<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12010MTB.0900529101.case.xml"><NO.CASE>T-23/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TJ0023</NO.CELEX><NO.SEQ>0026.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-5295</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-5327</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>33</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20101026">26.10.2010</DATE> — KAWŻA T-23/09</LEFT><RIGHT>CNOP ET CCG vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-23/09,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Conseil national de l’Ordre des pharmaciens (CNOP),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Conseil central de la section G de l’Ordre national des pharmaciens (CCG),</HT></P><P>stabbiliti f’Pariġi (Franza), inizjalment irrappreżentati minn Y.-R. Guillou, H. Speyart van Woerden, T. Verstraeten u C. van Sasse van Ysselt, sussegwentement minn Guillou, L. Defalque u C. Robert, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn A. Bouquet u É. Gippini Fournier, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="II-5296"?><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6494, tad-<DATE ISO="20081029">29 ta’ Ottubru 2008</DATE>, fil-Każ COMP/39510, li tordna lill-Ordre national des pharmaciens (ONP), lil CNOP kif ukoll lil CCG li jissomettu rwieħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82[KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta, waqt id-deliberazzjoni, minn O. Czúcz (Relatur), President, I. Labucka u K. O’Higgins, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: T. Weiler, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="II-5297"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82[KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji ta’ l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="020.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Impriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriż[i] huma rikjesti li jissottomettu għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni mil-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika s-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha għandha tibda u tindika l-pieni previsti mil-Artikoli 23 u 24 u d-dritt li tar-reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5298"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, il-Conseil national de l’Ordre des pharmaciens (CNOP) u l-Conseil central de la section G de l’Ordre national des pharmaciens (CCG) huma, flimkien mal-Ordre national des pharmaciens (ONP), id-destinatarji tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej C (2008) 6494, tad-<DATE ISO="20081029">29 ta’ Ottubru 2008</DATE>, li tordnalhom jissottomettu rwieħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, fil-Każ COMP/39510 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). F’deċiżjoni oħra tal-istess ġurnata, il-Kummissjoni ordnat lil Laboratoire Champagnat Desmoulins Philippakis li jissottometti ruħu għal spezzjoni fil-kuntest tal-istess każ. Din l-aħħar deċiżjoni hija s-suġġett ta’ rikors fil-kawża magħquda T-24/09.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ONP u l-kunsilli tiegħu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ONP u l-kunsilli tiegħu huma rregolati mill-code de la santé publique français (Il-Kodiċi dwar is-Saħħa Pubblika Franċiża) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>CSP<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu L 4231-1 tas-CSP jindika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-[ONP] għandu l-għan:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>li jiżgura r-rispett tal-obbligi professjonali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-5299"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>li jiżgura d-difiża tal-unur u l-indipendenza tal-professjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>li jaċċerta ruħu mill-kompetenza tal-ispiżjara;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>li jikkontribwixxi sabiex jippromwovi s-saħħa pubblika u l-kwalità tat-trattamenti, b’mod partikolari s-sigurtà tal-atti professjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-[ONP] jiġbor flimkien l-ispiżjara li jeżerċitaw l-arti tagħhom fi Franza.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu L 4232-1 tas-CSP jippreċiża li l-ONP jinkludi seba’ taqsimiet li kull waħda minnhom tikkorrispondi, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima E, li l-kriterju ta’ grupp tagħha huwa ġeografiku, għall-eżerċizzju ta’ dixxiplina speċifika tal-farmaċija (spiżeriji, industrija, distribuzzjoni bl-ingrossa, bijoloġija medika liberali u fl-isptar, spiżerija fl-isptarijiet). It-Taqsima G tikkonċerna l-ispiżjara bijoloġisti li jeżerċitaw fil-laboratorji pubbliċi u privati tal-analiżi ta’ bijoloġija medika. Kull taqsima hija amministrata minn kunsill ċentrali.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ONP huwa organizzat madwar is-CNOP, permezz ta’ kunsilli ċentrali, fosthom is-CCG, u kunsilli reġjonali. L-Artikolu L 4233-1 tas-CSP jipprovdi li d-diversi kunsilli tal-ONP għandhom personalità ċivili.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5300"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata tistabbilixxi fl-ewwel erba’ premessi tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-Kummissjoni għandha informazzjoni li tgħid li ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn l-ispiżjara fi Franza miġbura fi ħdan l-[ONP] u/jew deċiżjonijiet tal-[ONP] u/jew tas-[CNOP] u/jew tas-[CCG ...] li għandhom bħala għan u/jew riżultat il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni b’mod partikolari fis-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika ilhom jeżistu tal-anqas sa mill-2003. Dan l-aġir ġie manifestat b’mod partikolari fil-forma ta’ deċiżjonijiet intiżi sabiex jipprevjenu spiżjara u/jew persuni ġuridiċi milli jaċċedu għas-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika, li jirrestrinġu l-attività tagħhom fuq dan is-suq jew li jeskluduhom minn dan is-suq.</P><P>L-[ONP] huwa l-ordni professjonali li l-Istat Franċiż iddelegalu b’mod partikolari l-missjonijiet li jiżgura r-rispett tal-obbligi professjonali tal-ispiżjara, id-difiża tal-unur u tal-indipendenza tal-professjoni, li jaċċerta ruħu mill-kompetenza tal-ispiżjara u li jikkontribwixxi sabiex jippromwovi s-saħħa pubblika u l-kwalità tat-trattamenti, b’mod partikolari s-sigurtà tal-atti professjonali. L-[ONP] jinkludi [k]unsill nazzjonali kif ukoll seba’ taqsimiet li l-ispiżjara huma mqassma bejniethom: it-[t]aqsima G pereżempju tiġbor l-ispiżjara bijoloġisti li jeżerċitaw fil-laboratorji pubbliċi u privati tal-analiżi ta’ bijoloġija medika. L-[ONP] u l-kunsilli kollha tagħha għandhom personalità ċivili.</P><P>L-[ONP] u l-kunsilli tagħha għandhom setgħat ta’ kontroll tal-aċċess għall-professjoni, ta’ kontroll tal-eżerċizzju tal-professjoni, ta’ sanzjoni dixxiplinarja fuq l-ispiżjara u l-persuni ġuridiċi li jeżerċitaw attività marbuta mal-professjoni ta’ spiżjar, pereżempju dik ta’ spiżjar bijoloġista li jeżerċita attività professjonali fi ħdan laboratorji pubbliċi u privati ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika. Il-kontroll tal-aċċess għall-professjoni isir permezz tal-ġestjoni tar-reġistrazzjoni fir-[r]eġistru ta’ kull [t]aqsima. Ir-reġistrazzjoni<?PAGE NO="II-5301"?