IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.6.2026
COM(2026) 460 final
2026/0144(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2026
Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tan-nefqa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.6.2026
COM(2026) 460 final
2026/0144(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2026
Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tan-nefqa
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea 1 , daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
‒Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
‒il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2026, kif adottat fis-26 ta’ Novembru 2025 3 ,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2026 , adottat fl-10 ta’ April 2026 4 ,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2 tal-baġit tal-2026.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-taqsima individwali III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).
Werrej
1. Introduzzjoni
2. Aġġornament tad-dħul
2.1 Impatt ġenerali tal-ABE 2/2026 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
2.2 Reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet tal-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING
2.3 Kontribuzzjoni tar-Renju Unit
2.4 Multi u pagamenti ta’ penali
2.5 Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2026
3. Aġġornament ta’ partiti tan-nefqa
3.1 Tisħiħ tal-approprjazzjoni ta’ pagament għall-koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
3.2 Tisħiħ tan-nefqa agrikola
3.3 Pożizzjonijiet u krediti addizzjonali fit-tabella tal-persunal għas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
3.4 Trasferimenti miż-ŻEE għall-programm LIFE
3.5 Bidla fir-rimarki tal-baġit għal-linja 02 02 02 (Garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU — Proviżjonament tal-fond ta’ proviżjonament komuni)
4. Finanzjament
5. Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Introduzzjoni
L-abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2 għas-sena 2026 jaġġorna kemm in-naħa tad-dħul kif ukoll dik tan-nefqa tal-baġit.
Fir-rigward tan-naħa tad-dħul, l-aġġornament iqis l-aħħar żviluppi fir-rigward ta’:
–it-tbassir aġġornat tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-2026 approvat mill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (KKRP) fid-29 ta’ Mejju 2026. Dan l-aġġornament tipikament jiġi ppreżentat ftit wara l-laqgħa dwar it-tbassir tal-KKRP, f’konformità mal-aspettattivi tal-Istati Membri li l-aġġornamenti tal-KKRP jiġu bbaġitjati malajr kemm jista’ jkun;
–id-dħul l-ieħor, bħall-multi u l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit.
Fir-rigward tan-naħa tan-nefqa, l-ABE 2/2026 jinkludi l-elementi speċifiċi li ġejjin:
–tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 7,6 biljun, li minnhom EUR 3,4 biljun għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), EUR 0,6 biljun għall-Fond ta’ Koeżjoni (FK), EUR 1,4 biljun għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u EUR 2,2 biljun għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);
–tisħiħ tar-riżerva għall-agrikoltura għal ammont ta’ EUR 300 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament biex jiġi pprovdut appoġġ immirat u eċċezzjonali lill-bdiewa li qed jiffaċċjaw sfidi severi ta’ likwidità b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-kost tal-fertilizzanti;
–tisħiħ tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għal ammont ta’ EUR 140 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament biex jiġi żgurat rimborż f’waqtu tan-nefqa tal-FAEG lill-Istati Membri;
–żieda fin-numru ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-Kummissjoni, tisħiħ tan-nefqa amministrattiva fl-intestatura 7 u tisħiħ tal-linja ta’ appoġġ għall-attivitajiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effettiva tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna, f’konformità mad-Dikjarazzjoni Diġitali Finanzjarja Leġiżlattiva relatata;
–żewġ trasferimenti newtrali għall-baġit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) lura għall-programm LIFE wara l-irtirar tal-proposta Ewropea għall-monitoraġġ tal-foresti u dewmien fl-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi;
–bidliet fir-rimarki tal-baġit għal-linja baġitarja 02 02 02 (Garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU — Proviżjonament tal-fond ta’ proviżjonament komuni) biex tiġi akkomodata l-possibbiltà li l-Istati Membri jikkontribwixxu fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għall-istrument finanzjarju InvestEU, skont ir-Regolament Omnibus II dwar InvestEU.
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 2/2026 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 444,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u żieda ta’ EUR 8,0 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.
2.Aġġornament tad-dħul
2.1 Impatt ġenerali tal-ABE 2/2026 fuq id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri
It-tbassir rivedut għall-2026 ġie approvat fil-197 laqgħa tal-KKRP fid-29 ta’ Mejju 2026. L-aġġustamenti tan-naħa tad-dħul tal-baġit huma meħtieġa biex jiġu aġġornati l-istimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) kif ukoll għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), l-Iskart mill-Imballaġġ tal-Plastik (PPW) mhux irriċiklat u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING), filwaqt li jitqies it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2026 (ara t-Taqsima 2.2).
Barra minn hekk, l-ammont ta’ dħul ieħor huwa aġġornat biex iqis il-kontribuzzjoni riveduta tar-Renju Unit u l-multi u l-pagamenti ta’ penali msarrfa b’mod definittiv mill-1 ta’ Jannar 2026 (ara t-taqsimiet 2.3 u 2.4, rispettivament).
L-impatt globali tal-aġġustamenti tad-dħul ta’ dan l-ABE jidher fit-tabella sommarja hawn taħt. Din it-tabella turi wkoll id-distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji fost l-Istati Membri kif ibbaġitjata fil-baġit inizjali tal-2026, kif inkluż fl-ABE 1/2026, u fl-aħħar nett kif inkluż f’dan l-ABE 2/2026.
Distribuzzjoni tal-pagamenti totali tar-riżorsi proprji skont l-Istati Membri (f’miljun EUR)
|
|
Baġit 2026 |
ABE 1/2026 |
ABE 2/2026 |
|
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
BE |
8 315,2 |
8 243,3 |
8 730,7 |
|
BG |
1 187,9 |
1 175,8 |
1 226,7 |
|
CZ |
3 375,6 |
3 338,9 |
3 572,1 |
|
DK |
3 858,4 |
3 809,9 |
3 799,4 |
|
DE |
41 374,0 |
40 861,9 |
42 837,6 |
|
EE |
430,4 |
425,7 |
449,2 |
|
IE |
4 159,8 |
4 114,8 |
4 557,9 |
|
EL |
2 635,5 |
2 607,8 |
2 733,0 |
|
ES |
18 097,8 |
17 909,0 |
18 699,7 |
|
FR |
30 881,0 |
30 541,5 |
31 040,0 |
|
HR |
966,8 |
956,3 |
1 003,5 |
|
IT |
23 068,8 |
22 818,2 |
23 634,9 |
|
CY |
355,4 |
351,7 |
363,4 |
|
LV |
442,8 |
438,1 |
454,2 |
|
LT |
876,3 |
867,0 |
919,1 |
|
LU |
570,9 |
564,3 |
596,4 |
|
HU |
2 369,5 |
2 345,2 |
2 543,9 |
|
MT |
228,4 |
226,0 |
247,7 |
|
NL |
11 800,1 |
11 666,4 |
12 020,6 |
|
AT |
4 204,4 |
4 149,1 |
4 392,2 |
|
PL |
9 905,4 |
9 802,4 |
10 355,1 |
|
PT |
3 205,2 |
3 171,8 |
3 292,1 |
|
RO |
4 001,0 |
3 957,1 |
3 972,9 |
|
SI |
846,4 |
838,5 |
888,0 |
|
SK |
1 476,0 |
1 460,8 |
1 392,8 |
|
FI |
2 842,3 |
2 810,0 |
2 831,3 |
|
SE |
5 080,1 |
5 008,6 |
5 268,8 |
|
UE |
186 555,5 |
184 460,2 |
191 823,1 |
2.2 Reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet tal-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING
F’konformità mal-Artikolu 44(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tar-Regolament Finanzjarju 5 , il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi l-finanzjament tal-baġit abbażi ta’ tbassir ekonomiku aġġornat. Skont il-prattika stabbilita, it-tbassir rivedut tad-dħul jiġi maqbul mal-Istati Membri fil-proċedura ta’ tbassir tal-KKRP.
