<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<CONCLUSION xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" NNC="YES" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0400309101.case.xml"><NO.CASE>C-518/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008CC0518</NO.CELEX><NO.SEQ>0008.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3093</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3110</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-518/08</LEFT><RIGHT>FUNDACIÓN GALA-SALVADOR DALÍ U VEGAP</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20091217">17 ta’ Diċembru 2009</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-1859, Jean-François Millet lesta u biegħ il-pittura famuża tiegħu <HT TYPE="ITALIC">L’Angélus</HT>. Sena wara l-mewt tiegħu, fi żmien meta l-familja tiegħu, bħal bosta oħrajn li ntlaqtu mill-Ewwel Gwerra Dinjija, kienet tinsab f’ċirkustanzi ta’ bżonn, il-pittura reġgħet inbiegħet bi prezz li bih il-bejjiegħ stagħna b’mod konsiderevoli. Jingħad li kien il-kuntrast bejn dawn iż-żewġ ċirkustanzi li wassal lil-leġiżlatur Franċiż biex jintroduċi, fl-1920, id-<HT TYPE="ITALIC">droit de suite</HT>, jew id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li jistabbilixxi li l-bejgħ sussegwenti ta’ xogħlijiet ta’ arti jagħtu lok għall-ħlas ta’ royalty lill-awtur jew lill-werrieta tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-istqarrija mill-Ministru għall-kultura u l-komunikazzjoni fl-Assemblea Nazzjonali Franċiża fis-<DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE> (http://www.assemblee-nationale.fr/12/cri/2005-2006/20060175.asp).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Minn dak iż-żmien ’il hawn dan id-dritt inxtered f’sistemi ġuridiċi oħrajn. Kien iddaħħal fil-Konvenzjoni ta’ Berne fl-1948<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Il-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, tad-<DATE ISO="18860909">9 ta’ Settembru 1886</DATE>, riveduta b’mod partikolari fi Brussell fis-<DATE ISO="19480626">26 ta’ Ġunju 1948</DATE>. L-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma partijiet għall-konvenzjoni.</P></NOTE>, fuq bażi fakultattiva, u ġie stabbilit bħala obbligatorju fl-Unjoni Ewropea bid-Direttiva 2001/84 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />id-Direttiva<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />)<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 240).</P></NOTE>. Għalkemm il-prinċipju huwa uniformi u r-rati applikati huma armonizzati, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni f’diversi aspetti.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont il-pożizzjoni preżenti tad-dritt Franċiż, wara l-mewt tal-awtur tax-xogħol, il-benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid huma limitati għall-werrieta leġittimi tal-awtur, bl-esklużjoni tal-legatarji testamentarji.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-artist Salvador Dalí<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Huwa interessanti li wieħed jinnota li Dalí stess kien influwenzat ħafna minn <HT TYPE="ITALIC">L’Angélus</HT>, u fl-1963 ippubblika interpretazzjoni tagħha fit-tul <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />paranojaka-kritika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" />, bit-titolu <HT TYPE="ITALIC">Le mythe tragique de l’Angélus de Millet.</HT></P></NOTE> miet fl-1989, u ħalla d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tiegħu kollha lill-Istat Spanjol b’testment. Kieku kien miet <HT TYPE="ITALIC">ab intestato</HT>, dawk id-drittijiet kienu jgħaddu lil għadd ta’ werrieta kollaterali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3094"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont id-dritt Franċiż, id-drittijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fuq il-bejgħ tax-xogħlijiet ta’ Dalí fi Franża nġabru f’isem dawk il-werrieta kollaterali. Inqalgħet kwistjoni bejn is-soċjetà Spanjola li tiġbor ir-royalties f’isem l-Istat Spanjol, rappreżentat minn fondazzjoni mwaqqfa minn Dalí qabel mewtu, u s-soċjetà ta’ ġbir Franċiża li ħallset ir-royalties lill-werrieta kollaterali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>F’dak il-kuntest, it-Tribunal de grande instance ta’ Pariġi, isaqsi lil Qorti tal-Ġustizzja jekk il-limitazzjoni mil-leġiżlazzjoni Franċiża tal-benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-werrieta leġittimi hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-premessa 1 fil-preambolu tad-Direttiva tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid huwa dritt mhux assenjabbli u mhux trasferibbli<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" />, u l-premessa 3 tispjega li dan huwa maħsub <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />sabiex jassigura li l-awturi ta’ xogħlijiet ta’ l-arti figurattivi jaqsmu s-suċċess ekonomiku tax-xogħlijiet oriġinali ta’ l-arti tagħhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" /> u sabiex jgħin biex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />jagħti mill-ġdid il-bilanċ bejn is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-awturi ta’ xogħlijiet ta’ l-arti figurattivi u dak ta’ kreaturi oħra li jibbenefikaw mill-isfruttar suċċessiv tax-xogħlijiet tagħhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" />.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-premessa 9 tinnota li s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel, fejn il-biċċa l-kbira tal-15-il Stat Membru li kien hemm dak iż-żmien, iżda mhux kollha, kienu jipprovdu għal dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, iżda b’differenzi sinjifikattivi, b’mod partikolari fir-rigward tax-xogħlijiet koperti, dawk intitolati jirċievu royalties, ir-rata applikata, it-tranżazzjonijiet suġġetti għal ħlas ta’ royalty, u l-bażi li fuqhom kienu kkalkolati. Din tipprovdi wkoll: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />L-applikazzjoni jew nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dritt bħal dan għandu impatt sinifikanti fuq l-ambjent kompetittiv fi ħdan is-suq intern, minħabba li l-eżistenza jew nuqqas ta’ obbligazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid hija element li għandu jingħata każ tiegħu minn kull individwu li jixtieq ibiegħ xogħol ta’ l-arti. Dan id-dritt huwa għalhekk fattur li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ tgħawwiġ [distorsjoni] fil-kompetizzjoni kif ukoll l-ispjazzament [l-ispostament] ta’ bejgħ fi ħdan il-Komunità.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" /></TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-premessa 10 tenfasizza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />[d]isparitajiet bħal dawn dwar l-eżistenza<?PAGE NO="I-3095"?> tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid u l-applikazzjoni tiegħu mill-Istati Membri għandhom impatt negattiv dirett fuq it-tħaddim xieraq tas-suq intern tax-xogħlijiet ta’ l-arti kif ipprovdut bl-Artikolu 14 tat-Trattat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" />, waqt li l-premessa 11 tinnota li l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid tikkontribwixxi għall-kisba tal-libertajiet inerenti fis-suq intern. Konsegwentement, skont il-premessa 13, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />[i]d-differenzi eżistenti bejn il-liġijiet għandhom ikunu eliminati fejn dawn ikollhom effett ta’ tfixkil fuq it-tħaddim tas-suq intern, u l-ħolqien ta’ kwalunkwe differenzi ġodda ta’ dak it-tip m’għandhomx jitħallew<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" />, tħassib li huwa mtenni, essenzjalment, fil-premessi 14 u 15. B’mod partikolari, skont il-premessa 23, il-funzjonament effettiv tas-suq intern fix-xogħlijiet ta’ arti moderna u kontemporanja jeħtieġ l-iffissar ta’ rati uniformi għad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid fl-usa’ firxa possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Madankollu, il-premessa 13 tiddikjara wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />[m]’hemmx ħtieġa għall-eliminazzjoni, jew prevenzjoni tal-ħruġ ta’, differenzi li ma jkunux mistennija li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" />, waqt li l-premessa 15 tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />mhuwiex neċessarju li tkun armonizzata kull disposizzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid u, sabiex jitħalla kemm jista’ jkun skop għal deċiżjoni nazzjonali, huwa biżżejjed li l-eżerċizzju ta’ armonizzazzjoni jkun limitat għal dawk id-disposizzjonijiet domestiċi li għandhom l-iktar impatt dirett fuq it-tħaddim tas-suq intern<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" />.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fuq l-istess linja, iżda b’mod iktar speċifiku, il-premessa 27 tiddikjara: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />Il-persuni intitolati li jirċievu r-royalties għandhom ikunu speċifikati, filwaqt li jingħata il-każ dovut [b’kunsiderazzjoni] għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Mhuwiex xieraq li tittieħed azzjoni permezz ta’ din id-Direttiva dwar liġijiet ta’ Stati Membri ta’ suċċessjoni. Madankollu, dawk intitolati taħt l-awtur għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw totalment mid-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara mewtu […]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" />.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet sostantivi tad-Direttiva, l-Artikolu 1(1) jeħtieġ li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />jipprovdu, għall-benefiċċju ta’ l-awtur ta’ xogħol oriġinali ta’ l-arti, dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li għandu jkun definit bħala dritt mhux trasferibbli, li ma jistax jitneħħa, anki bil-quddiem, sabiex jirċievi royalty ibbażata fuq il-prezz tal-bejgħ għal kwalunkwe bejgħ mill-ġdid tax-xogħol, sussegwentement għall-ewwel trasferiment tax-xogħol mill-awtur<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012" />.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ir-rati li għandhom jiġu applikati huma stabbiliti b’mod uniformi fl-Artikolu 4(1), b’varjanti diskrezzjonarji minuri fl-Artikolu 4(2) u (3).</TXT></NP><?PAGE NO="I-3096"?><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 6(1), ir-royalty għandu jkun pagabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />lill-awtur tax-xogħol u, soġġett għall-Artikolu 8(2), wara l-mewt tiegħu lil dawk intitolati taħtu/taħtha<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013" /><NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>[Nota ta’ qiegħ il-paġna irrilevanti għall-verżjoni Maltija].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 jipprovdi, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />1.</NO.PARAG><ALINEA>It-termin[u] ta’ protezzjoni tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għandu [jiddekorri għall-ħajja tal-awtur u għal 70 sena wara mewtu, irrispettivament mid-data meta x-xogħol legalment tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-<DATE ISO="19931029">29 ta’ Ottubru 1993</DATE>, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 141), li issa ġie ssostitwit bl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-perijodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (verżjoni kodifikata) (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2006" NO.OJ="372" PAGE.FIRST="12">ĠU 2006, L 372, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, dawk l-Istati Membri li ma japplikawx id-dritt għal bejgħ mill-ġdid mad-[data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 13], ma jkunux meħtieġa, għal perjodu li jiskadi mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, sabiex japplikaw id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ dawk intitolati taħt l-artist wara l-mewt tiegħu jew tagħha. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru li għalih japplika l-paragrafu 2 jista’ jkollu sa sentejn iktar, jekk ikun hemm bżonn sabiex jippermetti lill-operaturi ekonomiċi f’dak l-Istat Membru jaddattaw gradwalment għas-sistema tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid filwaqt li jżommu l-vijabilità ekonomika tagħhom, qabel ma jkun meħtieġ li japplikaw id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ dawk intitolati taħt l-artist wara l-mewt tiegħu/tagħha. […]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" /></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 jeħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva qabel l-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>, u l-Artikolu 13 jispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha bħala l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,</HT> jiġifieri t-<DATE ISO="20011013">13 ta’ Ottubru 2001</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid ilu jeżisti fil-leġiżlazzjoni Franċiża sa mill-1920<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Loi du 20 mai 1920 frappant d’un droit au profit des artistes les ventes publiques d’objets d’art, abrogata u ssostitwita bil-Loi n<HT TYPE="SUP">o</HT> 57-298 du <DATE ISO="19570311">11 mars 1957</DATE> sur la propriété littéraire et artistique.</P></NOTE>. Madankollu, id-dispożizzjoni rilevanti ġiet emendata fl-2006 sabiex tinġieb konformi<?PAGE NO="I-3097"?> bis-sħiħ mar-rekwiżiti tad-Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Loi n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2006-961 du <DATE ISO="20060801">1<HT TYPE="SUP">er</HT> août 2006</DATE> relative au droit d’auteur et aux droits voisins dans la société de l’information.