> tal-ispiżjara u tal-persuni ġuridiċi li jeżerċitaw attività marbuta mal-professjoni ta’ spiżjar fir-[r]eġistru hija kundizzjoni legali preliminari għall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe attività marbuta mal-professjoni ta’ spiżjar. Ir-[r]eġistru huwa aġġornat mill-kunsill ċentrali tat-taqsima. Sanzjonijiet bħal interdizzjonijiet temporanji jew definittivi tal-eżerċizzju ta’ kull attività marbuta mal-professjoni ta’ spiżjar tista’ tingħata mill-[ONP] u l-[k]unsilli tagħha, deċiżjonijiet li jwasslu għat-tneħħija temporanja jew definittiva tal-ispiżjar u/jew tal-persuna ġuridika mir-[r]eġistru.</P><P>Il-Kummissjoni għandha informazzjoni li dehru ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn l-ispiżjara fi Franza miġbura fi ħdan l-[ONP], li jikkonċernaw spiżjara u/jew persuni ġuridiċi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika, fil-forma ta’ deċiżjonijiet li ma jiġux irreġistrati fir-[r]eġistru tat-[t]aqsima G, li ma jaġġornawx ir-reġistrazzjoni tagħhom fir-[r]eġistru u/jew li jċaħħduhom milli jeżerċitaw l-attività tagħhom bl-għan u/jew bir-riżultat li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fuq is-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-tmien u d-disa’ premessi tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ din l-ispezzjoni huwa [...] indispensabbli li din issir mingħajr ma l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi suspettati bil-parteċipazzjoni fil-ksur allegat ma jkunux ġew informati minn qabel.</P><P>Konsegwentement huwa neċessarju li tiġi adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 li tordna lill-assoċjazzjonijiet tal-impriżi li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="II-5302"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jindika fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-[ONP], is-[CNOP] u is-[CCG] għandhom jissottomettu rwieħhom għal spezzjoni dwar il-parteċipazzjoni tagħhom u/jew l-eventwali implementazzjoni tal-ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn spiżjara fi Franza miġbura fi ħdan l-[ONP] kif ukoll dwar il-manifestazzjonijiet ta’ dawn il-ftehim u/jew prattiki miftiehma fil-forma ta’ deċiżjonijiet kuntrarji għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81[KE] u/jew tal-Artikolu 82[KE] b’mod partikolari fuq is-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika. Dan l-aġir ġie manifestat b’mod partikolari fil-forma ta’ deċiżjonijiet intiżi sabiex iċaħħdu spiżjara u/jew persuni ġuridiċi milli jaċċedu għas-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoliġija medika, li jillimita l-attività tagħhom fuq dan is-suq jew li jeskludihom minn dan is-suq<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata jindika li l-ispezzjoni setgħet tibda fit-<DATE ISO="20081112">12 ta’ Novembru 2008</DATE>, data li fiha hija effettivament saret fis-sede tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-[ONP], is-[CNOP] u s-[CCG] huma destinatarji ta’ din id-deċiżjoni.</P><P>Din id-deċiżjoni hija nnotifikata, eżatt qabel l-ispezzjoni, lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li huma d-destinatarji [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5303"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20090121">21 ta’ Jannar 2009</DATE>, ir-rikorrenti ressqu din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħhom, ir-rikorrenti talbu li din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-24/09. Il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali ma laqax din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat tal-istess ġurnata, ir-rikorrenti talbu li l-kawża tiġi deċiża permezz ta’ proċedura mħaffa, skont l-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Din it-talba ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Abbażi tar-rapport tal-imħallef relatur, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet domandi bil-miktub lir-rikorrenti. Huma wieġbu għal dawn id-domandi.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Instemgħu l-partijiet kemm fis-sottomissjonijiet tagħhom kif ukoll fir-risposti tagħhom għad-domandi magħmula mill-Qorti Ġenerali matul is-seduta tat-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><?PAGE NO="II-5304"?><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju li permezz tiegħu d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lil entitajiet li għandhom personalità ġuridika. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><?PAGE NO="II-5305"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-prinċipju li d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lil entitajiet li għandhom il-personalità ġuridika</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-motiv, ir-rikorrenti jsostnu li huwa stabbilit li rikorrenti għandhom interess ġuridiku kontra deċiżjonijiet indirizzati lil terzi li jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi fuqhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-kompetizzjoni. F’dan il-każ, minbarra l-fatt li għandhom interess manifest sabiex jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata peress li huma direttament imsemmija fiha, huma jistgħu jinvokaw motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ personalità ġuridika tal-ONP peress li huma l-korpi rappreżentattivi tagħha. Il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ssemmi espressament lill-ONP tippreġudikahom direttament u għandhom interess ġuridiku, anki għal annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, huma ppreżentaw rikors fil-kwalità tagħhom ta’ korpi rappreżentattivi tal-ONP f’isem dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, ir-rikorrenti jsostnu li l-ONP ma għandux personalità ġuridika, kuntrarjament għad-diversi kunsilli tiegħu. Skont ir-rikorrenti, id-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni għandha neċessarjament tkun entità li għandha personalità ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-motiv huwa inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5306"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ammissibbiltà tal-motiv, għandu jiġi kkonstatat li dan jikkonċerna l-parti tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata dwar entità differenti mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti għandhom il-personalità ġuridika. F’dawn iċ-ċirkustanzi, indipendentement mill-kwalità tagħhom ta’ korp rappreżentattiv tal-ONP, anki jekk il-Qorti Ġenerali kellha teżamina l-motiv fir-rigward tal-mertu u tasal għall-konklużjoni li deċiżjonijiet ta’ spezzjoni ma jistgħux jiġu indirizzati lil entitajiet li ma għandhomx personalità ġuridika u li l-ONP ma għandux tali personalità, din il-konklużjoni tibqa’ mingħajr effett fuq il-validità tad-deċiżjoni kkontestata inkwantu hija indirizzata lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, bħala risposta għal domanda bil-miktub magħmula mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti indikaw li l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet ukoll indirizzata lill-ONP ma kellux effett fuq l-estensjoni tal-ispezzjoni li l-Kummissjoni setgħet tagħmel abbażi tad-deċiżjoni kkontestata, għaliex din saret fil-postijiet tar-rikorrenti fid-dawl tal-fatt li l-ONP ma għandu l-ebda eżistenza ġuridika u ma għandu l-ebda rappreżentazzjoni esterna barra mill-kunsilli tiegħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu hija indirizzata lill-ONP, tibqa’ mingħajr effett fuq l-estensjoni u r-riżultati