|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1766 |
21.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1766
tat-13 ta’ Ġunju 2024
li taħtar membru, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, (1)
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Netherlandiż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Ody NEISINGH, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sa Marjolein QUIST, Programma manager Gender en Duurzame Economie bij WO = MEN Dutch Gender Platform (Maniġer tal-Programm dwar il-Ġeneru u l-Ekonomija Sostenibbli f’WO = MEN, Pjattaforma Netherlandiża dwar il-Ġeneru), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Marjolein QUIST, Programma manager Gender en Duurzame Economie bij WO = MEN Dutch Gender Platform (Maniġer tal-Programm dwar il-Ġeneru u l-Ekonomija Sostenibbli f’WO = MEN, Pjattaforma Netherlandiża dwar il-Ġeneru), hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
N. DE MOOR
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/853/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1392/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1766/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)