|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6704 |
15.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12181 — SKODA TRANSPORTATION / TATA AUTOCOMP / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6704)
1.
Fit-2 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Škoda Transportation a.s. (“Skoda Transportation”), permezz tas-sussidjarja tagħha, Rolling Stock Components s.r.o. (“RSC CZ”), iċ-Ċekja, fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn PPF Group, |
|
— |
TATA AutoComp System Limited (“Tata AutoComp”), l-Indja, ikkontrollata minn Tata Group, |
|
— |
Impriża konġunta ġdida (“Rolling Stock Components India Private Limited” jew “l-impriża konġunta fil-mira”), l-Indja. |
Skoda Transportation u Tata AutoComp se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Rolling Stock Components India Private Limited.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Škoda Transportation, permezz tas-sussidjarja tagħha RSC CZ li hija kumpanija privata u li bħalissa ma twettaq l-ebda attività kummerċjali, hija manifattur tal-vetturi tat-trasport pubbliku attiv fir-Repubblika Ċeka, fil-Baltiċi, fl-Ungerija, fil-Ġermanja, fil-Polonja, fis-Slovakkja u fil-Finlandja, li n-negozju ewlieni tagħha jinkludi l-produzzjoni u l-provvista ta’ trammijiet b’art baxxa, lokomottivi elettriċi, ferroviji tal-metro, unitajiet ferrovjarji suburbani, karozzi tal-linja trolley, u karozzi tal-linja elettriċi, kif ukoll muturi tat-trazzjoni u sistemi tal-motopropulsjoni elettriċi kompluti għall-vetturi fis-sistemi tat-trasport pubbliku, |
|
— |
Tata AutoComp hija kumpanija bbażata fl-Indja li tforni prodotti u servizzi lill-OEMs awtomobilistiċi Indjani u globali kif ukoll lill-fornituri tal-Grad 1. Tata AutoComp għandha l-kapaċitajiet tagħha stess f’Automotive Interior & Exterior Plastics, Composites, Sheet Metal Stampings kif ukoll fl-Inġinerija u l-Katina tal-Provvista. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta fil-mira se jkunu l-produzzjoni tal-elettronika tal-enerġija għall-vetturi ferrovjarji għas-suq Indjan.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12181 — SKODA TRANSPORTATION / TATA AUTOCOMP / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6704/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)