5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

830


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2006/698/KE fir-rigward ta' estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5783)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/931/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipola l-prinċipji u l-ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel u li jistipola proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/698/KE tas-16 ta' Ottubru 2006 dwar miżuri ta' emerġenza li japplikaw għall-prodotti tal-ħut impurtati mill-Brażil u intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2006,

(2)

L-awtoritajiet Brażiljani riċentement ħadu miżuri fir-rigward tan-nuqqasijiet iġeniċi fl-immaniġġjar tal-prodotti tal-ħut identifikati mill-Ispetturi tal-Komunità.

(3)

Madankollu, hemm bżonn ta' aktar spezzjonijiet tal-Komunità fil-Brażil sabiex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

(4)

Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-konsumaturi huwa meħtieġ li jinżammu l-miżuri provduti bid-Deċiżjoni 2006/698/KE sakemm jiġi kkonfermat li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Brażiljani eliminaw in-nuqqasijiet misjuba.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/698/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/698/KE, id-data “il-31 ta' Diċembru 2006” hija sostitwita bid-data “it-30 ta' Ġunju 2007”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 14 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(2)   ĠU L 287, 18.10.2006, p. 34.