</P></NOTE>. L-Artikolu L.122-8 tal-Code de la propriété intellectuelle (Kodiċi tal-Proprjetà Intellettwali) issa b’hekk jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />L-awturi ta’ xogħljiet oriġinali ta’ arti grafika jew plastika li huma ċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea jew ta’ Stat li huwa parti kontraenti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jgawdu minn dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, li huwa dritt inaljenabbli għal parteċipazzjoni fir-rikavat minn kwalunkwe bejgħ ta’ xogħol wara l-ewwel trasferiment ta’ dak ix-xogħol mill-awtur jew minn dawk intitolati taħtu jew taħtha […].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu L.123-7 jispeċifika ulterjorment:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />Wara l-mewt tal-awtur, id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu L.122-8 għandu jgħaddi għand il-werrieta tiegħu jew tagħha […], bl-esklużjoni tal-legatarji u l-aventi kawża kollha, matul il-kumplament tas-sena kalendarja inkwistjoni u s-70 sena sussegwenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" /><NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Din id-dispożizzjoni ma nbidlitx minn mindu t-tul tal-perijodu applikabbli ġie estiż minn 50 għal 70 sena fl-1997. It-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />aventi kawża<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" /> hawnhekk qed jintuża bħala traduzzjoni tat-terminu Franċiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" /><HT TYPE="ITALIC">ayants cause</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" />, li jista’ jiġi preżunt li għandu tifsira differenti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019" /><HT TYPE="ITALIC">ayants droit</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019" />, it-terminu użat fid-Direttiva għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020" />dawk intitolati taħtu/taħtha, għalkemm it-tnejn spiss jintużaw b’mod interkambjabbli bil-Franċiż.</P></NOTE>.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ser nirreferi għal dik id-definizzjoni tal-benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021" />r-regola kkontestata<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021" />.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-ordni ta’ suċċessjoni tal-werrieta hija rregolata mill-Artikolu 734 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tal-Kodiċi Ċivili Franċiż u tikkonsisti f’erba’ kategoriji ta’ werrieta. Fi ħdan kull kategorija, il-prijorità tiddependi fuq il-grad ta’ relazzjoni. Il-qraba kollaterali lil hinn mis-sitt grad ma jirtux<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Skont l-Artikolu 724 tal-Kodiċi Ċivili, fin-nuqqas ta’ werrieta u legatarji, l-Istat jiret il-patrimonju.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Artikoli 912 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Kodiċi Ċivili jaqsmu l-patrimonju tal-mejjet f’parti riżervata mil-liġi għal ċerti werrieta u parti li tista’ titħalla b’testment lil legatarji. Bħala regola ġenerali, il-patrimonju sħiħ jista’ jitħalla b’testment jekk il-mejjet ma jkunx ħalla dixxendenti jew mill-konjugi fi żwieġ eżistenti (jew, qabel l-2007, minn axxendenti diretti). Ir-regola kkontestata b’hekk hija eċċezzjoni għal dik ir-regola ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3098"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid kien iddaħħal fid-dritt Spanjol fl-1987<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ley 22/1987, de 11 de noviembre, de Propiedad Intelectual, Artikolu 24, kif ifformulata mill-ġdid mir-Real Decreto Legislativo 1/1996, de 12 de abril, por el que se apruebe el texto refundido de la Ley de Propiedad Intelectual, regularizando, aclarando y armonizando las disposiciones legales vigentes sobre la materia.</P></NOTE>, u nġab konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva bil-Liġi 3/2008<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ley 3/2008, de 23 de diciembre, relativa al derecho de participación en beneficio del autor de una obra de arte original, Artikoli 2(1) u 6.</P></NOTE>. Il-leġiżlazzjoni Spanjola, għall-kuntrarju ta’ dik Franċiża, ma teskludi ebda kategorija ta’ persuni minn dawk li jistgħu jkunu intitolati taħt l-awtur ta’ xogħol, iżda sempliċement speċifikat, sa mill-1996, li l-jedd jiġi ttrasferit biss b’suċċessjoni <HT TYPE="ITALIC">mortis causa</HT>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fl-1983, Salvador Dalí waqqaf il-Fundació Gala-Salvador Dalí<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Gala kien l-isem li bih martu, Elena Dmitrievna Diakonova, kienet ġeneralment magħrufa. Hija kienet mietet fl-1982.</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022" />il-Fondazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022" />) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023" />biex tippromwovi, trawwem, ixxerred, tiċċelebra, tħares u tiddefendi fi Spanja u f’kull Stat ieħor ix-xogħol artistiku, kulturali u intellettwali tal-pittur, il-proprjetà tiegħu u drittijiet ta’ kwalunkwe natura; l-esperjenza ta’ ħajtu, il-ħsibijiet tiegħu, il-proġetti u ideat tiegħu u x-xogħlijiet artistiċi, intellettwali u kulturali; il-memorja tiegħu u r-rikonoxximent universali tal-ġenjalità tal-kontribut tiegħu għall-Arti Klassiċi, għall-kultura u għall-ħsieb kontemporanju<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023" /><NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara http://www.salvador-dali.org/fundacio/es_historia.html.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Dalí miet armel fl-1989, u ma ħalliex tfal jew dixxendenti, iżda fit-testment tiegħu, ħalla lill-Istat Spanjol bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024" />il-werriet universali u mingħajr ebda kundizzjoni għall-proprjetà, id-drittijiet u l-kreazzjonijiet artistiċi kollha tiegħu, waqt li jħeġġu biex jippreżerva, ixerred u jipproteġi x-xogħlijiet ta’ arti tiegħu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024" />. L-Istat Spanjol aċċetta dak il-legat, u assenja l-kompitu ta’ amministrazzjoni u sfruttar tad-drittijiet ikkonċernati lill-Ministeru tal-Kultura, li għaddih lill-Fondazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl-1997, il-Fondazzjoni tat lis-soċjetà ta’ ġbir Spanjola Visual Entidad de Gestión de Artistas Plásticos (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025" />VEGAP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025" />), li tagħha hija membru, prokura esklużiva biex teżerċita d-drittijiet tagħha u biex tiġbor is-somom dovuti fir-rigward tax-xogħlijiet ta’ Dalí<?PAGE NO="I-3099"?