Ir-reviżjoni tikkonċerna t-tbassir tar-RPT li jrid jitħallas lill-baġit fl-2026 kif ukoll it-tbassir tal-bażijiet tal-VAT, PPW u tal-ING għall-2026. It-tbassir inkluż fil-baġit adottat tal-2026 ġie approvat fil-194 laqgħa tal-KKRP li saret fis-26 ta’ Mejju 2025. Ir-reviżjoni f’dan l-ABE 2/2026 tqis it-tbassir approvat fil-197 laqgħa tal-KKRP li saret fid-29 ta’ Mejju 2026. L-aġġornament tat-tbassir tar-riżorsi proprji jtejjeb l-akkuratezza tal-projezzjonijiet tad-dħul, filwaqt li jiżgura li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE jkunu allinjati b’mod aktar akkurat mal-ħtiġijiet finanzjarji reali matul is-sena baġitarja.
Il-projezzjonijiet tad-dħul tal-Kummissjoni huma bbażati fuq it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2026 6 tal-Kummissjoni, li jipprevedi attività ekonomika aktar dgħajfa fl-2026 peress li l-kunflitt fil-Lvant Nofsani skatta xokk ġdid tal-enerġija, qanqal mill-ġdid l-inflazzjoni u dgħajjef is-sentiment ekonomiku.
Qabel l-aħħar ta’ Frar 2026, l-ekonomija tal-UE kienet mistennija tkompli tespandi b’pass moderat flimkien ma’ tnaqqis ulterjuri fl-inflazzjoni, iżda l-prospettiva nbidlet b’mod sostanzjali minn mindu faqqa’ l-kunflitt. L-inflazzjoni bdiet tirkupra f’Marzu 2026, xprunata miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi tal-enerġija, u l-attività ekonomika qed titlef il-momentum.
B’riżultat ta’ dan, it-tkabbir tal-PDG fl-UE issa huwa pprojettat li jonqos għal 1,1 % fl-2026 — reviżjoni ’l isfel ta’ 0,3 punti perċentwali mill-projezzjoni tat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2025 (1,4 %) u tnaqqis meta mqabbel mat-tkabbir ta’ 1,5 % fl-2025. It-tkabbir tal-PDG imbagħad huwa mistenni li jiżdied għal 1,4 % fl-2027. L-inflazzjoni fl-UE hija mistennija li tilħaq 3,1 % fl-2026 – punt perċentwali sħiħ ogħla minn dak imbassar qabel – qabel ma terġa’ tonqos għal 2,4 % fl-2027.
It-tbassir tar-RPT jibni fuq il-projezzjonijiet tal-importazzjonijiet barra mill-UE fit-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2026 tal-Kummissjoni. It-tkabbir tal-UE ddgħajjef iżda ma żvijax filwaqt li l-kummerċ globali huwa previst li jkompli jikber matul il-perjodu ta’ tbassir, għalkemm b’pass li qed jonqos. Minkejja ż-żieda qawwija fit-tariffi tal-Istati Uniti, l-inċertezza eċċezzjonalment għolja tal-politika kummerċjali, u t-tensjonijiet ġeopolitiċi, il-kummerċ globali espanda b’mod qawwi b’4,3 % fl-2025. Dan kien appoġġat minn kummerċ b’saħħtu relatat mat-teknoloġija, il-frontloading tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti, u l-espansjoni robusta kontinwa tal-kummerċ relatat mas-servizzi – xejra strutturali li tirrifletti s-sehem dejjem jikber tas-servizzi fil-kummerċ globali.
Wara diversi snin ta’ prestazzjoni mrażżna, ħafna ekonomiji avvanzati ewlenin, inklużi l-UE, ir-Renju Unit u l-Ġappun, esperjenzaw xi rkupru fil-kummerċ tal-merkanzija fl-2025. Filwaqt li dawn l-ixprunaturi sottostanti huma mistennija li jkomplu jappoġġaw il-kummerċ globali, it-tkabbir annwali fl-2026 se jkun aktar baxx, peress li ċ-ċifri tal-kummerċ tal-2025 kienu jinkludu l-frontloading tal-importazzjonijiet mill-2026. Barra minn hekk, l-effetti konsegwenzjali tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani fuq il-flussi tal-kummerċ tal-enerġija, il-ktajjen tal-provvista, u l-kostijiet tat-trasport fuq l-ilma se jkunu wkoll ta’ piż fuq il-kummerċ globali fl-2026. B’riżultat ta’ dan, it-tkabbir tal-kummerċ globali huwa mistenni li jimmodera għal 2,1 % fl-2026, u b’mod ġenerali jerġa’ lura għax-xejra reċenti tiegħu ta’ espansjoni kemxejn taħt it-tkabbir globali tal-PDG. Bl-attività ekonomika globali mbassra li tissaħħaħ fl-2027, it-tkabbir tal-kummerċ globali huwa pprojettat li jaċċellera għal 3 %.
Ix-xenarju ekonomiku sottostanti għall-baġit tal-2026 huwa l-bażi tal-aħħar stimi għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali u l-bażijiet stmati tar-riżorsi proprji l-oħra:
·Id-dazji doganali totali li għandhom jinġabru fl-2026, netti minn 25 % tal-kostijiet tal-ġbir, huma mbassra għal EUR 24 350,2 miljun, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 14,0 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ EUR 21 368,3 miljun inklużi fil-baġit tal-2026. Il-Kummissjoni qabblet ir-riżultati tal-metodu ta’ tbassir tradizzjonali tal-KKRP (ibbażat fuq ir-rati ta’ tkabbir imbassra ta’ importazzjonijiet barra l-UE) mar-riżultati tal-metodu ta’ estrapolazzjoni (ibbażat fuq l-aħħar data tal-eżitu għad-dazji doganali miġbura, jiġifieri Jannar – April 2026). Bħal fis-snin li għaddew, il-Kummissjoni tieħu approċċ prudenti, li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE f’kuntest ta’ volatilità u ta’ inċertezzi ekonomiċi u finanzjarji għoljin. Għalhekk, qed jiġi propost li jintuża l-metodu ta’ tbassir tradizzjonali għar-reviżjoni tat-tbassir tar-RPT tal-2026. Dan jirriżulta fi dħul ogħla ta’ EUR 3,0 biljun meta mqabbel mal-baġit 2026 adottat.