tal-ispezzjoni fir-rigward tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, peress li ġiet indirizzata lill-ONP, ma huwiex ta’ natura li jagħti sodisfazzjoni lir-rikorrenti. Konsegwentement, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5307"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-ħtieġa ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u b’mod partikolari tal-kontenut tal-att inkwistjoni, u dan iktar u iktar peress li l-obbligu ta’ motivazzjoni għandu natura fundamentali fid-dawl tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Skont ir-rikorrenti, il-każ inkwistjoni huwa differenti minn dak ta’ spezzjoni fejn il-Kummissjoni tagħmel l-ispezzjonijiet tagħha għand entità li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar in-natura ta’ impriża tagħha. F’dan il-każ, id-deċiżjoni kkontestata għandha bħala destinatarji l-ONP, is-CNOP u s-CCG, imma żammet lura milli tidentifika l-entità li tista’ tikkostitwixxi impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Ir-rikorrenti jsostnu li ma jafux liema huma l-entitajiet li l-kwalifika taghħom ta’ impriża jew ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi tippermetti lill-Kummissjoni li tapplika l-imsemmija dispożizzjoni u liema hija l-analiżi tagħha f’dan ir-rigward. Għalhekk huma jsostnu li ma kinux f’pożizzjoni, fil-mument li ngħatat id-deċiżjoni kkontestata, li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda fir-rigward tagħhom, li jikkostitwixxi ksur tad-dritt tar-rispett ta’ residenza skont l-Artikolu 8 tal-KEDB, li għandu jkun akkumpanjat b’garanziji suffiċjenti. Għaldaqstant, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix lill-Qorti Ġenerali li teżerċita l-istħarriġ li għandha tagħmel.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-protezzjoni mogħtija lir-residenza ta’ persuna ġuridika hija inqas estiża minn dik mogħtija lir-residenza ta’ persuni fiżiċi u, għaldaqstant, tqis li l-motivazzjoni tista’ tkun iqsar fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ verifika tal-postijiet ta’ persuna ġuridika. Huma jiċħdu tali argument minħabba li l-protezzjoni mogħtija lill-postijiet tal-impriżi skont l-Artikolu 8 tal-KEDB hija ekwivalenti għal dik li jibbenefikaw minnha l-postijiet ta’ persuni fiżiċi u,<?PAGE NO="II-5308"?> fi kwanlunkwe każ, ma hijiex inqas estiża. Huma jinvokaw, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20021022">22 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Roquette Frères (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/00" PAGE.ECR="I-9011" YEAR="2002">C-94/00, Ġabra p. I-9011, I-9015</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-risposta r-rikorrenti jsostnu li l-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi garanzija fundamentali tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati. Għalhekk, il-portata tiegħu ma jistax ikun limitat minħabba kunsiderazzjonijiet dwar l-effettività tal-inkjesta. Skont ir-rikorrenti, għalkemm huwa minnu li l-Kummissjoni ma għandhiex obbligu la li tikkomunika lid-destinatarju ta’ deċiżjoni li tordna spezzjoni l-informazzjoni kollha li għandha dwar ksur allegat, u lanqas li tagħmel kwalifikazzjoni legali rigoruża ta’ dawn il-ksur, hija min-naħa l-oħra għandha, tindika b’mod ċar l-ipoteżi li għandha l-intenzjoni tivverifika. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha turi b’mod dettaljat, fid-deċiżjoni li tordna spezzjoni, li għandha elementi u indikazzjonijiet materjali serji li jwassluha sabiex tissuspetta l-ksur li l-impriża li se ssirilha l-ispezzjoni hija ssuspettata bih sabiex tiġi stabbilita n-natura ġustifikata tal-ispezzjoni. Id-drittijiet tad-difiża għandhom b’mod obbligatorju jiġu rrispettati sa mill-istadju tal-proċedimenti amministrattivi li tirriżulta minnhom id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkunsidraw li d-deċiżjoni kkontestata madankollu ma tindikax b’mod ċar jekk il-prattiki suspettati mill-Kummissjoni u li jimmotivaw l-ispezzjoni huwiex akkużat bihom l-ONP waħdu, is-CNOP waħdu, is-CCG waħdu, jew inkella jekk humiex akkużati bihom dawn l-entitajiet flimkien, b’mod li huwa impossibbli li jiġu ddeterminati l-ipoteżi li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tivverifika waqt l-ispezzjoni. Bl-istess mod, ir-rikorrenti jsostnu li l-attivitajiet tal-ONP u/jew tar-rikorrenti li jiġġustifikaw id-deċiżjoni kkontestata ma humiex definiti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-risposta u waqt is-seduta, ir-rikorrenti jsostnu, barra minn hekk, ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom. Fil-fatt, il-ġeneralità tat-termini użati fid-deċiżjoni<?PAGE NO="II-5309"?> kkontestata ppermettew lill-Kummissjoni li tissekwestra diversi dokumenti fuq temi differenti ħafna. F’dan ir-rigward huma għamlu lista tat-tipi ta’ dokumenti ssekwestrati. Ir-rikorrenti żiedu, matul is-seduta, li l-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom ġie kkonfermat mill-fatt li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li waslitilhom wara li ġie ppreżentat ir-rikors, tinkludi oġġezzjoni oħra differenti minn dik relatata mal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-professjoni msemmija fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjentement motivata skont il-liġi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw spezzjoni, l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 jistabbilixxi l-elementi essenzjali li għandhom jidhru fiha, billi jimponi lill-Kummissjoni li timmotiva d-deċiżjonijiet billi tindika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, id-data li fiha għandha tibda u l-pieni previsti fl-Artikoli 23 u 24 tal-imsemmi regolament u l-appell minn tali deċiżjonijiet quddiem il-qrati tal-Unjoni. Il-ġurisprudenza ppreċiżat l-estensjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni fir-rigward tal-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, France Télécom vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-340/04" PAGE.ECR="II-573" YEAR="2007">T-340/04, Ġabra p. II-573</REF.DOC.ECR>, punti 50 sa 53, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata tippermetti lir-rikorrenti jidentifikaw l-elementi essenzjali previsti mill-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni. Fil-fatt, l-imsemmi suġġett huwa speċifikat fl-ewwel premessa kif ukoll fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata fis-sens li huwa relatat ma’ ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn l-ispiżjara fi Franza miġbura fi ħdan l-ONP u/jew għal deċiżjonijiet tal-ONP u/jew tar-rikorrenti li għandhom l-għan<?PAGE NO="II-5310"?