> madwar id-dinja kollha. VEGAP, li għandha kuntratt ta’ rappreżentanza reċiproka mas-soċjetà Franċiża li hija affiljata magħha, Auteurs dans les Arts Graphiques et Plastiques (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026" />ADAGP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026" />), talbet lil din tal-aħħar biex tiġġestixxi d-drittijiet fuq ix-xogħlijiet ta’ Dalí fi Franza, b’effett mis-<DATE ISO="19971017">17 ta’ Ottubru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Minn dak iż-żmien ’il hawn, l-ADAGP ġabret u ħallset lill-VEGAP, f’isem il-Fondazzjoni, l-ammonti kollha dovuti fir-rigward tal-isfruttar tax-xogħlijiet tal-artist fi Franza — bl-eċċezzjoni tad-drittijiet ta’ bejgħ mill-ġdid, li hija, ta’ mill-inqas inizjalment, ġabret f’isem u ħallset lill-werrieta kollaterali ta’ Dalí.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20051228">28 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Fondazzjoni u l-VEGAP ressqu proċeduri kontra l-ADAGP quddiem it-Tribunal de grande instance f’Pariġi. Huma jargumentaw li, skont ir-regoli kemm Franċiżi kif ukoll Spanjoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet, is-suċċessjoni għall-patrimonju mobbli ta’ Dalí hija rregolata mid-dritt Spanjol peress li, meta miet, huwa kien ċittadin Spanjol domiċiljat fi Spanja. Il-Fondazzjoni b’hekk hija l-unika benefiċjarja tad-drittijiet kollha fuq ix-xogħlijiet ta’ Dalí, b’mod partikolari d-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid fir-rigward ta’ bejgħ pubbliku. Hija titlob li l-ADAGP tiġi ordnata tħallasha, permezz tal-VEGAP, ir-royalties kollha miġbura fuq bejgħ ta’ xogħlijiet ta’ Dalí sa mis-<DATE ISO="19971017">17 ta’ Ottubru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ADAGP, skont kif jidher mill-atti tal-kawża nazzjonali, ma qassmet xejn mir-royalties miġbura b’dan il-mod minn mindu tressqet il-kawża, u hija disposta li tħallashom lill-parti jew partijiet li t-Tribunal de grande instance jiddeċiedi li huma intitolati għalihom. Hija tissottometti li r-royalties diġà mħallsa lis-sitt werrieta kollaterali li hija kkunsidrat li kienu intitolati skont id-dritt Franċiż, għandhom jiġu rkuprati jekk ikun il-każ mingħand dawk il-werrieta. Hija b’hekk sejħet lill-werrieta fil-kawża bħala konvenuti terzi, għalkemm ħadd minnhom ma deher.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-Tribunal de grande instance josserva li Franza żammet dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-werrieta leġittimi biss, waqt li d-Direttiva tispeċifika li dan għandu jkun pagabbli lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027" />dawk intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027" /> l-artist il-mejjet. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dan huwiex permess taħt id-Direttiva, jew<?PAGE NO="I-3100"?> fl-applikazzjoni normali tagħha jew inkella skont id-derogi fl-Artikolu 8.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-Tribunal de grande instance għamel id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028" />Sussegwentement għad-Direttiva [2001/84/KE] tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, Franza tista’ żżomm dritt ta’ bejgħ mill-ġdid irriżervat lill-werrieta bl-esklużjoni tal-legatarji jew aventi kawża?</P><P>Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva [2001/84/KE] tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE> jippermettu li Franza jkollha sistema ta’ deroga?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ġew sottomessi noti ta’ osservazzjonijiet mill-Fondazzjoni u l-VEGAP, mill-Gvernijiet ta’ Franza, l-Italja u Spanja u mill-Kummissjoni. Matul is-seduta, saru trattazzjonijiet mill-Fondazzjoni, mill-Gvernijiet ta’ Franza u Spanja u mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 6(1) u 8(2) u (3), għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lil Franza żżomm dritt ta’ bejgħ mill-ġdid li l-benefiċċju tiegħu huwa ristrett, wara l-mewt tal-awtur, għall-werrieta leġittimi tiegħu jew tagħha, bl-esklużjoni tal-legatarji jew aventi kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Qabel ma nindirizza dawn id-domandi, madankollu, nemmen li jkun utli li jiġu kkunsidrati ċerti aspetti li jistgħu jaffettwaw l-applikabbiltà tad-Direttiva fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali kif ukoll, fis-sottomissjoni tal-Gvern Spanjol, l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok nosserva li l-kawża prinċipali hija bejn partijiet privati, u ma tinvolvix lil Franza bħala Stat Membru li lilu hija indirizzata d-Direttiva. Fit-tieni lok, din il-kawża tikkonċerna, ta’ mill-inqas parzjalment, ammonti li setgħu nġabru, min-naħa waħda, qabel ma ġiet adottata d-Direttiva u, min-naħa l-oħra, wara li ġiet adottata iżda qabel l-iskadenza tat-terminu permess għat-traspożizzjoni tagħha. Fit-tielet<?PAGE NO="I-3101"?> lok, fil-kawża prinċipali, ir-rikorrenti ma jibbażawx fuq xi inkompatibbiltà bejn id-dritt Franċiż u d-Direttiva, iżda fuq l-applikabbiltà tad-dritt Spanjol minflok dak Franċiż biex jiġu ddeterminati l-benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029" />Effett dirett orizzontali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029" /></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, direttiva ma tistax minnha nfisha timponi obbligi fuq individwu u għaldaqstant ma tistax tiġi invokata <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> kontra individwu, sabiex b’hekk anki dispożizzjoni ċara, preċiża u mingħajr kundizzjoni ta’ direttiva li jkollha l-għan li tagħti drittijiet jew timponi obbligi fuq individwi ma tistax fiha nfisha tapplika f’kawża li tkun esklużivament bejn partijiet privati<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Mono Car Styling (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-12/08" PAGE.ECR="I-6653">C-12/08, Ġabra p. I-6653</REF.DOC.ECR>, punt 59).</P></NOTE>. Peress li f’dan il-każ il-kawża prinċipali hija tabilħaqq bejn partijiet privati, dik ir-regola tidher li tipprekludi li tiġi invokata kwalunkwe inkompatibbiltà li jista’ jkun hemm bejn id-dritt Franċiż u d-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu, jidher ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju u mill-atti tal-kawża nazzjonali mgħoddija lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-Fondazzjoni u l-VEGAP mhux qed jinvokaw id-Direttiva kontra l-ADAGP jew il-werrieta ta’ Dalí fil-kawża prinċipali. Għall-kuntrarju, jidher li t-Tribunal de grande instance qajjem din il-kwistjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> u huwa biss fis-sottomissjonijiet tagħhom lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni hekk sollevata li l-Fondazzjoni u l-VEGAP argumentaw li r-regola kkontestata ma hijiex kompatibbli mad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, jidhirli li l-ġurisprudenza inkwistjoni fil-fatt ma hijiex rilevanti. Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat f’termini ġenerali li dispożizzjoni ta’ direttiva ma tistax tapplika f’kawża bejn partijiet privati, il-bażi għal dik id-dikjarazzjoni hija li parti privata waħda ma tistax tinvoka d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva sabiex tasserixxi dritt kontra, jew biex timponi obbligu fuq, parti privata oħra. Dik il-kunsiderazzjoni ma tapplikax meta l-qorti nazzjonali tqajjem il-kwistjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement stabbilixxiet li, fin-nuqqas ta’ regoli Komunitarji (issa d-dritt tal-Unjoni Ewropea, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030" />dritt tal-UE<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030" />)<?PAGE NO="I-3102"?> fil-qasam, huwa fil-kompetenza tas-sistema ġuridika nazzjonali ta’ kull Stat Membru biex tistabbilixxi regoli proċedurali dettaljati li jirregolaw azzjonijiet għall-ħarsien ta’ drittijiet li l-individwi jiksbu mid-dritt tal-UE, kemm-il darba dawk ir-regoli ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw azzjonijiet domestiċi simili (il-prinċipju tal-ekwivalenza) u li ma jagħmlux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju ta’ tali drittijiet (il-prinċipju tal-effettività). B’hekk, id-dritt tal-UE jipprekludi regola nazzjonali li, billi tipprojbixxi li qorti nazzjonali tikkunsidra <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk miżura tad-dritt nazzjonali hijiex kompatibbli ma’ dispożizzjoni tad-dritt tal-UE, tonqos milli tirrispetta xi wieħed minn dawk il-prinċipji. Madankollu, ma teħtiġx li qorti nazzjonali tqajjem tali kwistjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk l-ebda wieħed minn dawk il-prinċipji ma jkun inkwistjoni<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Din il-linja magħrufa ta’ ġurisprudenza, li qed niġbor fil-qosor hawnhekk, bdiet bis-sentenzi tal-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Peterbroeck (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-312/93" PAGE.ECR="I-4599" YEAR="1995">C-312/93, Ġabra p. I-4599</REF.DOC.ECR>) u van Schijndel u van Veen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-430/93+C-431/93" PAGE.ECR="I-4705" YEAR="1995">C-430/93 u C-431/93, Ġabra p. I-4705</REF.DOC.ECR>), u ġiet ippreżentata iktar reċentement fis-sentenza tas-<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, van der Weerd <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/05+C-223/05+C-224/05+C-225/05" PAGE.ECR="I-4233" YEAR="2007">C-222/05 sa C-225/05, Ġabra p. I-4233</REF.DOC.ECR> fil-punti 28 sa 42). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro f’din l-aħħar kawża, punti 13 sa 41.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>B’mod ċar, id-dritt tal-UE ma jistax jipprekludi lil qorti nazzjonali milli tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (kif għamlet il-qorti tar-rinviju) kwistjoni ta’ kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva Ewropea. Għall-kuntrarju, l-obbligu li għandhom il-qrati nazzjonali biex jinterpretaw id-dritt nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tat-test u l-iskop tad-direttiva inkwistjoni sabiex jinkiseb ir-riżultat imfittex<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza Mono Car Styling, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 60 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE> huwa inċentiv pożittiv sabiex huma jqajmu tali kwistjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, huwa l-kompitu tad-dritt Franċiż biex jiddetermina jekk it-Tribunal de grande instance għandux kompetenza biex jitlob deċiżjoni preliminari dwar il-kompatibbiltà tar-regola kkontestata mad-Direttiva u biex jagħti effett lis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’dak ir-rigward, jekk jirriżulta li r-regola hija inkompatibbli mad-Direttiva, din ma għandhiex tiġi applikata, peress li jidher diffiċli li wieħed jinterpreta t-termini espliċiti tagħha fis-sens li jinkludu legatarji, u l-obbligu li d-dritt nazzjonali jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-UE ma jistax iservi bħala l-bażi għal interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT><NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza Mono Car Styling, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, ma sar ebda suġġeriment li t-Tribunal de grande instance ma għandux kompetenza biex jitlob deċiżjoni preliminari jew biex jieħu kwalunkwe passi li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jagħti effett lil dik<?PAGE NO="I-3103"?> id-deċiżjoni. Ser nipproċedi fuq il-bażi li għandu kompetenza u jista’ jagħti effett xieraq lis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-applikabbiltà ratione temporis tad-Direttiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>ADAGP ilha tiġbor royalties fuq bejgħ mill-ġdid ta’ xogħlijiet ta’ Dalí sa mis-<DATE ISO="19971017">17 ta’ Ottubru 1997</DATE>. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20011013">13 ta’ Ottubru 2001</DATE>, u l-Istati Membri kienu meħtieġa jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw magħha qabel l-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE> (suġġett għal ċerti derogi temporanji possibbli taħt l-Artikolu 8(2) u (3), sal-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> jew l-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> rispettivament, li huma s-suġġett tat-tieni domanda tal-qorti nazzjonali).</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-perijodu mill-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE> ’il quddiem, l-interpretazzjoni tad-Direttiva hija rilevanti. Madankollu, ma jista’ jkollha ebda rilevanza diretta fir-rigward tal-perijodu qabel it-<DATE ISO="20011013">13 ta’ Ottubru 2001</DATE> jew, tabilħaqq, fir-rigward tal-perijodu bejn dawk iż-żewġ dati.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalkemm matul il-perijodu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva l-Istati Membri għandhom jiddeżistu milli jadottaw xi miżura li tista’ tippreġudika serjament ir-riżultat preskritt, huma mhumiex obbligati jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu. F’din il-kawża, ir-regola kkontestata ma ġiet emendata b’ebda mod matul il-perijodu għat-traspożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dmir ta’ interpretazzjoni konsistenti, il-qrati nazzjonali huma obbligati jinterpretaw id-dritt domestiku (sa fejn ikun possibbli) b’mod konformi ma’ direttiva biss malli jkun skada l-perijodu għall-interpretazzjoni tagħha<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, Inter-Environnement Wallonie (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-129/96" PAGE.ECR="I-7411" YEAR="1997">C-129/96, Ġabra p. I-7411</REF.DOC.ECR>), speċjalment fil-punti 43 sa 45, kif ukoll is-sentenza tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" PAGE.ECR="I-6057" YEAR="2006">C-212/04, Ġabra p. I-6057</REF.DOC.ECR>, punti 114 u 115).