·Il-bażi totali tal-VAT mhux limitata tal-UE għall-2026 hija mbassra li tkun ta’ EUR 8 407 456,0 miljun, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,2 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2025 ta’ EUR 8 305 297,6 miljun imdaħħla fil-baġit adottat tal-2026. Il-bażi totali tal-VAT limitata tal-UE għall-2026 7 hija mbassra għal EUR 8 362 091,2 miljun, u din tirrappreżenta żieda ta’ 1,3 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2025 ta’ EUR 8 252 480,7 miljun. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT limitata huma ppreżentati fit-Tabelli 2 u 6 tal-anness baġitarju li jakkumpanjahom.
·It-tbassir tal-PPW mhux irriċiklat fl-UE jammonta għal 9 031 215,2 tunnellata fl-2026, li huwa tnaqqis ta’ 4,1 % meta mqabbel mat-tbassir ta’ Mejju 2025 ta’ 9 422 229,9 tunnellata. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-PPW mhux irriċiklat huma ppreżentati fit-Tabelli 3 u 6 tal-anness baġitarju li jakkumpanjah.
·Il-bażi totali tal-ING tal-UE għall-2026 hija prevista għal EUR 19 456 074,9 miljun, jiġifieri żieda ta’ 0,9 % meta mqabbla mat-tbassir ta’ Mejju 2025 ta’ EUR 19 277 897,8 miljun.
Ir-rati tal-kambju tal-31 ta’ Diċembru 2025 intużaw biex it-tbassir tal-bażijiet tal-VAT u l-ING jinqalbu mill-muniti nazzjonali għal EUR, għas-sitt Stati Membri li mhumiex membri fiż-żona tal-euro. Dan jevita distorsjonijiet, peress li dawn ir-rati huma l-istess bħal dawk użati għall-konverżjoni tal-pagamenti tar-riżorsi proprji bbaġitjati mill-EUR f’muniti nazzjonali meta l-ammonti jintalbu, kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) tar-Regolament tal-Kunsill 609/2014 8 .
It-tbassir rivedut tar-RPT, il-bażijiet tal-VAT mhux limitati, il-bażijiet tal-PPW mhux irriċiklat u l-bażijiet tal-ING għall-2026, kif adottati fil-197 laqgħa tal-KKRP, huma ppreżentati fit-tabella li ġejja:
Tbassir rivedut tal-bażijiet tar-RPT, tal-VAT, tal-PPW u tal-ING għall-2026
|
Dwana
|
Bażijiet tal-VAT mhux limitati |
Bażijiet tal-PPW mhux irriċiklat |
Bażijiet tal-ING |
Limiti massimi
|
|
|
|
miljuni ta’ EUR |
tunnellati |
miljuni ta’ EUR |
||
|
BE |
2 855,0 |
246 029,8 |
146 503,6 |
672 147,0 |
246 029,8 |
|
BG |
156,1 |
60 063,1 |
60 461,3 |
116 421,7 |
58 210,9 |
|
CZ |
413,5 |
143 348,2 |
145 795,3 |
354 006,6 |
143 348,2 |
|
DK |
428,2 |
159 274,8 |
172 954,0 |
431 570,7 |
159 274,8 |
|
DE |
4 766,7 |
1 926 197,6 |
1 478 042,3 |
4 775 859,1 |
1 926 197,6 |
|
EE |
43,0 |
23 811,3 |
26 725,6 |
43 348,5 |
21 674,3 |
|
IE |
493,7 |
148 033,2 |
254 421,8 |
457 422,9 |
148 033,2 |
|
EL |
339,5 |
122 227,0 |
181 433,0 |
256 347,3 |
122 227,0 |
|
ES |
2 274,0 |
837 957,2 |
1 018 137,6 |
1 772 531,0 |
837 957,2 |
|
FR |
2 195,0 |
1 411 044,9 |
1 745 591,1 |
3 108 161,9 |
1 411 044,9 |
|
HR |
75,0 |
61 109,5 |
54 536,8 |
100 104,7 |
50 052,4 |
|
IT |
2 648,2 |
990 709,1 |
1 130 437,1 |
2 315 423,8 |
990 709,1 |
|
CY |
50,4 |
25 019,4 |
12 021,5 |
34 156,5 |
17 078,3 |
|
LV |
49,1 |
22 084,6 |
11 499,3 |
44 931,3 |
22 084,6 |
|
LT |
111,0 |
38 876,9 |
61 719,7 |
87 169,6 |
38 876,9 |
|
LU |
14,2 |
47 306,5 |
12 474,1 |
63 794,7 |
31 897,4 |
|
HU |
303,1 |
94 679,0 |
303 973,2 |
233 440,3 |
94 679,0 |
|
MT |
29,2 |
12 308,4 |
15 047,1 |
23 174,5 |
11 587,3 |
|
NL |
3 554,8 |
526 063,9 |
268 462,8 |
1 212 988,5 |
526 063,9 |
|
AT |
239,5 |
250 293,0 |
190 742,5 |
529 021,8 |
250 293,0 |
|
PL |
1 448,3 |
463 931,3 |
648 814,9 |
952 307,6 |
463 931,3 |
|
PT |
304,0 |
164 482,0 |
226 139,0 |
316 470,2 |
158 235,1 |
|
RO |
372,7 |
143 594,9 |
378 921,2 |
391 778,3 |
143 594,9 |
|
SI |
215,8 |
33 946,8 |
31 986,2 |
73 774,1 |
33 946,8 |
|
SK |
141,6 |
56 888,5 |
65 660,5 |
139 903,8 |
56 888,5 |
|
FI |
159,3 |
135 868,5 |
115 055,4 |
290 836,4 |
135 868,5 |
|
SE |
669,3 |
262 306,6 |
273 658,3 |
658 982,1 |
262 306,6 |
|
UE |
24 350,2 |
8 407 456,0 |
9 031 215,2 |
19 456 074,9 |
8 362 091,2 |
2.3 Kontribuzzjoni tar-Renju Unit
Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha titħallas f’konformità mal-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) 10 u tkopri b’mod partikolari s-sehem tar-Renju Unit fl-impenji pendenti ta’ qabel l-2021 li għandhom jitħallsu fl-2026 kif ukoll is-sehem tar-Renju Unit fl-obbligazzjonijiet tal-Unjoni (bħal pensjonijiet) u l-obbligazzjonijiet finanzjarji kontinġenti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tar-Renju Unit tinkludi wkoll l-ammonti dovuti lir-Renju Unit relatati mal-korrezzjonijiet tar-riżorsi proprji u l-aġġustamenti għas-snin finanzjarji sal-2021.