> u/jew ir-riżultat, il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika tal-anqas sa mill-2003. Ir-raba’ premessa żżid li l-Kummissjoni għandha informazzjoni li tgħid li dawn il-ftehim u/jew prattiki miftiehma dehru fil-forma ta’ deċiżjonijiet li l-persuni inkwistjoni ma jiġux irreġistrati fir-reġistru tat-Taqsima G, li r-reġistru ma jiġix aġġornat wara r-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru u/jew li jċaħħduhom milli jeżerċitaw l-attività tagħhom u li b’hekk ifornu informazzjoni preċiża dwar il-preżunzjonijiet li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tivverifika. L-għan tal-ispezzjoni huwa deskritt fis-sitt u s-seba’ premessi, li jindikaw li l-ispezzjoni għandha tippermetti lill-Kummissjoni ssir taf l-elementi ta’ fatt kollha li jikkonċernaw eventwali ftehim u/jew prattiki, il-kuntest tagħhom u l-identità tal-impriżi jew tal-assoċjazzjonijiet kkonċernati billi jippreċiżaw li l-Kummissjoni għandha raġunijiet sabiex temmen li dak li huwa magħruf dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-ftehim u/jew tal-prattiki u/jew tad-deċiżjonijiet inkwistjoni huwa limitat għal numru limitat ta’ persuni fi ħdan l-ONP u l-kunsilli tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Kummissjoni f’dan il-każ għandu jiġi evalwat fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata, hekk kif previst fl-Artikolu 8 tal-KEDB u interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fis-sentenza Roquette Frères, punt 28 iktar ’il fuq. Skont dan id-dritt, il-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni fi ħdan impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, għandha obbligu ta’ motivazzjoni li huwa simili għal dak li għandha fil-każ ta’ spezzjonijiet għand persuni privati.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti jirreferu għall-kwalifika tad-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata bħala impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 3 tagħha (ara l-punt 11 iktar ’il fuq) isemmi fl-ewwel paragrafu tiegħu l-ONP, is-CNOP kif ukoll is-CCG bħala t-tliet destinatarji tagħha. Mit-tieni paragrafu tal-istess dispożizzjoni jirriżulta li dawn id-destinatarji huma kkunsidrati bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u mhux bħala impriżi. Minkejja l-fatt li ċerti premessi<?PAGE NO="II-5311"?> tad-deċiżjoni kkontestata jinkludu riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>impriżi/assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, l-Artikolu 3 tagħha ma joħloqx konfużjoni. Barra minn hekk, mir-referenzi l-oħra fid-deċiżjoni kkontestata, pereżempju fit-tmienja u fid-disa’ premessi (ara l-punt 8 iktar ’il fuq) kif ukoll fil-parti finali li tikkonċerna l-multi, jirriżulta li d-destinatarji tagħha huma kkunsidrati bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi. Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija ċara dwar il-kwistjoni li jsir magħruf liema huma d-destinatarji u jekk humiex ikkunsidrati bħala impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003. L-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti jridu wkoll isostnu li l-Kummissjoni kellha timmotiva b’mod dettaljat, fid-deċiżjoni kkontestata, għalfejn hija kkunsidrathom bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, l-ewwel nett għandu jiġi osservat li d-deċiżjoni kkontestata tispeċifika, fit-tieni u fit-tielet premessi tagħha (ara l-punt 7 iktar ’il fuq), li l-ONP huwa l-ordni professjonali li l-Istat Franċiż iddelegalu b’mod partikolari l-missjonijiet li jiżgura r-rispett tal-obbligi professjonali tal-ispiżjara, id-difiża tal-unur u tal-indipendenza tal-professjoni, li jaċċerta ruħu mill-kompetenza tal-ispiżjara u li jikkontribwixxi sabiex jippromwovi s-saħħa pubblika u l-kwalità tat-trattamenti, b’mod partikolari s-sigurtà tal-atti professjonali. Hija tindika wkoll li l-ONP jinkludi kunsill nazzjonali kif ukoll seba’ taqsimiet li l-ispiżjara huma mqassma bejniethom, fejn it-Taqsima G tiġbor l-ispiżjara bijoloġisti li jeżerċitaw fil-laboratorji pubbliċi u privati ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika. Hija tispeċifika wkoll is-setgħa ta’ kontroll li għandhom l-entitajiet inkwistjoni fil-qasam tal-aċċess għall-professjoni ta’ spiżjar u ta’ spiżjar bijoloġista.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li din il-motivazzjoni tippermetti li jinftiehem li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-ONP huwa ordni professjonali ta’ spiżjara u ta’ spiżjara bijoloġisti li l-Istat Franċiż iddelegalu ċerti setgħat. Minn dan jirriżulta wkoll li l-Kummissjoni ssemmi l-eżistenza tas-CNOP u tas-CCG fi ħdan l-ONP. Dawn il-preċiżazzjonijiet jipprovdu ċertu elementi li jippermettu li jinftiehem għalfejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ONP u r-rikorrenti kienu assoċjazzjonijiet ta’ impriżi. Madankollu,<?PAGE NO="II-5312"?> għandu jiġi osservat li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix argumenti speċifiċi dwar ir-raġunijiet għalfejn ordni professjonali, bħal dak inkwistjoni, u l-korpi tiegħu huma kkunsidrati f’dan il-każ bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni individwali għandu l-għan li jippermetti lill-qorti li teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni u li tipprovdi lill-persuna interessata indikazzjoni suffiċjenti sabiex tkun taf jekk id-deċiżjoni hijiex fondata jew jekk hijiex ivvizzjata b’mod li tippermetti li tiġi kkontestata l-validità tagħha, filwaqt li huwa ppreċiżat li l-portata ta’ dan l-obbligu tiddependi min-natura tal-att inkwistjoni u mill-kuntest li fih ġiet adottata kif ukoll mir-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19841025">25 ta’ Ottubru 1984</DATE>, Interfacultair Instituut Electronenmicroscopie der Rijksuniversiteit te Groningen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="185/83" PAGE.ECR="3623" YEAR="1984">185/83, Ġabra p. 3623</REF.DOC.ECR>, punt 38; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-349/03" PAGE.ECR="II-2197" YEAR="2005">T-349/03, Ġabra p. II-2197</REF.DOC.ECR>, punti 62 u 63, u France Télécom vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dak li jikkonċerna n-natura tad-deċiżjoni kkontestata u l-kuntest li ngħatat fih, anki jekk ir-rikorrenti jsostnu ġustament li, skont il-ġurisprudenza, il-protezzjoni tal-ħajja privata prevista fl-Artikolu 8 tal-KEDB għandha tiġi rrispettata u l-protezzjoni tar-residenza hija estiża għall-proprjetà kummerċjali tal-kumpanniji [ara, f’dan is-sens, Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza Colas Est <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Franza tas-<DATE ISO="20020416">16 ta’ April 2002</DATE>, paragrafu 41; ara wkoll, fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), sentenza Roquette Frères, punt 28 iktar ’il fuq, punt 27, u d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20051117">17 ta’ Novembru 2005</DATE>, Minoan Lines vs Il-Kummissjoni, C-121/04 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 31], il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li huwa importanti li tiġi protetta l-effettività tal-ispezzjonijiet bħala strument neċessarju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżerċita l-funzjonijiet tagħha li tħares it-Trattat fil-qasam tal-kompetizzjoni. Għalhekk, sabiex jipproteġi l-effettività tad-dritt ta’<?PAGE NO="II-5313"?> aċċess tal-Kummissjoni għall-proprjetajiet kummerċjali tal-impriża msemmija minn proċedura skont l-Artikoli 81 KE u 82 KE, dan id-dritt jimplika l-fakultà li tfittex diversi elementi ta’ informazzjoni li għadhom ma humiex magħrufa jew kompletament identifikati (ara, fir-rigward tar-Regolament Nru 17, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19890921">21 ta’ Settembru 1989</DATE>, Hoechst vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="46/87+227/88" PAGE.ECR="I-2859" YEAR="1989">46/87 u 227/88, Ġabra p. I-2859</REF.DOC.ECR>, punt 27, u d-digriet Minoan Lines vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, fid-dawl tal-istadju tal-proċedimenti amministrattivi li jirriżultaw minnhom id-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni, li l-Kummissjoni f’dan il-mument ma għandhiex informazzjoni preċiża li tippermettilha li tanalizza jekk l-aġir jew l-atti msemmija jistgħux jiġi kkwalifikati bħala deċiżjonijiet ta’ impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi skont l-Artikolu 81 KE. Huwa preċiżament fid-dawl tan-natura speċifika tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni li l-ġurisprudenza fil-qasam tal-motivazzjoni evidenzjat it-tipi ta’ informazzjoni li għandu jkun hemm f’deċiżjoni ta’ spezzjoni sabiex tippermetti lid-destinatarji jsostnu d-drittjiet ta’ difiża tagħhom f’dan l-istadju tal-proċedura amministrattiva. Li jiġi impost obbligu ta’ motivazzjoni ikbar fuq il-Kummissjoni f’dan ir-rigward ma jiħux sewwa inkunsiderazzjoni n-natura preliminari tal-ispezzjoni li l-għan tagħha huwa preċiżament li tippermetti lill-Kummissjoni li tistabbilixxi fi stadju iktar tard jekk, fil-każ partikolari, sarx ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni Komunitarju mid-destinatarji ta’ deċiżjoni ta’ spezzjoni jew minn terzi persuni. