<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600430701.case.xml"><NO.CASE>C-335/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0335</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4324</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4332</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20070607">7.6.2007</DATE> — KAWŻA C-335/05</LEFT><RIGHT>RIZENI LETOVEHO PROVOZU</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-335/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Koln (il-Ġermanja), permezz ta' deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="20050824">24 ta Awwissu 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20050915">15 ta' Settembru 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Řízení Letového Provozu ČR, s. p.</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Bundesamt fur Finanzen,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, R. Schintgen (Relatur), A. Tizzano, M. Ilesiċ u E. Levits, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4325"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċiprijott, minn E. Simeonidou, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn J. Pietras, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Triantafyllou, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20070215">15 ta' Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-<DATE ISO="19861117">17 ta' Novembru 1986</DATE> dwar larmonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta ċaqliq ta' flus [dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [ħlas lura] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (iktar 'il quddiem it-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Tlettax-il Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4326"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn impriża stabblita fir-Repubblika Ċeka, Rizeni Letoveho Provozu ĊR s. p. (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>RLP<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-Bundesamt fur Finanzen (Uffiċċju Federali tat-Taxxa), li huwa responsabbli għall-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-Ġermanja (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), dwar ħlas lura tal-VAT imħallas minn RLP fil-Ġermanja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-ftehim internazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 94/800/KE tiegħu, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta' Diċembru 1994</DATE> dwar il-konklużjoni f isem il-Komunità Ewropea, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma li jaqgħu fil-kompetenza tagħha, tal-ftehim milħuq fil-laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="1">ĠU L 336, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea approva l-ftehim li jwaqqaf l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-ftehim li jidhru fl-Annessi 1, 2 u 3 ta' dan il-ftehim, fosthom il-Ftehim Ġenerali tal-Kummerċ fis-Servizzi (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>GATS<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu II(1) tal-GATS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>F'dak li jikkonċerna l-miżuri maħsuba f dan il-ftehim, kull membru huwa marbut li jagħti lis-servizzi u lil dawk li jagħtu servizzi ta' kull membru ieħor, b'mod immedjat u inkundizzjonat, trattament mhux anqas favorevoli minn dak mogħti għal servizzi analogi jew lil dawk li jagħtu servizzi ta' kull pajjiż.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4327"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-Leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni premessa tat-Tlettax-il Direttiva tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Billi hemm il-ħtiega li jiġi żgurat l-iżvilupp armonjuż tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 79/1072/KEE, waqt illi jittieħdu in kunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet varji li wieħed jista jiltaqa' magħhom f pajjiżi terzi<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tat-Tlettax-il Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 4, kull Stat Membru għandu jagħti rrifond [ħlas lura] lil kull persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fit-territorju tal-Komunità, bla ħsara għall-kundizzjonijiet dikjarati hawn taħt, kull taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq servizzi jew proprjetà mobbli fornita lilha fit-territorju jew fil-pajjiż minn persuni taxxabbli oħra jew imposta fuq l-importazzjoni ta' oġġetti fil-pajjiż, safejn dawn l-oġġetti u servizzi jiġu użati għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 17(3)(a) u (b) tad-Direttiva 77/388/KEE jew fid-disposizzjoni ta servizzi riferiti fil-punt 1 (b) ta' l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jagħtu rrifondi [ħlas lura] li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bil-kundizzjoni li terzi Stati jagħtu vantaġġi simili rigward taxxi fuq ċaqliq ta' flus [dħul mill-bejgħ].