Il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit hija bbażata fuq is-sehem tar-Renju Unit 11 , li huwa kkalkulat bħala l-proporzjon bejn ir-riżorsi proprji li saru disponibbli mir-Renju Unit fis-snin bejn l-2014 u l-2020 u r-riżorsi proprji li saru disponibbli matul dak il-perjodu mill-Istati Membri kollha u r-Renju Unit. Is-sehem tar-Renju Unit ġie aġġustat fl-2022 f’konformità mal-Artikolu 139 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Is-sehem definittiv tar-Renju Unit ġie stabbilit għal 12,431681219587700 %.
It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-kontribuzzjoni aġġornata tar-Renju Unit għall-baġit tal-2026. Din tinkludi l-elementi li r-Renju Unit diġà ħallas bejn Jannar u Mejju 2026 bħala parti mill-fattura ta’ Settembru 2025, l-elementi inklużi fil-fattura ta’ April 2026, u stimi għall-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-fattura ta’ Settembru 2026 li huma magħrufa f’dan l-istadju. L-aġġornament jirriżulta f’kontribuzzjoni tar-Renju Unit aktar baxxa meta mqabbla mal-istima inkluża fil-baġit tal-2026, prinċipalment minħabba r-rata ta’ implimentazzjoni aktar baxxa milli mistenni tar-RAL tal-Brexit fl-2025 kif ukoll l-ammonti rrapportati ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti, korrezzjonijiet finanzjarji netti u multi. L-ammont rivedut tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit inkluż fl-ABE 2/2026 huwa kkalkulat billi jitqiesu l-modalitajiet ta’ pagament stabbiliti fl-Artikolu 148 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.
Għalhekk qed jiġi propost li l-istima introdotta fil-baġit tal-2026 tiġi aġġornata kif xieraq. B’mod ġenerali, dan se jnaqqas il-kontribuzzjoni stmata tar-Renju Unit għall-baġit tal-2026 b’EUR 562,9 miljun li tirriżulta mit-tnaqqis ta’ EUR 557,8 miljun fi dħul ġenerali u t-tnaqqis ta’ EUR 5,1 miljun fi dħul assenjat.
Kontribuzzjoni aġġornata tar-Renju Unit fl-2026 (f’EUR)
|
Referenza għall-Artikolu tal-Ftehim dwar il-ħruġ |
2026 |
|
|
Total tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fl-2026, li minnhom: |
478 248 868 |
|
|
1. RAL qabel l-2021 (inklużi korrezzjonijiet finanzjarji netti) - dovuti għall-pagament fl-2026 |
Art. 140 |
371 149 808 |
|
2. Obbligazzjonijiet tal-Unjoni/pensjonijiet* |
Art. 142 |
355 397 735 |
|
3. Korrezzjonijiet u aġġustamenti tar-riżorsi proprji, li minnhom: |
130 223 924 |
|
|
3.1 Surplus/defiċit tal-2020 |
Art. 136(3)(a) |
mhux applikabbli |
|
3.2 Aġġornamenti tal-korrezzjoni tar-Renju Unit (2018-2019) |
Art. 136 |
mhux applikabbli |
|
3.3. VAT u ING |
Art. 136 |
105 372 390 |
|
3.4. RPT |
Art. 136, Art. 140(4) |
24 851 534 |
|
4. Multi |
Art. 141 |
-145 901 554 |
|
5. Obligazzjonijiet kontinġenti, li minnhom: |
-233 890 775 |
|
|
5.1 ELM, EFSI, EFSD, self (Fondi ta’ garanzija) |
Art. 143 |
-198 269 614 |
|
5.2 Strumenti Finanzjarji |
Art. 144 |
42 661 537 |
|
5.3 Każijiet legali (inkluż multi) |
Art. 147 |
7 040 376 |
|
6. Assijiet netti tal-ECSC |
Art. 145 |
mhux applikabbli |
|
7. Investiment tal-FEI |
Art. 146 |
mhux applikabbli |
|
8. Aċċess għan-networks/sistemi/bażijiet tad-data** |
Art.34(2), Art. 50 u 53, Art. 62(2), Art. 63(1)(e), Art. 63(2), Art.99(3), Art.100(2) |
1 269 729 |
|
* L-ammont ta’ EUR 326 miljun se jiddaħħal fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat. ** Għandu jiddaħħal fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat. |
||
2.4 Multi u pagamenti ta’ penali
Meta jitqiesu l-multi u l-pagamenti ta’ penali msarrfa mill-1 ta’ Jannar ’l hawn, qed jiġi propost li jiddaħħlu l-ammonti li ġejjin fil-baġit tal-2026:
a)EUR 855 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni.
a)EUR 268 miljun ta’ pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stati Membri li ma osservawx is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw obbligu skont it-Trattati.
a)EUR 97,5 miljun ta’ mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.
a)EUR 22,7 miljun ta’ redditi negattivi fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa.
a)EUR 0,8 miljun ta’ multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn, prinċipalment għal primjums għall-eċċess ta’ emissjonijiet.
Għaldaqstant huwa propost li l-ammont inizjali introdott fil-baġit tal-2026 ta’ EUR 101 miljun jiżdied b’EUR 1 199 miljun u b’hekk jammonta għal total ta’ EUR 1 300 miljun.
Fit-tabella ta’ hawn taħt hemm id-dettalji għal kull linja baġitarja.
|
EUR |
|||||||
|
Linja tad-dħul |
Isem |
Baġit 2026 |
ABE 2/2026 |
Ammont ġdid |
|||
|
4 2 0 |
Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni |
100 000 000 |
855 327 953 |
955 327 953 |
|||
|
4 2 1 |
Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru |
p.m. |
268 063 119 |
268 063 119 |
|||
|
4 2 4 |
Imgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali |
1 000 000 |
97 536 784 |
98 536 784 |
|||
|
4 2 5 |
Imgħax, imposti oħra dovuti u redditi negattivi dwar multi kkanċellati jew imnaqqsa |
p.m. |
-22 715 250 |
-22 715 250 |
|||
|
4 2 9 |
Multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn |
p.m. |
865 504 |
865 504 |
|||
|
Total |
101 000 000 |
1 199 078 110 |
1 300 078 110 |
||||
2.5 Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2026
Meta jitqies it-tbassir rivedut għar-RPT, għar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT u għar-riżorsa proprja bbażata fuq il-PPW mhux riċiklati, l-ammont ta’ riżorsi proprji minbarra l-ING żdied b’EUR 2 997,9 miljun. Flimkien maż-żieda ta’ dħul ieħor b’EUR 641,3 miljun (bħala l-effett ikkombinat taż-żieda fid-dħul mill-multi b’EUR 1 199,1 miljun u t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit b’EUR 557,8 miljun) u ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament bi EUR 8 biljun, dan iżid il-kontribuzzjoni tal-ING b’EUR 4 364,9 miljun meta mqabbla mal-ABE 1/2026.