</P></NOTE>. Fil-frattemp, huma obbligati biss illi jiddeżistu (ukoll, sa fejn ikun possibbli) minn kwalunkwe interpretazzjoni li tista’ tippreġudika serjament il-kisba fil-futur tal-objettiv segwit mid-direttiva, wara li jkun skada l-perijodu għat-traspożizzjoni<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara s-sentenza Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 123, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, VTB-VAB u Galatea (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-261/07+C-299/07" PAGE.ECR="I-2949" YEAR="2009">C-261/07 u C-299/07, Ġabra p. I-2949</REF.DOC.ECR>, punt 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Madankollu, kif osservajt, jidher li huwa diffiċli biex is-sempliċi test tar-regola<?PAGE NO="I-3104"?> kkontestata jiġi interpretat b’mod ieħor. Jekk dak huwa l-każ, ir-riżerva ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031" />sa fejn ikun possibbli<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031" /> fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja donnha telimina kwalunkwe dmir ta’ interpretazzjoni konsistenti f’din il-kawża. Konsegwentement, fil-każ ta’ inkompatibbiltà bejn ir-regola kkontestata u d-Direttiva, l-unika alternattiva li tidher li teżisti tkun li r-regola ma tiġix applikata<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>, ČEZ (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-115/08" PAGE.ECR="I-10265" YEAR="2009">C-115/08, Ġabra p. I-10265</REF.DOC.ECR>, punt 140).</P></NOTE>, u obbligu biex isir dan jista’ jinħoloq biss fir-rigward tal-perijodu wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni. Kieku r-regola kkontestata kellha tibqa’ ma tiġix applikata fir-rigward ta’ dak il-perijodu, b’mod ċar tqum il-kwistjoni ulterjuri jekk tistax xorta waħda tiġi applikata fir-rigward ta’ perijodi preċedenti, iżda dik tkun kwistjoni li taqa’ għal kollox taħt id-dritt Franċiż u mhux taħt id-dritt tal-UE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-argument prinċipali tal-Fondazzjoni u tal-VEGAP, kemm fil-kawża prinċipali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u tal-Gvern Spanjol quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hu li d-dritt Spanjol u mhux dak Franċiż huwa kompetenti biex jiddetermina l-identità ta’ dawk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032" />intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032" /> Salvador Dalí wara mewtu, peress li huwa d-dritt Spanjol li jirregola s-suċċessjoni għall-beni mobbli tiegħu. Konsegwentement, huma jissottomettu, ma tqumx il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tar-regola kkontestata mad-Direttiva. Il-Gvern Spanjol jissottometti wkoll li d-domandi b’hekk huma inammissibbli, peress li mhumiex neċessarji biex isolvu l-kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni dwar domanda għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qorti nazzjonali meta jkun pjuttost ovvju li l-interpretazzjoni mitluba ma jkollha ebda rabta mal-fatti attwali tal-kawża prinċipali jew l-iskop tagħha<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Compañía Española de Comercialización de Aceite <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-505/07" PAGE.ECR="I-8963" YEAR="2009">C-505/07, Ġabra p. I-8963</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>, ma jidhirlix li huwa possibbli li tintlaħaq dik il-konklużjoni f’din il-kawża. Biex tintlaħaq dik il-konklużjoni, ikun meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel konstatazzjoni tad-dritt nazzjonali — id-determinazzjoni tad-dritt applikabbli għas-suċċessjoni tal-patrimonju ta’ persuna mejta għadu ma huwiex irregolat mid-dritt tal-UE b’ebda mod<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Il-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat ifformulat Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tal-patrimonji ta’ persuni mejtin, konkluża fl-<DATE ISO="19890801">1 ta’ Awwissu 1989</DATE> — iżda, mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ġiet iffirmata biss mil-Lussemburgu u l-Olanda, u rratifikata biss mill-Olanda. Barra minn dan, xahar qabel is-seduta f’din il-kawża, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni u l-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (COM(2009)154 finali, tal-<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>) — iżda, ma għandniex xi ngħidu, dik il-proposta għadha ’l bogħod milli ssir liġi. L-Artikolu 3 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tal-Konvenzjoni tal-Aja u l-Artikolu 16 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> tal-proposta tal-Kummissjoni jkunu jfissru, kieku kienu applikabbli, li s-suċċessjoni għall-patrimonju ta’ Salvador Dalí tkun irregolata mid-dritt Spanjol.</P></NOTE> — li huwa <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> mill-kompetenzi tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3105"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jidhirli li l-qorti nazzjonali teħtieġ li tkun taf, fl-ewwel lok, jekk l-identità tal-benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-artist hijiex irregolata mid-dritt li taħtu tinġabar ir-royalty jew mid-dritt li jirregola s-suċċessjoni għall-patrimonju tal-artist. Huwa biss f’dan l-aħħar każ li hija trid tiddeċiedi liema dritt jirregola dik is-suċċessjoni, kwistjoni li tmur lil hinn mill-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, min-naħa l-oħra, tindika jekk id-Direttiva tipprovdix xi gwida dwar id-domanda inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>It-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033" />dak intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033" /> l-awtur imkien mhi ddefinita fid-Direttiva. Impliċitament, iżda madankollu b’mod ċar, il-premessa 27 fil-preambolu tħalli d-definizzjoni f’idejn id-dritt nazzjonali, u tirreferi b’mod partikolari għal-liġijiet tas-suċċessjoni tal-Istati Membri. Huwa ċar ukoll mill-istorja leġiżlattiva, li din kienet l-intenzjoni li kellhom kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Kunsill matul il-proċess leġiżlattiv<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara b’mod partikolari l-espożizzjoni tal-motivi tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20000605">5 ta’ Ġunju 2000</DATE>, għall-pożizzjoni komuni tiegħu tat-<DATE ISO="20000522">22 ta’ Mejju 2000</DATE> (7484/00 ADD 1), punt 23, u l-opinjoni tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20010124">24 ta’ Jannar 2001</DATE>, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (COM(2001) 47 finali), punt 3.1.2(b).</P></NOTE>. Waqt li l-Parlament fil-fatt ippropona emendi għall-abbozz tad-dispożizzjoni, huwa kien konvint li l-prinċipju tas-sussidjarjetà kien jeħtieġ li l-identità tal-benefiċjarji wara l-mewt tal-awtur għandha tiġi ddeterminata mid-dritt nazzjonali u li ma għandu jkun hemm ebda interferenza mal-liġi tas-suċċessjoni<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara r-rapport tal-ewwel qari fil-Parlament, tat-<DATE ISO="19970203">3 ta’ Frar 1997</DATE> (dokument A4-0030/97), espożizzjoni tal-motivi, punt IV(A)(2), u r-rapport tat-tieni qari tiegħu, tad-<DATE ISO="20001129">29 ta’ Novembru 2000</DATE> (dokument A5-0370/2000), espożizzjoni tal-motivi, sezzjoni III, it-tmien punt.