924/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-perspettiva tal-konsumatur medju, prodott tal-ikel li jinkludi indikazzjoni ta’ saħħa li tiddikjara jew tissuġġerixxi effett sinjifikanti fuq it-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard ma jiġix ipperċepit bħala li jippreżenta valur ikbar minn prodott li ma jkollux din l-indikazzjoni. F’dan is-sens, ir-reġistru tal-allegazzjonijiet nutrizzjonali u ta’ saħħa li jikkonċerna l-prodotti tal-ikel, bħal ma hu previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1924/2006, juri li l-indikazzjonijiet ta’ saħħa dwar it-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard diġà eżaminati mill-Awtorità Ewropea ta’ Sigurtà tal-Ikel u approvati mill-Kummissjoni ma jinkludu la l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u ebda kelma oħra bl-istess tifsira.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti ta’ rinviju tqis li l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 ma japplikax għall-kawża prinċipali, peress li l-indikazzjoni inkwistjoni ma hi la trade mark u lanqas marka tad-ditta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Il-qorti ta’ rinviju żżid li, kieku kellu jitqies li din id-dispożizzjoni hija applikabbli, l-interpretazzjoni li hija teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament il-prodotti kollha eżistenti qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> ma jkunx jagħmel sens inkwantu l-imsemmi regolament jirregola l-etikettar tal-prodotti tal-ikel.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li n-Nejvyšší správní soud iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>L-istqarrija [indikazzjoni] dwar vantaġġ għas-saħħa li tgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>dan il-prodott fih supplement tal-kalċju u vitamina D3, li jikkontribwixxi sabiex inaqqas fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ osteoporożi u ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> hija stqarrija ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel , hekk kif emendat<?PAGE NO="6"?> bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-<DATE ISO="20100209">9 ta’ Frar 2010</DATE>, anki jekk hija ma tindikax b’mod ċar li l-konsum ta’ dan il-prodott inaqqas b’mod sinjifikattiv fattur ta’ riskju ta’ żvilupp tal-marda ċċitata iktar ’il fuq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament [...] Nru 1924/2006 [...] jinkludi wkoll il-komunikazzjonijiet kummerċjali li jidhru fuq l-imballaġġ tal-prodott?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-miżuri tranżitorji previsti fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament [...] Nru 1924/2006 [...] jistgħu jkunu interpretati bħala li jirreferu għall-ikel (kollu) li kien jeżisti qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, jew bħala li jirreferu għall-ikel li kien ġie kopert b’trade mark jew b’marka tad-ditta u li, taħt din il-forma, kien jeżisti diġà qabel din id-data?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti ta’ rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 6 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, indikazzjoni tas-saħħa għandha neċessarjament tindika espliċitament li l-konsum ta’ kategorija ta’ prodotti tal-ikel, ta’ prodott tal-ikel jew ta’ wieħed mill-komponenti tiegħu jirriduċi b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>indikazzjoni dwar is-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, hija ddefinita skont ir-relazzjoni li għandha teżisti bejn prodott tal-ikel jew wieħed mill-komponenti tiegħu, minn naħa, u s-saħħa, min-naħa l-oħra, fejn din id-definizzjoni ma tipprovdi ebda preċiżazzjoni la fir-rigward tan-natura diretta jew indiretta li għandu jkollha din ir-relazzjoni u lanqas fir-rigward tal-intensità jew tat-tul tagħha, bil-konsegwenza li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>relazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandu jinfthiem b’mod wiesa’ (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, Deutsches Weintor, C-544/10, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fost l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa, il-punt 6 tal-Artikolu 2(2) jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>indikazzjoni dwar vantaġġ għas-saħħa li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li l-konsum ta’ kategorija ta’ ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu jnaqqsu b’mod sinifikanti fattur ta’ riskju fl-iżvilupp ta’ xi marda tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tissuġġerixxi jew timplika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jirriżulta li l-kwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tirrikjedix li tali indikazzjoni turi espliċitament li l-konsum ta’ prodott tal-ikel inaqqas b’mod sinjifikattiv fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem. Jeħtieġ sempliċement li din l-indikazzjoni tista’ tipproduċi fi ħdan il-konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat l-impressjoni li t-tnaqqis ta’ fattur ta’ riskju huwa sinjifikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-użu ta’ formulazzjoni kategorika li l-konsum tal-prodott tal-ikel ikkonċernat inaqqas – jew jikkontribwixxi sabiex inaqqas – tali fattur ta’ riskju jista’ jagħti lok fi ħdan l-imsemmi konsumatur l-impressjoni ta’ tnaqqis sinjifikattiv tal-imsemmi riskju. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif tissuġġerixxi l-qorti ta’ rinviju, sabiex tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, indikazzjoni dwar is-saħħa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandhiex neċessarjament tinkludi l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> jew kelma li għandha l-istess tifsira.