Sabiex jiġi rispettat il-prinċipju tal-ekwilibriju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni Ewropea minqux fl-Artikolu 310(1) TFUE, ir-rata uniformi li għandha tiġi applikata għas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha trid tiġi kkalkulata mill-ġdid filwaqt li jitqies id-dħul l-ieħor kollu.
Il-kontribuzzjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING meta titqies ir-rata uniformi l-ġdida huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
Sena baġitarja 2026 (f’EUR)
|
Stat Membru |
1 % tal-bażi tal-ING użata għall-ABE 1/2026 |
Rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING (f’%) skont l-ABE 1/2026 |
1 % tal-bażi tal-ING (Previżjoni tal-KKRP maqbula) |
Rata uniformi tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING (f’%) skont l-ABE 2/2026 |
Differenza fl-ING |
|
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) = (3 x 4) - (1 x 2) |
||
|
BE |
6 614 962 000 |
6 721 470 000 |
181 461 482 |
|||
|
BG |
1 116 401 000 |
1 164 217 000 |
51 464 584 |
|||
|
CZ |
3 376 618 000 |
3 540 066 000 |
168 804 680 |
|||
|
DK |
4 457 407 000 |
4 315 707 000 |
- 26 802 157 |
|||
|
DE |
47 117 636 000 |
47 758 591 000 |
1 210 340 513 |
|||
|
EE |
428 026 000 |
433 485 000 |
10 741 077 |
|||
|
IE |
4 145 078 000 |
4 574 229 000 |
366 799 858 |
|||
|
EL |
2 547 929 000 |
2 563 473 000 |
52 100 311 |
|||
|
ES |
17 368 690 000 |
17 725 310 000 |
530 206 848 |
|||
|
FR |
31 241 384 000 |
31 081 619 000 |
394 152 340 |
|||
|
HR |
965 743 000 |
1 001 047 000 |
40 287 935 |
|||
|
IT |
23 055 104 000 |
23 154 238 000 |
442 439 474 |
|||
|
CY |
336 266 000 |
0,6821695 |
341 565 000 |
0,6983572 |
9 143 959 |
|
|
LV |
430 155 000 |
449 313 000 |
20 342 336 |
|||
|
LT |
857 010 000 |
871 696 000 |
24 129 073 |
|||
|
LU |
609 823 000 |
637 947 000 |
29 512 214 |
|||
|
HU |
2 238 976 000 |
2 334 403 000 |
102 885 946 |
|||
|
MT |
221 079 000 |
231 745 000 |
11 027 433 |
|||
|
NL |
12 297 977 000 |
12 129 885 000 |
81 687 401 |
|||
|
AT |
5 090 841 000 |
5 290 218 000 |
221 645 240 |
|||
|
PL |
9 473 184 000 |
9 523 076 000 |
188 191 261 |
|||
|
PT |
3 073 087 000 |
3 164 702 000 |
113 726 127 |
|||
|
RO |
4 042 013 000 |
3 917 783 000 |
- 21 326 119 |
|||
|
SI |
730 451 000 |
737 741 000 |
16 915 328 |
|||
|
SK |
1 404 150 000 |
1 399 038 000 |
19 159 922 |
|||
|
FI |
2 966 604 000 |
2 908 364 000 |
7 350 100 |
|||
|
SE |
6 572 384 000 |
6 589 821 000 |
118 568 871 |
|||
|
Total |
192 778 978 000 |
194 560 749 000 |
4 364 956 037 |
3.Aġġornament ta’ partiti tan-nefqa
3.1 Tisħiħ tal-approprjazzjoni ta’ pagament għall-koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
Il-programmi ta’ koeżjoni wrew progress qawwi fl-implimentazzjoni fl-2025. Il-baġit ivvutat fl-2025 ġie kkunsmat kollu, inkluż it-tisħiħ ta’ EUR 2,7 biljun fil-Baġit Emendatorju 3/2025. Ħafna Stati Membri ppreżentaw applikazzjonijiet għall-pagament li jmorru ferm lil hinn mill-mira ta’ diżimpenn “n + 3” fl-2025, li eventwalment wassal għal ħtiġijiet ta’ pagament li jaqbżu d-disponibbiltajiet tal-baġit. Barra minn hekk, rekord għoli ta’ 32 % tal-applikazzjonijiet għall-pagamenti totali (ammont ta’ EUR 14,4 biljun) waslu fl-aħħar ġimagħtejn tas-sena, u dan wassal għal akkumulazzjoni sinifikanti ta’ applikazzjonijiet (EUR 18-il biljun) riportati u mħallsa mill-baġit tal-2026.
L-arretrati tal-koeżjoni mill-2025, flimkien mal-pass aċċellerat tal-implimentazzjoni, ipoġġi l-baġit tal-2026 taħt pressjoni. Ix-xejriet attwali tal-implimentazzjoni fil-prattika (proġetti li jkopru 69 % tal-pakkett tal-politika ta’ koeżjoni diġà ntgħażlu mill-awtoritajiet tal-programm), kif ukoll it-tbassir tal-Istati Membri, jindikaw implimentazzjoni sħiħa tal-baġit ivvutat għall-2026 u jindikaw ħtieġa għal tisħiħ ulterjuri. It-tisħiħ propost ta’ EUR 5,36 biljun għall-politika ta’ koeżjoni li diġà jinsab f’dan l-ABE jtaffi r-riskju li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament jispiċċaw sal-aħħar ta’ Ottubru. Valutazzjoni ulterjuri tal-ħtiġijiet sa tmiem is-sena se ssir fi tmiem is-sajf, abbażi tat-tbassir tal-Istati Membri li għandu jiġi ppreżentat sal-aħħar ta’ Lulju.
Fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-2023-2027 taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), l-Istati Membri rrevedew ’il fuq it-tbassir tagħhom għas-sena. L-ewwel żewġ dikjarazzjonijiet tan-nefqa li waslu s’issa għall-2026 juru wkoll titjib fir-rata ta’ akkuratezza tat-tbassir tal-Istati Membri. Il-pass aċċellerat tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jirrifletti kemm irkupru mis-sottoeżekuzzjoni fl-ewwel snin ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni kif ukoll durata iqsar tal-perjodu ta’ programmazzjoni (5 snin). L-aċċellerazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-programmi tindika l-fatt li l-Istati Membri qed jipprijoritizzaw l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, issa li l-Programmi ta’ Żvilupp Rurali 2014-2022 laħqu l-fażi tal-għeluq. Għalhekk, il-Kummissjoni tistma li huma meħtieġa EUR 2,2 biljun addizzjonali f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2026 minbarra l-baġit ivvutat.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR |
|||
|
Linja Baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta’ impenn |
Approprjazzjonijiet ta’ pagament |
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni |
|||
|
08 03 01 01 |
Tipi ta’ interventi għall-iżvilupp rurali permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK |
0 |
2 200 000 000 |
|
05 02 01 |
FEŻR — Nefqa operazzjonali |
0 |
3 376 800 000 |
|
05 03 01 |
Fond ta’ Koeżjoni (FK) — Nefqa operazzjonali |
0 |
589 600 000 |
|
07 02 01 |
Il-fergħa tal-FSE+ b’ġestjoni kondiviża — Nefqa operazzjonali |
0 |
1 393 600 000 |
|
Total |
0 |
7 560 000 000 |
|
B’mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni fil-baġit kollu. Wara s-sajf, se tqis it-tbassir aġġornat tal-Istati Membri għall-politika ta’ koeżjoni u l-FAEŻR (li għandu jiġi pprovdut sal-aħħar ta’ Lulju u sal-aħħar ta’ Awwissu rispettivament) u tal-implimentazzjoni attwali tal-baġit. Bħala parti mill-eżerċizzju ta’ Trasferiment Globali, hija mbagħad se taġġusta l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-ħtiġijiet aġġornati għall-programmi kollha li jistgħu jeħtieġu tisħiħ ulterjuri tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2026, b’mod partikolari għall-koeżjoni.
3.2 Tisħiħ tan-nefqa agrikola
Il-bdiewa bħalissa qed jiffaċċjaw sfidi severi ta’ likwidità minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani, b’mod partikolari minħabba l-impatt negattiv tagħha fuq il-kostijiet tal-input agrikolu, jiġifieri l-enerġija u l-fertilizzanti. Hemm ħtieġa urġenti li jiġi stabbilizzat is-settur agrikolu u li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u l-istabbiltà tas-suq fl-UE billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet urġenti ta’ likwidità fost il-bdiewa.
Biex jinkiseb dan, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ eċċezzjonali mmirat għall-bdiewa Ewropej l-aktar affettwati permezz ta’ strumenti eżistenti ta’ kriżi taħt il-politika agrikola komuni (PAK). B’dan il-ħsieb, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Fertilizzanti fid-19 ta’ Mejju 12 , li indika, fost l-azzjonijiet immedjati biex jittejjeb l-aċċess tal-bdiewa għal fertilizzanti affordabbli, proposta imminenti għal żieda tar-riżerva agrikola biex tingħata għajnuna eċċezzjonali rapida lill-bdiewa. Meta jitqies l-ammont attwalment disponibbli taħt ir-riżerva għall-agrikoltura għall-2026, qed jintalab tisħiħ ta’ EUR 300 miljun mill-marġni taħt is-sublimitu tal-FAEG fl-intestatura 3.
Barra minn hekk, bħal fi snin oħra, il-baġit tal-FAEG għall-2026 kien jinkludi projezzjoni tal-ammont ta’ dħul assenjat li għandu jinġabar fl-2026, li jnaqqas l-approprjazzjonijiet ġodda fil-baġit biex ikopri l-ħtiġijiet kif xieraq. L-istima għall-2026 kienet ibbażata fuq data preliminari fi stadju bikri tal-proċess tal-approvazzjoni tal-konformità. L-istimi riveduti, li jinkorporaw id-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni attwali u l-possibbiltajiet ta’ tpaċija għall-2026, issa jindikaw livell aktar baxx ta’ dħul assenjat milli kien projettat inizjalment, li joħloq lakuna biex jiġu koperti l-ħtiġijiet għall-FAEG. Parti minn din il-lakuna se tiġi koperta permezz ta’ riallokazzjonijiet fi ħdan il-FAEG. Madankollu, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ approprjazzjonijiet u jiġi żgurat rimborż f’waqtu tan-nefqa tal-FAEG lill-Istati Membri, qed jintalab tisħiħ ta’ EUR 140 miljun mill-marġni taħt is-sublimitu tal-FAEG fl-intestatura 3.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR |
|||
|
Linja Baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta’ impenn |
Approprjazzjonijiet ta’ pagament |
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni |
|||
|
08 02 01 |
Riżerva għall-Agrikoltura |
300 000 000 |
300 000 000 |
|
08 02 04 01 |
Appoġġ Bażiku għall-Introjtu għas-Sostenibbiltà |
140 000 000 |
140 000 000 |
|
Total |
440 000 000 |
440 000 000 |
|
3.3 Pożizzjonijiet u krediti addizzjonali fit-tabella tal-persunal għas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna
Fl-14 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti 13 tagħha għal Regolament li jistabbilixxi s-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna, li ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-24 ta’ Frar 2026 14 . Is-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna, stabbilit taħt kooperazzjoni msaħħa, jinvolvi tip ġdid ta’ ġestjoni finanzjarja, baġitarja u legali. Flimkien mal-volum u n-natura tal-approprjazzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti, dan jeħtieġ għarfien espert addizzjonali fid-Direttorati Ġenerali involuti fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tiegħu.
Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, il-Kummissjoni topera skont il-prinċipju ta’ persunal stabbli. Madankollu, diversi kompiti ġodda ġew fdati lill-Kummissjoni biex twieġeb għal prijoritajiet ġodda, li wasslu għal diskrepanza konsiderevoli fil-kapaċità. Minkejja sforzi kontinwi biex jinstabu sinerġiji u kosteffettività, il-kapaċità li jiġu assorbiti kompiti ġodda taħt persunal stabbli laħqet il-limiti tagħha. Għalhekk, l-implimentazzjoni ta’ din il-proposta teħtieġ total ta’ 53 pożizzjoni fit-tabella tal-persunal, li minnhom 41 pożizzjoni lil hinn mill-persunal stabbli. Dan huwa konformi mad-Dikjarazzjoni Finanzjarja u Diġitali Leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni, li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Ir-riżorsi addizzjonali se jippermettu l-istabbiliment u l-ġestjoni xierqa tal-istrument il-ġdid. Xi wħud mill-pożizzjonijiet il-ġodda se jkunu jinsabu fid-Delegazzjoni tal-UE għall-Ukrajna biex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-istrument il-ġdid fuq il-post. Ammont globali ta’ EUR 3,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa mitlub fl-intestatura 7 (Amministrazzjoni Pubblika Ewropea) biex ikopri s-salarji u l-allowances ta’ dan il-persunal addizzjonali, kif ukoll l-ispejjeż mhux relatati mas-salarji għall-2026, jekk wieħed jassumi preżenza medja ta’ 6 xhur fl-2026.