</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-ħatra ta' rappreżentant tat-taxxa.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4328"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-sitt frażi ta' l-Artikolu 18(9) tal-liġi ta' l-1999 dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ (Umsatzsteuergesetz 1999, BGBL 1999 I, p. 1270, iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>UStG<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>) tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Lill-imprenditur li m'għandux l-uffiċċju reġistrat tiegħu fit-territorju Komunitarju għandha titħallas lura t-taxxa mħallsa <HT TYPE="ITALIC">input</HT> jekk fil-pajjiż fejn l-imprenditur kellu l-bażi tiegħu ma tkunx ġiet miġbura t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ jew taxxa analoga jew jekk din it-taxxa tkun imħallsa lura lill-imprenditur li għandu l-bażi tiegħu fit-[territorju Ġermaniż].<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>RLP hija impriża Ċeka li tipprovdi servizzi fil-qasam tas-sigurtà tat-titjir. Minkejja li l-attivitajiet tagħha huma limitati għat-territorju tar-Repubblika Ċeka, il-benefiċjarji mhumiex biss ċittadini Ċeki, imma wkoll Ġermaniżi. Barra minn hekk, hija tipprovdi taħriġ ta' titjir fir-Repubblika Ċeka. Fil-kuntest ta' dawn l-attivatijiet, hija rrikorriet għal taħriġ b'simulatur ta' l-ajru u għal korsijiet oħrajn mogħtija fil-Ġermanja. Peress li dawn is-servizzi kienu suġġetti għal VAT f'dan l-aħħar Stat Membru, RLP talbet il-ħlas lura ta' din it-taxxa għas-sena 2002.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Bundesamt fur Finanzen ċaħad din it-talba, għar-raġuni li l-kundizzjonijiet ta applikazzjoni tas-sitt frażi ta' l-Artikolu 18(9) ta' l-UStG, b'mod partikolari, ilkundizzjoni ta' reċiproċità, ma kinux irrispettati f'dan il-każ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4329"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ilment imressaq kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud u għalhekk RLP ressqet appell quddiem il-Finanzgericht Koln.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li matul il-perijodu applikabbli, ir-Repubblika Ċeka kienet tiġbor taxxa fuq dħul mill-bejgħ, mingħajr ma pprovdiet għat-tnaqqis tat-taxxa mħallsa <HT TYPE="ITALIC">input</HT> jew il-ħlas lura ta' din it-taxxa lill-impriżi ta' pajjiżi oħra. Barra minn hekk, din il-qorti tistaqsi jekk ir-rikorrent fil-kawża priċipali għandux ikun eżentat mill-imsemmija taxxa, fid-dawl ta' l-Artikolu 11(1) tal-GATS. F'dan irrigward, hija tosserva li l-GATS huwa ftehim ta' dritt internazzjonali li jistabbilixxi drittijiet u obbligi biss bejn il-membri tiegħu. Fil-każ ta' ksur tal-GATS, ikun applikabbli biss il-ftehim konkluż fil-kuntest ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw il-kontroversji.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Madankollu, skond l-Artikolu 300(7) KE, ftehim bħal ma huwa l-GATS jorbot listituzzjonijiet tal-Komunità u l-Istati Membri u jikkostitwixxi parti integrali middritt Komunitarju. Huwa, għalhekk, neċessarju li d-dritt Komunitarju derivat jiġi interpretat fid-dawl ta' dan il-ftehim, u, b'mod partikolari, tal-klawżola tal-pajjiż laktar favorit, skond l-Artikolu 11(1) ta' l-imsemmi ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li l-fatt li s-soluzzjoni għal kawża prinċipali kienet dipendenti fuq il-kompatibbiltà ta' l-UStG ma' l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva u peress li kellha dubji dwar l-interpretazzjoni korretta ta' din l-aħħar dispożizzjoni fid-dawl tal-GATS, il-Finanzgericht Koln iddeċidiet li tissospendi li taqta l-kawża u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>L-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva [...] għandu jiġi interpretat restrittivament, fis-sens li d-dritt fih mogħti lill-Istati Membri li jissuġġettaw il-ħlas lura tal-VAT għall-għoti min-naħa ta' Stati terzi ta' vantaġġi simili fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul<?PAGE NO="I-4330"?> mill-bejgħ mhux qed tirreferi għal dawk l-Istati li, bħala parti kontraenti [tal-GATS] (BGBL 1994 II, p. 1473, [...]), jistgħu jużaw il-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit prevista f dan il-ftehim (Artikolu 11(1) tal-GATS)?