|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6347 |
21.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12225 – LONE STAR FUNDS / HILLENBRAND)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6347)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lone Star Fund XII, L.P. (l-Istati Uniti), affiljata ta’ Lone Star Funds (“Lone Star”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Hillenbrand, Inc. (“Hillenbrand”, L-Istati Uniti). |
Lone Star se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hillenbrand.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-15 ta’ Ottubru 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Lone Star hija ditta ta’ ekwità privata li tirrakkomanda fondi li jinvestu globalment fi proprjetà immobbli, f’ekwità, fi kreditu u f’assi finanzjarji oħra, Lone Star organizzat 25 fond ta’ ekwità privata, |
|
— |
Hillenbrand hija kumpanija nnegozjata pubblikament li tipprovdi tagħmir tal-ipproċessar maħdum ħafna u soluzzjoni lill-klijenti fil-livell globali għal firxa wiesgħa ta’ swieq finali, inklużi plastik durabbli, ikel, u riċiklaġġ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12225 — LONE STAR FUNDS / HILLENBRAND
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni/Directorate-General for Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6347/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)