Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur ta’ l-Artikolu 56 KE – Dispożizzjoni nazzjonali li f’ċerti każijiet tipprovdi għall-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ vot fl-impriżi tas-settur ta’ l-enerġija.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi żamm fis-seħħ miżuri bħal dawk previsti fis-sebgħa u għoxrin dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 55/1999 tad-29 ta’ Diċembru 1999, dwar miżuri fiskali, amministrattivi u ta’ ordni soċjali, fit-test ta’ din id-dispożizzjoni redatt fl-Artikolu 94 tal-Liġi 62/2003 tat-30 ta’ Diċembru 2003, li jillimitaw id-drittijiet ta’ vot marbuta ma’ l-ishma miżmuma minn entitajiet pubbliċi fl-impriżi Spanjoli li joperaw fis-settur ta’ l-enerġija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 KE.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.