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-formulazzjoni stess tad-deċiżjoni kkontestata, il-ftehim jew prattiki miftiehma inkwistjoni ma humiex ikkunsidrati bħala stabbiliti, imma bħala ssuspettati (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19891017">17 ta’ Ottubru 1989</DATE>, Dow Chemical Ibérica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="97/87+98/87+99/87" PAGE.ECR="3165" YEAR="1989">97/87 sa 99/87, Ġabra p. 3165</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat, f’dak li jikkonċerna r-regoli ġuridiċi li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat, inkwistjoni fil-kuntest tat-tielet motiv eżaminat iktar ’il quddiem, li l-Qorti tal-Ġustizzja ikkunsidrat fil-passat, b’mod partikolari fis-sentenza tagħha tad-<DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-309/99" PAGE.ECR="I-1577" YEAR="2002">C-309/99, Ġabra p. I-1577</REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti, li ordni professjonali li jirrappreżenta l-membri ta’ professjoni liberali ma huwiex <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="II-5314"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura tad-deċiżjoni kkontestata, hekk kif ippreċiżata iktar ’il fuq, u tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw is-suġġett, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu li tesponi fid-deċiżjoni kkontestata l-analiżi ġuridika speċifika li abbażi tagħha kkwalifikat lid-destinatarji bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi lil hinn mill-ispjegazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-rigward fit-tieni u fit-tielet premessi tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punti 7, 37 u 38 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-argument ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, invokati għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika u ripetut waqt is-seduta, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna t-tip ta’ dokumenti ssekwestrati mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li r-rikors huwa limitat, wara li sar riferiment għall-ġurisprudenza dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex jirrileva n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tan-natura tad-destinatarji (impriżi u/jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi), imma ma jressaqx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħhom f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-fatt li l-obbligu ta’ motivazzjoni fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet ta’ spezzjoni huwa intiż speċifikament għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ difiża tad-destinatarju ma jeskludix li ksur tad-drittijiet tad-difiża, bħala illegalità suġġettiva min-natura tagħha, ma jaqax taħt il-ksur ta’ forma sostanzjali u, għaldaqstant, ma għandux jitqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punt 425, u Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni, punt 39 iktar ’il fuq, punt 77). Konsegwentement, l-ilment bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet ta’ difiża fformulat għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, taħt l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna l-ilmenti fformulati fir-rigward tal-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan huwa element posterjuri għad-deċiżjoni kkontestata li ma jistax jaffettwa l-legalità tagħha, peress li din għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li kienu jeżistu fid-data meta seħħ l-att (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Roquette<?PAGE NO="II-5315"?> Frères vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-322/01" PAGE.ECR="II-3137" YEAR="2006">T-322/01, Ġabra p. II-3137</REF.DOC.ECR>, punt 325, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tikkonċerna l-kwalifikazzjoni allegatament żbaljata tal-ONP u tar-rikorrenti bħala impriżi, it-tieni fuq il-kwalifikazzjoni tagħhom allegatament żbaljata ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-kwalifikazzjoni żbaljata tal-ONP u tar-rikorrenti bħala impriżi</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw li l-ONP u huma stess huma impriżi. Huma ma jeżerċitaw l-ebda attività ta’ bejgħ jew ekonomika. L-attività tagħhom taqa’ taħt is-settur tal-awtorità pubblika. Skont ir-rikorrenti, tirriżulta ambigwità preliminari mill-formulazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li din ma tispjegax b’mod ċar<?PAGE NO="II-5316"?> jekk id-destinatarji tagħha għandhomx jiġu kkunsidrati bħala impriżi jew bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat fil-punt 36 iktar ’il fuq, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta b’mod ċar li d-destinatarji tagħha huma kkunsidrati bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u mhux bħala impriżi. Għalhekk, l-ewwel parti tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-kwalifikazzjoni żbaljata tal-ONP u tar-rikorrenti bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw li l-ONP u huma stess huma assoċjazzjonijiet ta’ impriżi. Huma jirreferu, essenzjalment, għas-sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, li timplika raġunament f’żewġ partijiet sabiex teżamina jekk ordni professjonali jistax jiġi kkwalifikat bħala assoċjazzjoni ta’ impriżi. Għandu jiġi ddeterminat l-ewwel nett<?PAGE NO="II-5317"?> jekk il-membri tal-imsemmi ordni humiex impriżi fis-sens tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni u sussegwentement jekk l-attivitajiet tiegħu, min-natura tagħhom stess jew skont kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja, jaqgħux barra l-isfera ta’ skambji ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti josservaw li l-membri kollha tal-ONP ma humiex impriżi fis-sens tal-Artikolu 81 KE, peress li wħud fosthom huma uffiċjali tal-Istat. Dawn huma b’mod partikolari spiżjara li jeżeriċitaw fis-settur tas-servizzi tal-isptar irreġistrati fir-reġistru tat-Taqsimiet G u H tal-ONP. Barra minn hekk, il-membri ta’ kategorija oħra, il-professuri tal-università li jgħallmu x-xjenza farmaċewtika, ukoll għandhom l-istatus ta’ uffiċjali. Barra minn hekk, lanqas l-ispiżjara impjegati, li jirrappreżentaw parti sostanzjali tal-membri rreġistrati fir-reġistru tal-ONP, ma jistgħu jiġi kkwalifikati bħala impriżi. F’dan ir-rigward, huma jikkontestaw ir-rilevanza tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, FNCBV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-217/03+T-245/03" PAGE.ECR="II-4987" YEAR="2006">T-217/03 u T-245/03, Ġabra