<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta' din id-domanda, il-qorti tar-rinviju qegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li t-terminu <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Stati terzi<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>, f'dan l-Artikolu, jinkludix l-Istati terzi li jistgħu jinvokaw il-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit prevista fl-Artikolu 11(1) tal-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva, kif sostna ġustament l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-Konklużjonijiet tiegħu, bħad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' din l-istess Direttiva, jirreferi b'mod ċar, għal Stati terzi, mingħajr ebda distinzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-influwenza li kapaċi jeżerċita ftehim internazzjonali bħal ma huwa l-GATS, li fih il-Komunità hija parti kontraenti, fuq l-interpretazzjoni ta' dispożizzjoni ta' dritt derivat, skond ġurisprudenza kostanti, is-supremazija ta' ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità fuq id-dokumenti tad-Dritt Komunitarju titlob li dawn ta' l-aħħar jiġu interpretati, safejn hu possibbli, skond dawn il-ftehim (sentenzi ta l-<DATE ISO="19960910">10 ta' Settembru 1996</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-61/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3989">C-61/94, Ġabra. p. I-3989, punt 52</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20040301">1 ta' April 2004</DATE>, Bellio F.lli, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-3465">C-286/02, Ġabra. p. I-3465, punt 33</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20060112">12 ta' Jannar 2006</DATE>, Algemene Scheeps Agentuur Dordrecht, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-311/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-609">C-311/04, Ġabra. p. I-609, punt 25</REF.DOC.ECR>; u tat-<DATE ISO="20070308">8 ta' Marzu 2007</DATE>, Thomson u Vestel France, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-447/05+C-448/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-2049">C-447/05 u C-448/05, Ġabra p. I-2049, punt 30</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4331"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva, fejn dan jipprovi li l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw il-ħlas lura msemmi fl-Artikolu 2(1) għall-għoti mill-Istati terzi ta' vantaġġi simili, ma jimponi ebda obbligu fuq l-Istati Membri, iżda jiggarantixxi biss sempliċi fakultà, u ma jżommhom bl-ebda mod milli jirrispettaw l-obbligi li li għalihom daħlu bis-saħħa ta ftehim internazzjonali bħall-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Effettivament, l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva jħalli kull Stat Membru liberu li jevalwa jekk jaqbillux jew le li tiġi imposta kundizzjoni ta' reċiproċità, fil-konfront ma' kull Stat terz, huwa jippermetti l-Istati Membri jadattaw, sa fejn ftehim konklużi ma' Stati terzi jillimitaw din id-diskrezzjoni wiesà fl-evalwazzjoni, il-liġijiet tagħhom skond l-imsemmija ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżiġenza ta' interpretazzjoni konformi tad-Dritt Komunitarju derivat, mal-ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità, safejn huwa possibbli, ma titlobx li t-terminu <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Stati terzi<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>, li tidher fl-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva, jiġi interpretat li kuwa limitat għal Stati terzi li ma jkunux jistgħu jinvokaw il-klawżola tal-pajjiż l-aktar favorit prevista fl-Artikolu 11(1) tal-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva ma jippreġudikax il-poter u r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jirrispettaw l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim internazzjonali, bħal ma huwa l-GATS.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva għandu jiġi interpretat fissens li t-terminu <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Stati terzi<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, li jidher fih, jinkludi l-Istati terzi kollha u li din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax il-poter u r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jirrispettaw l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali, bħal ma huwa l-GATS.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4332"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi li:</P></INTRO><P>L-Artikolu 2(2) tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-<DATE ISO="19861117">17 ta' Novembru 1986</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus [dħul mill-bejgħ] — Arranġamenti għar-rifond [ħlas lura] tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Stati terzi<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>, li jidher fih, jinkludi l-Istati terzi kollha u li din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax il-poter u r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jirrispettaw l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali, bħal ma huwa l-Ftehim Ġenerali tal-Kummerċ fis-Servizzi.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>