|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1379 |
16.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1379
tal-15 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni taż-żamma tar-rekords, il-mudelli għad-dokument kummerċjali u għaċ-ċertifikati tas-saħħa għall-moviment ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn żoni ristretti u għat-trasport ta’ demel mhux ipproċessat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5), il-punt (a) u l-punt (b), u l-Artikolu 22(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jirrikjedi li l-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati jkunu akkumpanjati matul it-trasport fl-Unjoni minn dokument kummerċjali jew ċertifikat tas-saħħa fejn xieraq. Barra minn hekk, l-operaturi għandhom iżommu rekords tal-kunsinni u d-dokumenti kummerċjali u ċ-ċertifikati tas-saħħa relatati. |
|
(2) |
Il-mudelli għad-dokument kummerċjali u għaċ-ċertifikat tas-saħħa għall-moviment ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn żoni ristretti, kif ukoll id-durata għaż-żamma tar-rekords huma stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2). |
|
(3) |
Ir-rekords u d-dokumenti relatati għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn għall-preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti. Minħabba li s-sistema elettronika tas-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti (TRACES) (3) toħroġ u tirreġistra verżjonijiet elettroniċi tad-dokumenti kummerċjali u taċ-ċertifikati tas-saħħa, jixraq li l-operaturi jiġu eżentati mill-obbligu li jżommu d-dokumenti kummerċjali meta jkunu kisbuhom bl-użu tat-TRACES. Jixraq ukoll li l-operaturi jiġu eżentati mill-obbligu li jżommu ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-kunsinni ta’ demel mhux ipproċessat meta jkunu kisbuhom bl-użu tat-TRACES. |
|
(4) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn żoni ristretti jenħtieġ li jiġi aġġornat bl-aħħar mudell stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4). |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jipprojbixxi l-moviment fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-awrina derivata miċ-ċervidi li joriġinaw min-Norveġja, kif ukoll il-manifattura, l-introduzzjoni fis-suq u l-użu ta’ lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-awrina derivata miċ-ċervidi li joriġinaw mill-Istati Membri elenkati fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1, tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-projbizzjonijiet jenħtieġ li jiġu riflessi fid-dokument kummerċjali sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu rispettati. |
|
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/142/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2235/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/999/oj).
ANNESS
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness VIII, il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness XI, il-Kapitolu I, it-Taqsima 1, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1379/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)