European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/375

27.2.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/375

tas-26 ta’ Frar 2025

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-miters tal-gass u għall-apparat ta’ konverżjoni tal-volum tal-gass abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-istrumenti tal-kejl li jkunu konformi ma’ standards armonizzati, jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u fl-Annessi rilevanti speċifiċi għall-istrument ta’ dik id-Direttiva li huma koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8558 (3), il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI, European Telecommunications Standards Institute) jabbozzaw u jirrevedu l-istandards armonizzati, kif ukoll ilestu x-xogħol marbut magħhom, b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE għal ċerti strumenti tal-kejl (“it-talba”).

(3)

Abbażi tat-talba, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati EN 12405-1:2018 dwar l-apparat ta’ konverżjoni tal-volum tal-gass u EN 12261:2018 dwar il-miters tal-gass bit-turbina, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1402 (4). Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati EN 12405-1:2021 u EN 12261:2024.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN 12405-1:2021 u EN 12261:2024 jikkonformawx mat-talba.

(5)

L-istandards armonizzati EN 12405-1:2021 u EN 12261:2024 jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/32/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 jipprovdi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/32/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 12405-1:2021 u EN 12261:2024 jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(7)

Jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 12405-1:2018 u EN 12261:2018 jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawk l-istandards ġew riveduti. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(9)

Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom għall-applikazzjoni tal-istandards riveduti, jeħtieġ jiġi differit l-irtirar tar-referenza tal-istandards armonizzati EN 12405-1:2018 u EN 12261:2018.

(10)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) tal-Anness għandu japplika mis-27 ta’ Awwissu 2026.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/32/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8558 final tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti strumenti tal-kejl.

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1402 tal-25 ta’ Awwissu 2021 dwar standards armonizzati għall-miters tal-gass u strumenti tal-kejl oħra abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 302, 26.8.2021, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1402/oj).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1402 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru r-ringieli 2 u 3;

(2)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:

“2a.

EN 12261:2024

Miters tal-gass - Miters tal-gass tat-turbini”;

(3)

 

“3a.

EN 12405-1:2021

Miters tal-gass - Tagħmir għall-konverżjoni - Pari 1: Konverżjoni tal-volum”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/375/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)