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 6 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, indikazzjoni dwar is-saħħa ma għandhiex neċessarjament tindika espliċitament li l-konsum ta’ kategorija ta’ prodotti tal-ikel, ta’ prodott tal-ikel jew ta’ wieħed mill-komponenti tiegħu inaqqas b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti ta’ rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fuq l-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel jista’ jikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, il-prodotti li għandhom trade mark jew marka tad-ditta eżistenti qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u li ma humiex konformi mal-imsemmi regolament jistgħu jkomplu jiġu kkummerċjalizzati sad-<DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1(2) tiegħu, ir-Regolament Nru 1924/2006 għandu japplika għall-indikazzjonijiet nutrizzjonali u dwar is-saħħa fformulati fil-komunikazzjonijiet ta’ natura kummerċjali, sew jekk jidhru fit-tikketti kif ukoll fil-preżentazzjoni tal-prodotti tal-ikel jew fir-reklamar magħmul fir-rigward tagħhom, ġaladarba l-prodotti tal-ikel inkwistjoni huma intiżi sabiex jiġu forniti bħala tali lill-konsumatur finali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif isemmi l-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1924/2006, trade mark jew marka tad-ditta kif ukoll, mill-bqija, isem ta’ fantażija, li jidhru fit-tikketta jew fil-preżentazzjoni ta’ prodott tal-ikel jistgħu jikkostitwixxu indikazzjoni dwar is-saħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, hekk kif issostni l-Kummissjoni, għalkemm il-komunikazzjonijiet ta’ natura kummerċjali ma jistgħux jiġu kkunsidrati, bħala regola ġenerali, bħala trade marks jew marki kummerċjali, ma jistax jiġi eskluż li tali komunikazzjoni li tinsab fil-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel fl-istess waqt tikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta. B’hekk, tali komunikazzjoni tista’ tikkostitwixxi dan it-trade mark jew din il-marka tad-ditta biss jekk tkun protetta, bħala tali, mil-leġiżlazzjoni applikabbli. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jikkaratterizzaw il-kawża li biha hija adita, jekk tali komunikazzjoni effettivament hijiex trade mark jew marka tad-ditta hekk protetta.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fl-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel jista’ jikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li tkun protetta, bħala tali trade mark jew marka tad-ditta, bil-leġiżlazzjoni applikabbli. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jikkaratterizzaw il-kawża li biha hija adita, jekk tali komunikazzjoni hijiex effettivament trade mark jew marka tad-ditta hekk protetta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti ta’ rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-prodotti tal-ikel kollha li kienu jeżistu qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> jew anki prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta u li, taħt din il-forma, kienu diġà jeżistu qabel din id-data.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 1924/2006 ma jikkonċernax il-prodotti tal-ikel fihom infushom, iżda l-indikazzjonijiet nutrizzjonali u dwar is-saħħa li jikkonċernaw dawn il-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>B’hekk, skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament Nru 1924/2006, it-trade mark jew il-marka tad-ditta li tidher fit-tikketta jew fil-preżentazzjoni ta’ prodott tal-ikel jew fir-reklamar magħmula fir-rigward tagħha u li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jkunu suġġetti għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni previsti mill-imsemmi regolament, bil-kundizzjoni li din it-tikketta, din il-preżentazzjoni jew dan ir-reklamar jinkludi wkoll indikazzjoni nutrizzjonali jew ta’ saħħa korrispondenti li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hekk kif isostnu l-gvern Ċek u l-Kummissjoni, l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, li jinkludi miżura derogatorja u tranżitorja, jirreferi biss għal trade mark jew għal marka tad-ditta li diġà kienet qed teżisti qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u li tista’ tiġi kkunsidrata bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament. Il-prodotti li għandhom tali trade mark jew tali marka tad-ditta jistgħu jkomplu jiġu kkummerċjalizzati sad-<DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirreferi biss għall-prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament u li kienu jeżistu taħt din il-forma qabel l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 6 tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-<DATE ISO="20100209">9 ta’ Frar 2010</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>indikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, indikazzjoni dwar is-saħħa ma għandhiex neċessarjament tindika espliċitament li l-konsum ta’ kategorija ta’ prodotti tal-ikel, ta’ prodott tal-ikel jew ta’ wieħed mill-komponenti tiegħu inaqqas b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ marda tal-bniedem.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 116/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li komunikazzjoni ta’ natura kummerċjali li tinsab fl-imballaġġ ta’ prodott tal-ikel jista’ jikkostitwixxi trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li tkun protetta, bħala tali trade mark jew marka tad-ditta, bil-leġiżlazzjoni applikabbli. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, fir-rigward tal-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi li jikkaratterizzaw il-kawża li biha hija adita, jekk tali komunikazzjoni hijiex effettivament trade mark jew marka tad-ditta hekk protetta.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 28(2) tar-Regolament Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 116/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirreferi biss għall-prodotti tal-ikel li għandhom trade mark jew marka tad-ditta li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikazzjoni nutrizzjonali jew dwar is-saħħa fis-sens ta’ dan ir-regolament u li kienu jeżistu taħt din il-forma qabel l <DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="9"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>