|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1071 |
15.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1071
tat-12 ta’ April 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fil-qasam tal-valutazzjoni doganali u li jintroduċi sistema elettronika għal informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini u l-valutazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 17, 25, 37(1), il-punti (b), (c) u (d), u l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1072 (2) introduċa deċiżjonijiet fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3) fir-rigward tal-informazzjoni vinkolanti dwar il-valutazzjoni (“deċiżjonijiet BVI”). |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel tal-introduzzjoni tad-deċiżjonijiet BVI fil-leġiżlazzjoni doganali permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proċedurali għal dawk id-deċiżjonijiet BVI fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (4), skont il-mudell stabbilit mir-regoli proċedurali eżistenti għad-deċiżjonijiet BTI u BOI fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fost it-tipi differenti ta’ informazzjoni vinkolanti, sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li dawk ir-regoli proċedurali jiġu allinjati ma’ dawk li jappartjenu għal deċiżjonijiet BTI u BOI. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Artikoli 16, 17, 21, 22 u 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġu emendati biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għad-deċiżjonijiet BVI u, fejn xieraq, għad-deċiżjonijiet BOI filwaqt li titqies in-natura speċifika kemm tad-deċiżjonijiet BVI kif ukoll ta’ dawk BOI u biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-ġestjoni elettronika fost it-tipi kollha ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti. Barra minn hekk, l-Artikolu 16(4) ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassar u t-test ta’ dik id-dispożizzjoni jiddaħħal fl-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament, peress li ż-żewġ dispożizzjonijiet jirreferu għall-konsultazzjoni tas-sistema elettronika, għal diversi skopijiet. |
|
(4) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedi li l-iskambji ta’ informazzjoni kollha, bħad-dikjarazzjonijiet, l-applikazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet, bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u l-ħażna ta’ dik l-informazzjoni, jitwettqu bl-użu ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data. Minħabba l-inklużjoni tad-deċiżjonijiet BOI fis-sistema elettronika għall-finijiet tal-iskambju u l-ħżin ta’ informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet BOI, jenħtieġ li l-Artikoli 18, 19 u l-Anness 12–02 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jitħassru. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat biżżejjed żmien biex tiġi varata s-sistema elettronika għall-finijiet tal-iskambju u l-ħżin ta’ informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet BVI u BOI, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita. |
|
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Konsultazzjoni mill-awtorità doganali tas-sistema elettronika dwar l-applikazzjonijiet għal deċiżjoni u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti (l-Artikolu 22(1) u (3) tal-Kodiċi) 1. Meta awtorità doganali tirċievi applikazzjoni għal deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti u kwalunkwe dokument li jakkumpanjaha jew jappoġġjaha skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, għandha tikkonsulta s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament biex tivverifika dan li ġej:
2. Sabiex tiżgura li deċiżjoni li beħsiebha toħroġ relatata ma’ informazzjoni vinkolanti tkun konsistenti mad-deċiżjonijiet eżistenti relatati ma’ informazzjoni vinkolanti li jkunu diġà nħarġu, l-awtorità doganali kompetenti għat-teħid tad-deċiżjoni għandha tikkonsulta s-sistema elettronika msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu. 3. L-awtorità doganali għandha żżomm rekord tal-konsultazzjoni tagħha tas-sistema elettronika.” |
|
(3) |
L-Artikoli 18 u 19 jitħassru; |
|
(4) |
L-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 21 Sistema elettronika dwar l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti (l-Artikolu 16(1), 23(5) u 56(5) tal-Kodiċi) 1. Għall-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni li tappartjeni għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali, għandha tintuża sistema elettronika mwaqqfa għal dan il-għan skont l-Artikolu 16(1) tal-Kodiċi. 2. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti disponibbli permezz tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 7 ijiem wara li l-awtorità doganali tkun kisbet dik l-informazzjoni. 3. Is-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 55 għandha tinkludi data li hija rilevanti għall-monitoraġġ tal-użu tad-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti. 4. L-awtorità doganali li rċeviet l-applikazzjoni u ħadet id-deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti għandha tinnotifika, permezz tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1, jekk ikun ingħata perjodu ta’ użu estiż tad-deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti, filwaqt li tindika d-data tat-tmiem tal-perjodu tal-użu estiż u l-kwantitajiet tal-merkanzija koperti minn dan il-perjodu. 5. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 lill-Istati Membri fuq bażi regolari sabiex tappoġġa l-monitoraġġ mill-awtoritajiet doganali tal-konformità mal-obbligi li jidderivaw mid-deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti. 6. Interfaċċa armonizzata tan-negozjanti tal-UE ddisinjata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bi qbil flimkien għandha tintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti. 7. Meta jipproċessaw applikazzjoni għal deċiżjoni relatata ma’ informazzjoni vinkolanti, l-awtoritajiet doganali għandhom jindikaw l-istatus tal-applikazzjoni fis-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1. 8. Sad-data tal-iskjerament tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tas-sistema msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu monitoraġġ tal-użu ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti meta jwettqu kontrolli doganali jew kontrolli ta’ wara r-rilaxx f’konformità mal-Artikoli 46 u 48 tal-Kodiċi. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq, il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata tikkomunika r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu lill-Istati Membri.” |
|
(5) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 Użu estiż tad-deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti (L-Artikolu 34(9) u l-Artikolu 35 tal-Kodiċi) 1. Meta l-awtoritajiet doganali jiddeċiedu li jagħtu perjodu ta’ użu estiż f’konformità mal-Artikolu 34(9), it-tielet subparagrafu, tal-Kodiċi jew mal-Artikolu 20a(6), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, għandhom jispeċifikaw:
2. L-użu ta’ deċiżjoni li tkun ingħatatilha perjodu ta’ użu estiż għandu jieqaf malli jintlaħqu dawk il-kwantitajiet. Abbażi tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 55, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri malli jintlaħqu dawk il-kwantitajiet.” |
|
(6) |
L-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 Azzjonijiet li jiżguraw il-klassifikazzjoni tariffarja korretta u uniformi jew id-determinazzjoni tal-oriġini jew id-determinazzjoni tal-valur doganali (L-Artikolu 34(10) u l-Artikolu 35 tal-Kodiċi) 1. Mingħajr dewmien, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali bis-sospensjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet BTI u BOI f’konformità mal-Artikolu 34(10), il-punt (a), tal-Kodiċi u bid-deċiżjonijiet BVI f’konformità mal-Artikolu 20a(7), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 meta:
2. Il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni tariffarja korretta u uniformi, id-determinazzjoni tal-oriġini jew id-determinazzjoni tal-valur doganali, mal-ewwel opportunità u mhux aktar tard minn 120 jum min-notifika tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1. 3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali immedjatament ladarba tiġi rtirata sospensjoni. 4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, id-deċiżjonijiet BOI għandhom jitqiesu li mhumiex uniformi meta dawn jikkonferixxu oriġini differenti fuq merkanzija li:
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, id-deċiżjonijiet BVI għandhom jitqiesu li mhumiex uniformi meta jipprovdu metodu differenti ta’ valutazzjoni doganali jew kriterji għall-istabbiliment tal-valur doganali f’ċirkostanzi identiċi jew simili.” |
|
(7) |
L-Anness 12-02 jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1072 tal-25 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti fil-qasam tal-valutazzjoni doganali u deċiżjonijiet relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (ĠU L, 2024/1072, 15.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1072/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1071/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)