p. II-4987</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkontestaw ir-rilevanza tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-kompetizzjoni Franċiż tat-<DATE ISO="19970318">18 ta’ Marzu 1997</DATE> u tas-sentenza tal-Cour de cassation Franċiża tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE> li tikkonfermaha, li ssib ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fis-settur tat-tqassim id-dar tal-mediċini. Huma jsostnu li din id-deċiżjoni u din is-sentenza, li jikkonċernaw speċifikament it-Taqsima A tal-ONP, ma kkonstatawx li din kienet assoċjazzjoni ta’ impriżi u hija bbażata fuq il-konstatazzjoni ta’ ksur mill-imsemmija Taqsima A tal-missjoni tagħha ta’ servizz pubbliku filwaqt li CCG qatt ma mar lil hinn mis-setgħat legali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jqisu li l-attivitajiet tagħhom u dawk tal-ONP ma jagħmlux parti mill-isfera ta’ skambji ekonomiċi, peress li huma għandhom ukoll missjoni soċjali bbażata fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà u jeżerċitaw prerogattivi tipiċi tal-awtorità pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="II-5318"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-missjoni soċjali tagħhom, ir-rikorrenti jirreferu għall-Artikolu L 4231-2(6) tas-CSP, li permezz tiegħu, is-CNOP, kompost minn rappreżentanti tal-kunsilli ċentrali kollha, fosthom is-CCG, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>jista’ jittratta fuq livell nazzjonali l-kwistjonijiet kollha ta’ għajnuna reċiproka u ta’ solidarjetà professjonali u b’mod partikolari għal inċidenti u pensjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Il-missjoni soċjali hekk kif iddefinita hija bbażata fuq is-solidarjetà li tidher mill-fatt li parti mill-ħlas tal-membri tista’ tmur għal azzjoni favur spiżjara f’diffikultà jew għall-pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit li jeżerċitaw prerogattivi tipiċi tal-awtorità pubblika, ir-rikorrenti jelenkaw l-attivitajiet tagħhom li huma bbażati fuq dispożizzjonijiet legali Franċiżi. Huma jeżerċitaw b’mod partikolari missjonijiet ġuridiċi u amministrattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-missjoni ġuridika tagħhom, huma jirrilevaw li, bħala ordni professjonali, id-dritt Franċiż iqabbilhom ma’ qrati ta’ natura amministrattiva u li l-awli dixxiplinarji tagħhom huma ppresjeduti minn maġistrat amministrattiv. Barra minn hekk, huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti sabiex jevalwaw jekk korp jippreżentax il-karatteristiċi ta’ qorti fis-sens tal-Artikolu 234 KE, b’mod partikolari, l-oriġini legali tal-missjoni ġuridika tagħhom, il-permanenza tagħhom, in-natura mandatorja tal-proċeduri tagħhom, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u l-indipendenza tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fost l-atti tagħhom ta’ natura amministrattiva, ir-rikorrenti jirrilevaw l-organizzazzjoni tal-formazzjoni professjonali kontinwa tal-ispiżjara, is-setgħa ta’ sospensjoni tal-ispiżjara li l-istat ta’ saħħa tagħhom jista’ jrendi perikoluż l-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom u l-fatt li l-kunsilli tal-ONP huma responsabbli għall-osservanza tar-regoli deontoloġiċi. Barra minn hekk, it-talba ta’ ħlas neċessarju għall-funzjonament tal-ONP u t-twettiq tal-missjonijiet tiegħu huwa wkoll prerogattiva tipika tal-awtorità pubblika. Fl-aħħar nett, huma jżidu li l-liġi fdat lis-CNOP l-organizzazzjoni tal-implementazzjoni tal-fajl farmaċewtiku, li huwa l-ewwel fajl elettroniku tas-sanità nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="II-5319"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jinvokaw tliet kriterji supplimentari li juru kollha li huma ma huma la impriżi u lanqas assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni li ttieħdu wkoll inkunsiderazzjoni fis-sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT> punt 42 iktar ’il fuq. Dawn huma, l-ewwel nett, in-nomina tal-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni tal-organiżmu professjonali mill-awtoritajiet nazzjonali, it-tieni nett, l-obbligu tal-organiżmu professjonali inkwistjoni josserva ċertu numru ta’ kriterji fl-interess pubbliku u, it-tielet nett, in-nuqqas ta’ influwenza mill-organiżmu professjonali inkwistjoni fuq il-membri tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Qabelxejn fir-rigward tal-kompożizzjoni tagħhom bħala korpi ta’ amministrazzjoni tal-ONP, huma jirrilevaw li dawn ma humiex esklużivament komposti minn spiżjara eletti mill-kollegi tagħhom u li jeżeriċitaw attività f’forma liberali, imma huma wkoll uffiċjali tal-Istat, rappreżentanti tal-Istat u rappreżentanti tax-xjenza farmaċewtika nominati mill-awtoritajiet tal-Istat u jibqgħu taħt il-kontroll tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlatur fdalhom il-missjoni li jippromwovu s-saħħa pubblika u l-kwalità tat-trattamenti, li huwa kriterju ta’ interess pubbliku implementat fl-azzjonijiet kollha tagħhom, u b’mod partikolari fil-mument tar-reġistrazzjoni fir-reġistru. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li mill-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li huwa possibbli għal Stat, fil-kuntest tal-protezzjoni tal-prinċipji fundamentali, bħas-saħħa pubblika, li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni, minn organiżmu, għal professjoni li hi stess hija s-suġġett ta’ regolament (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/07+C-172/07" PAGE.ECR="I-4171" YEAR="2009">C-171/07 u C-172/07, Ġabra p. I-4171</REF.DOC.ECR>, u Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-531/06" PAGE.ECR="I-4103" YEAR="2009">C-531/06, Ġabra p. I-4103</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu, barra minn hekk, li ma humiex f’pożizzjoni li jinfluwenzaw l-aġir tal-membri tagħhom, u dan jeskludi wkoll il-kwalifika tagħhom bħala assoċjazzjoni ta’ impriżi. Fil-fatt, minn naħa, is-CNOP ma jintervjenix direttament fil-qasam tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-ispiżjara, peress li dawn għandhom<?PAGE NO="II-5320"?> iressqu l-applikazzjoni tagħhom quddiem wieħed mill-kunsilli ċentrali jew reġjonali kompetenti fil-qasam, u dan jippronunzja ruħu biss f’każ ta’ rifjut tal-applikazzjoni. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-bijoloġija medika, l-intervent tas-CCG fil-qasam tar-reġistrazzjoni jew fil-bdil tar-reġistrazzjoni fir-reġistru jiddependi direttament mill-qbil u mill-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-prefett kompetenti, li jirrappreżenta lill-Istat fid-dipartiment ikkonċernat. Ir-rwol tas-CCG huwa limitat għall-formulazzjoni ta’ opinjonijiet mhux mandatorji. Barra minn hekk, fil-qasam ta’ reġistrazzjoni u ta’ interdizzjoni, is-CNOP u s-CCG għandhom biss setgħat limitati mil-liġi. Huma kompetenzi marbuta, peress li ma jistgħux jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fir-reġistru lil professjonist li jissodisfa l-kundizzjonijiet legali kollha. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-possibbiltajiet ta’ rikors kontra r-rifjut ta’ reġistrazzjoni u interdizzjonijiet sabiex tiġi evalwata l-influwenza reali ta’ dawn id-deċiżjonijiet fuq il-membri tal-professjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ir-risposta għall-argument tal-Kummissjoni li l-kwalifika formali tad-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata bħala impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi ma hijiex kundizzjoni tal-legalità tagħha, ir-rikorrenti jsostnu li l-prinċipju ta’ attribuzzjoni tas-setgħat, hekk kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 5 KE, 7 KE u 211 KEE, jimplika li l-Kummissjoni tista’ effettivament tadotta deċiżjoni biss fuq bażi ġuridika, u dan unikament jekk ikunu jeżistu l-kundizzjonijiet kollha imposti minn din il-bażi ġuridika. Il-kwalifika ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi għalhekk għandha, skont huma, teżisti fil-mument tal-ispezzjoni. Id-deċiżjoni kkontestata inkella tkun bla bażi legali peress li l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 jistabbilixxi b’mod ċar li l-Kummissjoni tista’ tipproċedi għall-ispezzjonijiet kollha neċessarji għand <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[i]mpriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriż[i]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5321"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-premessa 24 tar-Regolament Nru 1/2003 tippreċiża li l-Kummissjoni għandha tkun tista’ tagħmel spezzjonijiet li huma neċessarji sabiex tiskopri l-ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma pprojbiti mill-Artikolu 81 KE. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jindika li l-Kummissjoni tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet kollha neċessarji għand impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi. Skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għandhom jissottomettu rwieħhom għal spezzjonijiet li l-Kummissjoni tkun ordnat permezz ta’ deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi osservat li, peress li r-Regolament Nru 1/2003 jimplementa r-regoli ta’ kompetizzjoni previsti fl-Artikoli 81 KE u 82 KE, id-definizzjoni tat-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>assoċjazzjonijiet tal-impriż[i]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li jinsabu fl-Artikolu 20 tiegħu għandha bħala prinċipju tkun bħal dik użata fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni (ara l-punt 40 iktar ’il fuq). B’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li tali deċiżjonijiet jittieħdu fil-bidu ta’ investigazzjoni, f’dan l-istadju ma jistax ikun hemm kwistjoni ta’ evalwazzjoni b’mod definittiv ta’ jekk l-atti jew deċiżjonijiet tal-entitajiet destinatarji jew entitajiet oħra, jistgħux jiġu kkwalifikati bħala ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma kontra l-Artikolu 81(1) KE jew inkella prattiki msemmija fl-Artikolu 82 KE. Fil-fatt, anki jekk l-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi li l-Kummissjoni tindika f’deċiżjoni ta’ spezzjoni liema huwa l-għan tagħha, f’dan l-istadju ma ssirx evalwazzjoni tal-aġir konkret, peress li l-għan tal-ispezzjoni huwa preċiżament li jinġabru provi dwar l-aġir allegat.</TXT></NP><?PAGE NO="II-5322"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni setgħat li għandhom l-għan li jippermettulha li twettaq il-missjoni li ngħatatilha mit-trattat li tiżgura l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni fis-suq komuni (ara, fir-rigward tar-Regolament Nru 17, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19800626">26 ta’ Ġunju 1980</DATE>, National Panasonic vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="136/79" PAGE.ECR="2033" YEAR="1980">136/79, Ġabra p. 2033</REF.DOC.ECR>, punt 20, u d-digriet Minoan Lines vs Il-Kummissjoni, punt 40 iktar ’il fuq, punt 34), li huwa wkoll imfakkar fil-premessa tar-Regolament Nru 1/2003 (ara l-punt 66 iktar ’il fuq). Il-ġurisprudenza ikkonfermat ukoll li l-ispezzjonijiet jista’ jkollhom portata wiesgħa ħafna u li d-dritt li taċċedi għall-postijiet, artijiet u mezzi ta’ trasport kollha tal-impriżi għandu importanza partikolari inkwantu għandu jippermetti lill-Kummissjoni tiġbor il-provi ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-postijiet fejn jinsabu normalment (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tar-Regolament Nru 17, is-sentenza Hoechst vs Il-Kummissjoni, punt 40 iktar ’il fuq, punt 26, u d-digriet Minoan Lines vs Il-Kummissjoni, punt 40 iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-kwalifika tal-ONP u tar-rikorrenti bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003, hemm lok li jitfakkar li, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-kunċett ta’ impriża jinkludi kwalunkwe entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus legali ta’ din l-entità u mill-mod ta’ finanzjar tagħha u tikkostitwixxi attività ekonomika kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta’ beni jew ta’ servizzi fuq suq partikolari (sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, punti 46 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-ispiżjara, tal-anqas l-ispiżjara indipendenti, joffru, għal ħlas, b’mod partikolari servizzi ta’ tqassim ta’ mediċini bl-imnut u jieħdu r-riskji finanzjarji ta’ din l-attività. Għalhekk, għandu jiġi konkluż li dawn il-persuni jeżerċitaw attivitajiet ekonomiċi, u, għaldaqstant, huma impriżi fis-sens tal-Artikoli 81 KE, 82 KE u 86 KE (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20000912">12 ta’ Settembru 2000</DATE>, Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/98+C-181/98+C-182/98+C-183/98+C-184/98" PAGE.ECR="I-6451" YEAR="2000">C-180/98 sa C-184/98, Ġabra p. I-6451</REF.DOC.ECR>, punti 76 u 77, u Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, punti 48 u 49). Ir-rikorrenti fil-fatt ma jikkontestawx li ċertu numru ta’ spiżjara membri tal-ONP jistgħu jiġu kkwalifikati<?PAGE NO="II-5323"?> bħala impriżi fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni, għaliex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom f’forma liberali u għalhekk jassumu r-riskji finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minbarra l-ispiżjara proprjetarji jew koproprjetarji ta’ spiżerija, membri tat-Taqsima A, membri tat-Taqsima G, jiġifieri d-diretturi u assistenti diretturi tal-laboratorji ta’ bijoloġija medika, jirrispondu wkoll għall-kriterji tal-kunċett ta’ impriża. Fil-fatt, anki jekk, kif jaffermaw ir-rikorrenti, il-maġġorparti tal-ispiżjara li jaqgħu taħt it-Taqsima G jeżerċitaw funzjonijiet ta’ impjegati f’laboratorji privati jew pubbliċi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika, tal-anqas parti mill-membri ta’ din it-taqsima jistgħu jiġu kkwalifikati bħala impriżi fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni, li fil-fatt ir-rikorrenti kkonfermaw fis-seduta f’risposta għal domanda tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti madankollu jsostnu li l-fatt li parti mill-membri tagħhom ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala impriżi jimplika li l-korpi rappreżentattivi inkwistjoni ma jistgħux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa kontradett mill-ġurisprudenza. Fis-sentenza tagħha FNCBV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li sindakati li jiġbru u jirrappreżentaw il-bdiewa, li huma impriżi fis-sens tal-Artikolu 81 KE, jistgħu jiġu kkwalifikati bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għall-fini tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni minkejja l-fatt li jistgħu wkoll jiġbru l-konjuġi tal-bdiewa, b’mod partikolari, peress li, skont il-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe każ, il-fatt waħdu li assoċjazzjoni ta’ impriżi tista’ tiġbor ukoll persuni jew entitajiet li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala impriżi ma huwiex biżżejjed sabiex ineħħi tali karattru lill-assoċjazzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE (sentenza FNCBV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, punt 55).