2005R2014 — MT — 01.07.2010 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 (ĠU L 324, 10.12.2005, p.3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 566/2006 tas-6 ta’ April 2006 |
L 99 |
6 |
7.4.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 239/2007 tas-6 ta’ Marzu 2007 |
L 67 |
3 |
7.3.2007 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 |
L 150 |
7 |
10.6.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010 |
L 159 |
13 |
25.6.2010 |
|
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2014/2005
tad-9 ta’ Diċembru 2005
dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 tat-2 ta’ Diċembru 2005 dwar ir-rati tariffarji għall-banana ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1964/2005 jiffissa r-rata applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2006 għall-banana importata lejn il-Komunità li taqa’ fl-ambitu tal-kodiċi NM 0803 00 19. |
|
(2) |
L-arranġamenti tal-importazzjoni bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dazju doganali b’rata xierqa, b’mod parallel għall-applikazzjoni ta’ preferenza ta’ tariffa b’rabta ma’ kwota ta’ tariffa għal importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi tal-AKP, iridu jkunu akkumpanjati minn mekkaniżmu għas-sorveljar tal-importazzjonijiet fuq bażi regolari biex issir aċċertazzjoni dwar il-kwantitajiet imqiegħda f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità. L-istrument xieraq biex jinkiseb dan il-għan huwa mekkaniżmu bbażat fuq il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni soġġett għad-dispożizzjoni ta’ sigurtà biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet li għalihom kienet saret l-applikazzjoni għal liċenzja jsiru tabilħaqq. Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu bħal dan fir-rigward ta’ importazzjoni bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 2 ) huwa applikabbli. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Banana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-importazzjonijiet tal-banana bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0803 00 19 u li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 ( 3 ). Għaldaqstant, il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post fejn dan ikun stabbilit fil-Komunità.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jitressqu fi kwalunkwe Stat Membru.
3. Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 ( 4 ) għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008].
Madanakollu, l-ebda liċenzja m'hi se tkun valida wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ tagħha.
4. Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri (force majeure), il-garanzija għandha titneħħa totalment jew parzjalment jekk, matul dak il-perjodu, l-operazzjoni ma tkunx twettqet jew tkun twettqet biss b’mod parzjali.
5. Minkejja l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, għandha tingħata evidenza li l-liċenzja ta’ l-importazzjoni tkun intużat, kif imsemmi fl-Artikolu 32(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, sa tletin jum wara d-data ta’ meta jiskadi l-perjodu tal-validità tal-liċenzja, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:
a) sal-Erbgħa ta' kull ġimġħa: prezzijiet bil-grossa għal banana safra, murija skont il-pajjiż tal-oriġini jew il-grupp tal-pajjiżi tal-oriġini, kif irreġistrati fil-ġimgħa ta' qabel fuq is-swieq rappreżentattivi elenkati fl-Anness XVI għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 ( 5 );
b) mhux iktar tard mill-15 ta' kull xahar, il-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta' importazzjoni matul ix-xahar ta' qabel;
c) mhux iktar tard mill-15 ta' kull xahar, il-kwantitajiet, imqassma skont l-oriġini, koperti bil-liċenzji użati u li ntbagħtu lura lill-entità tal-ħruġ matul ix-xahar ta' qabel.
▼M2 —————
2. In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 6 ).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1.
( 2 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1856/2005 (ĠU L 297, 15.11.2005, p. 7).
( 3 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
( 4 ) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
( 5 ) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
( 6 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.