|
11.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 210/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 717/2010
tas-6 ta' Awwissu 2010
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Janusz LEWANDOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
|
Prodott (hekk imsejjaħ “sensur tat-temperatura tal-gass tal-egżost”) magħmul minn:
It-termistru huwa kapaċi jbiddel ir-reżistenza li għandu skont it-temperatura. Meta mqabbad, dan il-bdil fir-reżistenza jipproduċi bdil fil-kurrent tal-elettriku, li huwa trażmess lis-sistema li timmaniġġja l-magna. Il-prodott ma jistax jikkonverti l-eżitu tal-kurrent tal-elettriku f’kejl tat-temperatura jew juri t-temperatura. |
8533 40 10 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kitba fil-kodiċi NM 8533 , 8533 40 u 8533 40 10 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9025 bħala termometru jew bħala parti minnu hija eskluża peress li l-prodott la jista’ jkejjel t-temperatura u lanqas ma jista’ juriha. Il-prodott huwa reżistur mhux lineari li jiddependi fuq it-temperatura (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata. Noti għall-intestatura 8533 (A)(5)) u għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt is-sottointestatura 8533 40 bħal reżisturi varjabbli oħra. |