Flimkien maż-żieda tal-pożizzjonijiet fil-tabella tal-persunal, hija meħtieġa wkoll nefqa ta’ appoġġ addizzjonali għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self relatati mas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna. It-teħid b’self għas-self se jkun kopert taħt l-approċċ ta’ finanzjament unifikat tal-UE, li taħtu l-Kummissjoni toħroġ bonds tal-UE u talloka r-rikavati għal ġabra ċentrali ta’ finanzjament, li minnha se jiġi ffinanzjat is-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna. Total ta’ EUR 1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa għalhekk mitlub ukoll fl-intestatura 2b biex jippermetti livell ogħla ta’ self biex jinġabru l-fondi meħtieġa.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR |
|||
|
Linja Baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta’ impenn |
Approprjazzjonijiet ta’ pagament |
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni |
|||
|
06 01 03 |
Nefqa ta’ appoġġ għall-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ għoti u teħid b’self tal-Unjoni Ewropea |
1 000 000 |
1 000 000 |
|
20 01 02 01 |
Rimunerazzjoni u allowances — Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza |
1 864 000 |
1 864 000 |
|
20 01 02 02 |
Spejjeż u allowances konnessi mar-reklutaġġ, it-trasferimenti u t-terminazzjoni tas-servizz — Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza |
551 000 |
551 000 |
|
20 01 02 03 |
Rimunerazzjoni u allowances — Delegazzjonijiet tal-Unjoni |
510 000 |
510 000 |
|
20 01 05 01 |
Servizz mediku |
1 000 |
1 000 |
|
20 03 05 01 |
Akkwiżizzjoni, kiri u nefqa relatata |
239 000 |
239 000 |
|
Total |
4 165 000 |
4 165 000 |
|
It-tabella tal-persunal aġġornata hija stabbilita fl-anness baġitarju.
3.4 Trasferimenti miż-ŻEE għall-programm LIFE
In-negozjati dwar il-proposta għal Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi 15 jinsabu wieqfa, u ma huwa mistenni l-ebda ftehim fl-2026. Ir-riżorsi finanzjarji li kienu ppjanati għall-implimentazzjoni tal-kompiti rilevanti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – total ta’ EUR 432 172 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll ta’ pagament – jistgħu għalhekk jiġu rritornati lill-programm LIFE, li minnu dawn l-approprjazzjonijiet inizjalment ġew ikkumpensati. Bl-istess mod, pożizzjoni waħda fit-tabella tal-persunal u pożizzjoni waħda ta’ aġent kuntrattwali għal dan il-għan ma għadhomx meħtieġa.
Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ tal-foresti Ewropej 16 ġiet inkluża fil-lista ta’ inizjattivi pendenti rtirati fil-Komunikazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2026 — Il-Mument tal-Indipendenza tal-Ewropa 17 . Ir-riżorsi finanzjarji li kienu ppjanati għall-implimentazzjoni tal-kompiti rilevanti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – total ta’ EUR 1,1 miljun kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll ta’ pagament – jistgħu għalhekk jiġu rritornati lil-linji baġitarji tal-programm LIFE, li minnu dawn l-ammonti inizjalment ġew ikkumpensati. Bl-istess mod, żewġ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u aġent kuntrattwali wieħed għal dan il-għan ma għadhomx meħtieġa.
Għaldaqstant, l-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
EUR |
|||
|
Linja Baġitarja |
Isem |
Approprjazzjonijiet ta’ impenn |
Approprjazzjonijiet ta’ pagament |
|
Taqsima III – Il-Kummissjoni |
|||
|
30 02 02 |
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 09 10 02) |
- 1 537 273 |
- 1 537 273 |
|
09 02 01 |
Natura u bijodiversità |
552 550 |
552 550 |
|
09 02 02 |
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja |
432 172 |
432 172 |
|
09 02 03 |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih |
552 551 |
552 551 |
|
Total |
0 |
0 |
|
It-tabella tal-persunal aġġornata hija stabbilita fl-anness baġitarju.
3.5 Bidla fir-rimarki tal-baġit għal-linja 02 02 02 (Garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU — Proviżjonament tal-fond ta’ proviżjonament komuni)
Skont ir-Regolament Omnibus II dwar InvestEU 18 , l-Istati Membri issa jistgħu jikkontribwixxu fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għall-istrument finanzjarju InvestEU. Dawn il-fondi huma kontribuzzjonijiet diretti fi flus kontanti mill-Istati Membri lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, li għalihom l-aktar soluzzjoni xierqa hija li dan id-dħul assenjat estern jiġi rreġistrat taħt il-linja baġitarja 02 02 02. Biex tiġi riflessa din il-bidla u biex jiġu akkomodati talbiet futuri simili, huwa propost li r-rimarki baġitarji fil-Baġit 2026 għal-linja 02 02 02 jiġu emendati kif ġej:
Linja 02 02 02 – Garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU — Proviżjonament tal-fond ta’ proviżjonament komuni
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-proviżjonament tal-garanzija tal-UE prinċipalment meħtieġ biex jiġu koperti t-talbiet għal ħlas ta’ garanzija u l-kostijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-garanzija tal-UE mill-Fond InvestEU.
Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet minn ħames Stati Membri (ir-Rumanija, il-Greċja, il-Finlandja, il-Bulgarija u Malta) u n-Norveġja u l-Iżlanda waslu fl-2022, fl-2023 u fl-2024 bħala kontribuzzjonijiet annwali addizzjonali mill-Istati Membri u mill-Istati tal-EFTA billi żdiedu l-approprjazzjonijiet korrispondenti taħt dan l-artikolu.
Wara r-Regolament Omnibus II dwar Invest EU, huma mistennija kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Italja u mir-Rumanija, li se jikkostitwixxu dħul assenjat estern. Dawn il-fondi mhux se jkunu parti mill-garanzija ta’ InvestEU iżda se jiġu fdati lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ InvestEU rilevanti u se jiġu implimentati bħala strument finanzjarju taħt InvestEU.
4. Finanzjament
B’mod ġenerali, l-impatt nett tal-ABE 2/2026 fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 444,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 8 004,2 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. In-naħa tad-dħul tal-baġit hija proposta li tiġi aġġustata kif stabbilit f’dan l-ABE 2/2026.
Minħabba n-nuqqas ta’ marġini u spazju għar-riallokazzjoni taħt is-subintestatura 2b, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 19 għal ammont ta’ EUR 1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-subintestatura 2b, sabiex tissaħħaħ il-linja baġitarja għan-nefqa ta’ appoġġ għall-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ għoti u teħid b’self.
