|
28.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 265/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11195 – ICI 3 / HCS GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 265/07)
1.
Fid-19 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
International Chemical Investors 3 S.E. (“ICI 3”) (il-Lussemburgu), li tappartjeni għall-International Chemical Investors Group u li huwa kkontrollat esklużivament minn individwu privat, |
|
— |
Haltermann Besitzgesellschaft GmbH, HCS Group GmbH, u HCS Holding GmbH u l-kumpaniji affiljati tagħha (l-“HCS Group”)(il-Ġermanja), ikkontrollati minn H.I.G. Capital LLC, ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata. |
ICI 3 Fibre takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ HCS Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ICI 3 huwa grupp industrijali ta’ kumpaniji li jiffoka fuq negozji farmaċewtiċi u kimiċi medji, b’mod partikolari fil-kimiċi fini, il-klorovinili u l-komposti, |
|
— |
HCS Group huwa fornitur attiv globalment ta’ solventi u addittivi ta’ speċjalità. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11195 – ICI 3 / HCS GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).