</P></NOTE>. Ma’ dan għandi nżid li, kieku kien hemm xi intenzjoni biex jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fil-qasam tas-suċċessjoni, id-Direttiva ma setgħetx tkun ibbażata, kif inhi, sempliċement fuq l-Artikolu 95 KE<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, issa, l-Artikolu 114 TFUE.</P></NOTE>, iżda kien ikollha tirreferi, bħall-proposta li għaliha qed issir referenza fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24, għall-Artikoli 61 KE u 67 KE<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara, issa, l-Artikolu 67 TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta tinqala’ kwistjoni dwar l-identità tal-benefiċjarju jew benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-awtur ta’ xogħol, quddiem qorti fl-Istat Membru fejn tkun inġabret ir-royalty korrispondenti, dik il-qorti għandha tapplika r-regoli li, skont id-dritt nazzjonali tagħha, jiddeterminaw dik il-kwistjoni. Fin-nuqqas ta’ xi dispożizzjoni iktar speċifika, dan ikun ifisser ir-regoli sostantivi tad-dritt nazzjonali identifikat mir-regoli tagħha dwar il-kunflitt tal-liġijiet bħala li jirregola s-suċċessjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li huwa ċar li d-Direttiva ma hijiex intiża biex tinterferexxi<?PAGE NO="I-3106"?> mad-dritt nazzjonali, u ma torbotx l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji wara l-mewt tal-artist esklużivament mal-liġi li tirregola s-suċċessjoni għall-patrimonju tiegħu jew tagħha, fil-fehma tiegħi jimplika li Stat Membru ma huwiex prekluż milli jadotta dispożizzjoni iktar speċifika, fil-forma ta’ regola sostantiva li tipprevali totalment jew parzjalment fuq ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li inkella jagħżlu d-dritt applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dik il-konklużjoni, barra minn hekk, tidher li hija l-iktar waħda konsistenti mal-Artikolu 14b tal-Konvenzjoni ta’ Berne, li jistipula li d-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid jgħaddi, wara l-mewt tal-awtur, fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034" />il-persuni jew istituzzjonijiet awtorizzati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034" />, test li jidher li huwa usa’ minn referenza għal-liġi tas-suċċessjoni, irrispettivament minn kif ikun magħżul.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk fil-kompetenza tat-Tribunal de grande instance biex jiddetermina jekk ir-regola kkontestata hijiex regola prevalenti ta’ dan it-tip u, jekk le, liema liġi tas-suċċessjoni hija magħżula mir-regoli applikabbli dwar il-kunflitt tal-liġijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jekk nassumu li, bħala riżultat ta’ dik l-analiżi, ir-regola kkontestata tapplika fil-kawża prinċipali, il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tagħha mad-Direttiva trid tiġi indirizzata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tippermetti li Stat Membru, fil-leġiżlazzjoni domestika tiegħu, jillimita l-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035" />dawk intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035" /> l-artist bil-mod stabbilit fir-regola kkontestata?</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jidhirli li, għal raġunijiet simili għal dawk li ddiskutejt iktar ’il fuq meta kkunsidrajt id-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri biex jiddeterminaw id-dritt applikabbli, ir-risposta għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036" />iva<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0036" REF.START="QS0036" />.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Id-Direttiva ma tagħtix definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037" />dawk intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0037" REF.START="QS0037" /> l-artist wara mewtu jew mewtha. Hija tħalli dik id-definizzjoni f’idejn id-dritt nazzjonali u, b’implikazzjoni,<?PAGE NO="I-3107"?> b’mod iktar partikolari (għalkemm mhux neċessarjament esklużivament) għal-liġi nazzjonali dwar is-suċċessjoni. Differenzi bejn sistemi legali nazzjonali li ma jistgħux ikunu mistennija li jaffettwaw il-funzjonament tas-suq intern jistgħu jitħallew intatti<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Il-premessa 13 fil-preambolu.</P></NOTE>. B’hekk m’hemm ebda kategorija uniformi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038" />dawk intitolati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0038" REF.START="QS0038" />, u l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu kwalunkwe definizzjoni li ma tistax tkun mistennija li ser ikollha tali effett.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>It-tħassib ewlieni, kif jirriżulta b’mod ċar mill-premessa 9 fil-preambolu għad-Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Ara l-punt 8 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, kien li tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-bejgħ ta’ xogħlijiet ta’ arti jkunu kkonċentrati fl-Istati Membri fejn id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid jew ma kienx applikat jew kien inqas oneruż, għad-detriment ta’ irkantaturi jew negozjanti oħrajn fl-Istati Membri li jkunu fittxew li jippermettu lill-artist (u s-suċċessuri tiegħu jew tagħha ta’ kwalunkwe tip) biex jieħu sehem mill-profitti ġġenerati miż-żieda fil-valur tax-xogħlijiet ta’ arti.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Tali sitwazzjoni kienet teżisti qabel ma ġiet adottata d-Direttiva, u kienet ikkawżata mir-riluttanza tal-bejjiegħa biex iċedu parti mill-prezz li jiddaħħal minn xogħol ta’ arti. Naqbel mal-Kummissjoni li, wara l-adozzjoni tad-Direttiva, il-probabbiltà li l-bejjiegħa jkunu inklinati li jagħżlu l-Istat Membru fejn ibiegħu b’referenza għall-identità tal-persuni li jkunu intitolati għar-royalties — fattur li ma jinfluwenzax l-ammont li għandu jitħallas, u li, tabilħaqq, jista’ fil-fatt ma jkunx magħruf lill-bejjiegħ — hija negliġibbli, u ma tistax tkun mistennija li taffettwa l-funzjonament tas-suq intern. F’dak ir-rigward, minix konvint — u tabilħaqq ninsab konfuż — mis-suġġeriment tal-Gvern Spanjol matul is-seduta li l-bejgħ jista’ jkun attratt lejn l-Istati Membri fejn ma jkun hemm ebda persuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039" />intitolata taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0039" REF.START="QS0039" /> l-artist. Anki jekk ma jkun hemm ebda dispożizzjoni speċifika oħra f’sistema nazzjonali partikolari, jidhirli li l-patrimonju ta’ artist mejjet dejjem jgħaddi lil xi ħadd, anki jekk biss lill-Istat bħala <HT TYPE="ITALIC">ultimus haeres</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma naċċettax l-argument imressaq mill-Fondazzjoni u l-VEGAP u mill-Gvern Spanjol, li jgħid li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040" />dawk intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0040" REF.START="QS0040" /> artist mejjet għandu<?PAGE NO="I-3108"?