Bl-istess mod, minħabba n-nuqqas ta’ marġini u spazju għar-riallokazzjoni taħt l-intestatura 7, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta’ Marġni Uniku f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 20 għal ammont ta’ EUR 3,165 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-intestatura 7.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2026 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2023 sa 2026 huma stmati għal EUR 2 286,0 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
|
Strumenti ta’ Flessibbiltà - profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR) |
||||
|
Sena ta’ mobilizzazzjoni |
2026 |
2027 |
Wara l-QFP 2021-2027 |
Total |
|
2023 |
83,2 |
0,0 |
0,0 |
83,2 |
|
2024 |
83,7 |
46,3 |
0,0 |
129,9 |
|
2025 |
15,8 |
9,4 |
5,7 |
30,9 |
|
2026 |
2 038,7 |
1,7 |
1,6 |
2 041,9 |
|
Total |
2 221,4 |
57,3 |
7,2 |
2 286,0 |
5. Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP
|
|
|
|
|
|
|
|
F’EUR |
|
|
Baġit 2026 (inkluż ABE 1/2026) |
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 2/2026 |
Baġit 2026 (inkluż ABE 1-2/2026) |
||||
|
AI |
AP |
AI |
AP |
AI |
AP |
||
|
1 |
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali |
22 162 993 197 |
23 336 627 126 |
|
|
22 162 993 197 |
23 336 627 126 |
|
|
Limitu |
22 210 000 000 |
|
|
|
22 210 000 000 |
|
|
|
Marġni |
47 006 803 |
|
|
|
47 006 803 |
|
|
2 |
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri |
71 649 838 425 |
73 166 657 166 |
1 000 000 |
5 361 000 000 |
71 650 838 425 |
78 527 657 166 |
|
|
Limitu |
67 523 000 000 |
|
|
|
67 523 000 000 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
2 014 115 425 |
|
1 000 000 |
1 000 000 |
2 015 115 425 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-EURI |
2 112 723 000 |
|
|
|
2 112 723 000 |
|
|
|
Marġni |
|
|
|
|
|
|
|
2a. |
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
56 594 001 997 |
58 298 110 625 |
|
5 360 000 000 |
56 594 001 997 |
63 658 110 625 |
|
|
Limitu |
56 593 000 000 |
|
|
|
56 593 000 000 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
1 001 997 |
|
|
|
1 001 997 |
|
|
|
Marġni |
|
|
|
|
|
|
|
2b. |
Reżiljenza u valuri |
15 055 836 428 |
14 868 546 541 |
1 000 000 |
1 000 000 |
15 056 836 428 |
14 869 546 541 |
|
|
Limitu |
10 930 000 000 |
|
|
|
10 930 000 000 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
2 013 113 428 |
|
1 000 000 |
1 000 000 |
2 014 113 428 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-EURI |
2 112 723 000 |
|
|
|
2 112 723 000 |
|
|
|
Marġni |
|
|
|
|
|
|
|
3 |
Riżorsi Naturali u Ambjent |
56 529 415 080 |
52 577 345 231 |
440 000 000 |
2 640 000 000 |
56 969 415 080 |
55 217 345 231 |
|
|
Limitu |
57 100 000 000 |
|
|
|
57 100 000 000 |
|
|
|
Marġni |
570 584 920 |
|
-440 000 000 |
|
130 584 920 |
|
|
|
Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti |
40 011 259 481 |
39 958 066 815 |
440 000 000 |
440 000 000 |
40 451 259 481 |
40 398 066 815 |
|
|
Sublimitu massimu tal-FAEG |
41 764 000 000 |
|
|
|
41 764 000 000 |
|
|
|
Differenza dovuta għall-ittondjar eskluża mill-kalkolu tas-submarġni |
773 000 |
|
|
|
773 000 |
|
|
|
Trasferimenti netti bejn il-FAEG u l-FAEŻR |
-1 222 773 000 |
|
|
|
-1 222 773 000 |
|
|
|
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sublimitu korrett bit-trasferimenti bejn il-FAEG u l-FAEŻR) |
40 542 000 000 |
|
|
|
40 542 000 000 |
|
|
|
Submarġni tal-FAEG |
529 967 519 |
|
-440 000 000 |
|
89 967 519 |
|
|
4 |
Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri |
5 018 866 515 |
3 887 896 129 |
|
|
5 018 866 515 |
3 887 896 129 |
|
|
Limitu |
5 103 000 000 |
|
|
|
5 103 000 000 |
|
|
|
Marġni |
84 133 485 |
|
|
|
84 133 485 |
|
|
5 |
Sigurtà u Difiża |
2 813 506 939 |
2 253 300 408 |
|
|
2 813 506 939 |
2 253 300 408 |
|
|
Limitu |
2 810 000 000 |
|
|
|
2 810 000 000 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
3 506 939 |
|
|
|
3 506 939 |
|
|
|
Marġni |
|
|
|
|
|
|
|
6 |
Viċinat u d-Dinja |
15 600 020 092 |
16 569 670 072 |
|
|
15 600 020 092 |
16 569 670 072 |
|
|
Limitu |
15 614 000 000 |
|
|
|
15 614 000 000 |
|
|
|
Marġni |
13 979 908 |
|
|
|
13 979 908 |
|
|
7 |
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea |
13 277 510 287 |
13 277 510 287 |
3 165 000 |
3 165 000 |
13 280 675 287 |
13 280 675 287 |
|
|
Limitu |
12 506 000 000 |
|
|
|
12 506 000 000 |
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
23 306 848 |
|
|
|
23 306 848 |
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a) |
748 203 439 |
|
3 165 000 |
|
751 368 439 |
|
|
|
Marġni |
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
9 999 745 735 |
9 999 745 735 |
3 165 000 |
3 165 000 |
10 002 910 735 |
10 002 910 735 |
|
|
Sublimitu |
9 464 000 000 |
|
|
|
9 464 000 000 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a) |
535 745 735 |
|
3 165 000 |
|
538 910 735 |
|
|
|
Submarġni |
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet għall-intestaturi |
187 052 150 535 |
185 069 006 419 |
444 165 000 |
8 004 165 000 |
187 496 315 535 |
193 073 171 419 |
|
|
|
Limitu |
182 866 000 000 |
201 170 000 000 |
|
|
182 866 000 000 |
201 170 000 000 |
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
2 040 929 212 |
2 220 417 865 |
1 000 000 |
1 000 000 |
2 041 929 212 |
2 221 417 865 |
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Marġini Uniku 11(1)(a) |
748 203 439 |
|
3 165 000 |
|
751 368 439 |
|
|
|
Li minnhom taħt l-EURI |
2 112 723 000 |
2 112 723 000 |
|
|
2 112 723 000 |
2 112 723 000 |
|
|
Marġni |
715 705 116 |
20 434 134 446 |
-440 000 000 |
-8 003 165 000 |
275 705 116 |
12 430 969 446 |
|
|
Strumenti speċjali tematiċi |
5 715 921 020 |
5 022 549 248 |
|
|
5 715 921 020 |
5 022 549 248 |
|
Approprjazzjonijiet totali |
192 768 071 555 |
190 091 555 667 |
444 165 000 |
8 004 165 000 |
193 212 236 555 |
198 095 720 667 |
|
COM(2026) 310, 19.5.2026.