</TXT></NP><?PAGE NO="II-5324"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw ir-rilevanza tal-imsemmija sentenza billi jirrilevaw li l-Qorti Ġenerali sostniet ukoll il-fatt li l-konjuġi tal-bdiewa ġeneralment jipparteċipaw fix-xogħol tal-attività familjari. L-imsemmija konjuġi għalhekk jeżerċitaw attività ekonomika, li ma huwiex il-każ fil-maġġorparti tal-membri tal-ONP. Issa, anki jekk il-Qorti Ġenerali effettivament semmiet dan il-fatt fil-punt 55 tas-sentenza FNCBV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, l-argument tar-rikorrenti ma jistax jirnexxi, għaliex l-imsemmi punt jindika b’mod ċar li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>fi kwalunkwe każ<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, is-sempliċi fatt li ċerti membri ma humiex impriżi ma huwiex biżżejjed sabiex ineħħi lill-assoċjazzjoni inkwistjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>L-ONP u r-rikorrenti għalhekk huma korpi li jiġbru flimkien u jirrappreżentaw ċertu numru ta’ professjonisti, fosthom l-ispiżjara fi spiżeriji u d-diretturi ta’ laboratorji ta’ bijoloġija medika, li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala impriżi fis-sens tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-Kummissjoni setgħet tikkwalifika lill-ONP u lir-rikorrenti bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza FNCBV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 53 iktar ’il fuq, punti 53 u 54) u legalment setgħet tissottomettihom għal spezzjoni taħt din id-dispożizzjoni. B’mod partikolari, huwa possibbli li, f’din il-kwalità, l-imsemmija korpi setgħu jieħdu deċiżjonijiet kuntrarji għall-Artikolu 81 KE, ipoteżi li l-Kummissjoni, konfermament mal-missjoni tagħha, għandha d-dritt li tivverifika, b’mod partikolari abbażi tal-provi miġbura waqt spezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>L-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq is-sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, ma humiex ta’ natura li jimmodifikaw din il-konklużjoni. Fil-fatt, il-kwistjoni li nqatgħet f’dik is-sentenza kienet dik li jsir magħruf jekk, meta ordni professjonali jadotta regolament partikolari, bħall-ordni Olandiż tal-avukati, dan għandux jiġi kkunsidrat bħala assoċjazzjoni ta’ impriżi jew, kuntrarjament, bħala awtorità pubblika (sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, punt 56). Issa, f’dan il-każ, il-kwistjoni dwar jekk, fl-eżerċizzju tal-prerogattivi konkreti tagħhom, ir-rikorrenti<?PAGE NO="II-5325"?> jaħarbux mill-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE jew inkella, kuntrarjament, jekk uħud mill-atti tagħhom għandhomx jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni hija manifestament prematura u għandha tinqata’, skont il-każ, fil-kuntest tad-deċiżjoni finali dwar l-oġġezzjonijiet mqajma mill-Kummissjoni. Mill-bqija, is-sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT> tikkonferma b’mod ċar li l-ordnijiet professjonali ma humiex <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, punt 59, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-ispezzjoni ordnata bid-deċiżjoni kkontestata ma tikkonċernax esklużivament eventwali deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE, inkwistjoni fis-sentenza Wouters <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 42 iktar ’il fuq, imma wkoll il-parteċipazzjoni eventwali tar-rikorrenti għal ftehim u/jew prattiki miftiehma bejn l-ispiżjara fi Franza miġbura fi ħdan l-ONP, kif ukoll ksur tal-Artikolu 82 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-fajl jirriżulta li jeżistu diversi deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni Franċiż li jsibu l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni mill-ONP u/jew mill-korpi tiegħu u li l-Cour de cassation Franċiża kkonfermat tal-anqas waħda minn dawn id-deċiżjonijiet. Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti u indipendentement mill-fatt li dawn id-deċiżjonijiet jikkonċernaw it-Taqsima A u mhux it-Taqsima G tal-ONP, din hija indikazzjoni supplimentari li tippermetti lill-Kummissjoni tikkunsidra li l-ONP u r-rikorrenti ma setgħux <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, peress li t-Taqsima A u t-Taqsima G jinkludu ċertu membri li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala impriżi u peress li l-eżistenza ta’ missjonijiet ta’ interess pubbliku stabbiliti mil-liġi ma jeskludux, għal kull waħda minn dawn it-taqsimiet, li dawn jistgħu jadottaw atti barra minn dan il-qafas legali u bi ksur tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="II-5326"?><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna r-riferiment tar-rikorrenti għas-sentenzi Apothekerkammer des Saarlandes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u l-Kummissjoni vs L-Italja, punt 62 iktar ’il fuq, minn fejn jirriżulta li huwa possibbli għal Stat, fil-kunest tal-protezzjoni tal-prinċipji fundamentali, bħal dawk tas-saħħa pubblika, li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni, minn organiżmu, għal professjoni li hi stess hija suġġett ta’ regolament, għandu jiġi kkonstatat li dawn is-sentenzi jikkonċernaw, essenzjalment, l-applikazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 56 KE dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital għal leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ spiżjar. Issa, dawn is-sentenzi huma irrilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża, peress li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-fatt li regoli ma jikkostitwixxux restrizzjonijiet għall-moviment liberu għaliex huma, bħala tali, estranji għall-attività ekonomika ma jimplika la li l-attività inkwistjoni taħrab neċessarjament mil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 81 KE u 82 KE, u lanqas li l-imsemmija regoli ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni relatati mal-imsemmija artikoli (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20060718">18 ta’ Lulju 2006</DATE>, Meca-Medina u Majcen vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-519/04 P" PAGE.ECR="I-6991" YEAR="2006">C-519/04 P, Ġabra p. I-6991</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-Kummissjoni setgħet tikkunsidra fl-istadju meta ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata li l-ONP u r-rikorrenti kienu assoċjazzjonijiet ta’ impriżi fis-sens tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Għalhekk, ma ġie stabbilit l-ebda ksur mill-Kummissjoni ta’ din id-dispożizzjoni meta kkwalifikat id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata bħala assoċjazzjonijiet ta’ impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda u, għalhekk, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-5327"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress illi r-rikorrenti tilfu, hemm lok li jkun deċiż illi kull parti tbati l-ispejjeż tagħha skont it-talbiet tal-Kummissjoni f’dan is-sens.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Conseil national de l’Ordre des pharmaciens (CNOP) u l-Conseil central de la section G de l’Ordre national des pharmaciens (CCG) huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Czúcz</P><P>Labucka</P><P>O’Higgins</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>