> jiġbor fi ħdanu dawk kollha intitolati taħt il-liġi tas-suċċessjoni applikabbli u ma jistax jiġi ddifferenzjat f’kategoriji separati, li wħud minnhom huma intitolati u oħrajn le.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jekk ir-regola kkontestata hija waħda li tipprevali fuq ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mas-suċċessjoni, ma jista’ jkun hemm ebda raġuni għalfejn ma għandhiex tkun tista’ teskludi wħud minn dawk li setgħu jkunu intitolati taħt il-liġi tas-suċċessjoni. Tali esklużjoni, fi kwalunkwe każ, ma jista’ jkollha ebda effett negattiv fuq is-suq waħdieni.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Lanqas m’hemm xi raġuni biex jiġi adottat approċċ differenti jekk ir-regola kkontestata hija fiha nfisha regola sostantiva tal-liġi tas-suċċessjoni. Il-libertà ta’ individwu biex jiddisponi mill-patrimonju tiegħu wara mewtu tista’ tvarja bejn sistema ġuridika u oħra, u diversi regoli jew mekkaniżmi jistgħu jillimitaw il-possibbiltà li jingħataw legati barra, pereżempju, miċ-ċirku ta’ werrieta leġittimi, jew ta’ dixxendenti u/jew konjugi superstiti. Id-distinzjoni li ssir fir-regola kkontestata taqa’, fil-fehma tiegħi, fi ħdan dak il-qasam, u b’hekk fi ħdan il-medda ta’ għażliet leġittimi fil-liġi nazzjonali tas-suċċessjoni li għaliha tirreferi d-Direttiva sabiex tiddetermina l-benefiċjarji tad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid wara l-mewt tal-artist.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Kien hemm xi diskussjoni matul is-seduta dwar jekk, għalkemm id-Direttiva tħalli d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041" />dawk intitolati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0041" REF.START="QS0041" /> f’idejn id-dritt nazzjonali, l-Istati Membri kinux taħt xi obbligu li jirrispettaw ir-regoli tas-suċċessjoni ta’ xulxin, fi spirtu ta’ kooperazzjoni leali, jew forsi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042" />korteżija tal-Istati Membri<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0042" REF.START="QS0042" />, meta jistabbilixxu dik id-definizzjoni. Madankollu, nibża’ li tali approċċ joqrob b’mod perikoluż lejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043" />armonizzazzjoni mill-bieb ta’ wara<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0043" REF.START="QS0043" /> tar-regoli tas-suċċessjoni jew tal-kunflitt tal-liġijiet, li jmur lil hinn mill-ambitu tad-Direttiva — mill-perspettiva kemm tal-bażi legali tagħha kif ukoll tal-intenzjoni leġiżlattiva espressa.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Kif it-tnejn jagħmluha ċara, ir-rwol tad-Direttiva huwa llimitat li jelimina distorsjonijiet fl-ambjent kompetittiv fi ħdan is-suq intern. Ir-rikonoxximent reċiproku — f’dan il-każ ir-rikonoxximent minn Stat Membru li jiġbor ir-royalties tad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044" />dawk intitolati taħt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0044" REF.START="QS0044" /> artist mejjet fl-Istat Membru li l-liġi tas-suċċessjoni tiegħu<?PAGE NO="I-3109"?> tapplika għall-patrimonju ta’ dak l-artist — huwa kunċett plawżibbli. Madankollu, ma nikkunsidrax li jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-direttiva partikolari. Li tiġi żgurata l-impożizzjoni ta’ dritt ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni kollha hija ċentrali għall-iskop tad-Direttiva. Li jiġi żgurat li d-dritt jibbenefika preċiżament lil dawk intitolati taħt liġi partikolari tas-suċċessjoni ma huwiex.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-għażla li tinsab fir-regola kkontestata hija waħda ta’ politika u, bħala tali, hija dejjem dibattibbli<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE"><P>Wieħed jista’, pereżempju, isaqsi għalfejn tali regola għandha tapplika biss għad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid u mhux, pereżempju, għad-dritt tal-awtur f’xogħlijiet letterarji (ir-risposta hija possibbilment relatata mal-fatt li d-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid, b’differenza mid-dritt tal-awtur, ma jistax jiġi assenjat u ma jistax jiġi ttrasferit). U d-dibattitu f’din il-kawża seta’ kien iktar jaħraq kieku Salvador Dalí ma kienx ġie sopravissut minn werrieta fis-sitt grad jew eqreb, b’tali mod li d-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid kien jinġabar mill-Istat Franċiż minkejja l-fatt li Dalí espliċitament ried li dan imur għand l-Istat Spanjol.</P></NOTE>. Madankollu, fil-fehma tiegħi hija għażla li tibqa’ għal kollox fi ħdan id-diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri u li ma tistax tiġi mistennija li ser taffettwa l-funzjonament tas-suq intern. B’hekk ma hijiex prekluża mid-Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mar-risposta li qed nipproponi għall-ewwel domanda, it-tieni domanda — jekk ir-regola kkontestata tistax tinżamm taħt id-derogi fakultattivi u tranżitorji fl-Artikolu 8(2) u (3) tad-Direttiva — ma tkunx teħtieġ risposta. Iżda sal-punt li xorta waħda tista’ tkun neċessarja, ir-risposta tista’ tkun fil-qosor ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Id-derogi fl-Artikolu 8, moqrija flimkien mal-Artikolu 13 tad-Direttiva, huma disponibbli espressament għall-Istati Membri li ma applikawx id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid fit-<DATE ISO="20011013">13 ta’ Ottubru 2001</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Franza fil-fatt applikat id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid f’dik id-data, u b’hekk ma tistax tibbenefika mid-derogi.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, dawk id-derogi jippermettu biss lill-Istati Membri biex ma japplikawx id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju ta’ dawk intitolati taħt l-artist; ma jikkonċernawx il-kwistjoni ta’ applikazzjoni biss għal grupp ristrett ta’ benefiċjarji.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3110"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet mogħtija hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi d-domandi magħmula mit-Tribunal de grande instance, Pariġi, skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045" />Id-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti ma tipprekludix regola nazzjonali li taħtha, wara l-mewt tal-awtur, l-intitolament għad-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid jgħaddi biss lill-werrieta leġittimi, bl-esklużjoni ta’ legatarji jew aventi kawża.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0045" REF.START="QS0045" /></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>
