|
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
186 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1284/2006
tad-29 ta' Awissu 2006
dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Waqt li tikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutrimenti ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), l-endo-1,4-beta- xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għal-ħnienes, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/1999 (3). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(6) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament, għad-dundjani għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2013/2001 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(7) |
L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,4-beta-glucanase prodotta mill-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 (5). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(8) |
L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (6). |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fl-għalf ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness III, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 29 ta' Awissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(3) ĠU L 326, 18.12.1999, p. 33.
(4) ĠU L 272, 13.10.2001, p. 24.
(5) ĠU L 164, 30.6.1999, p. 56.
(6) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS I
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Enzymes |
||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1638 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 Alpha-amylase EC 3.2.1.1 |
Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106), endo-1,4-beta-xylanase prodotti mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553) li għandha attività minima ta':
|
Ħnienes (miftuma) |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 250 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||
|
endo-1,4-beta-xylanase: 400 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||
|
alpha-amylase: 1 000 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 5,0 u 30 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5,3 u 50.°C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jidrolizza 1 mikromole ta’ kunnessjonijiet glukosidiċi minn sustrat ta’ polymer tal-lamtu li huwa cross-linked u li ma jinħallx fl-ilma fil-minuta f’pH ta’ 6,5 u 37 °C.
ANNESS II
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Enzymes |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
E 1621 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 Alpha-amylase EC 3.2.1.1 Endo-1,4-beta-xylanase E.C. 3.2.1.8 |
Il-preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta':
|
Dundjani għat-tismin |
— |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||||||||||||
|
Endo-1,4-beta-glucanase: 6 000 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Alpha-amylase: 20 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Endo-1,4-beta-xylanase: 10 500 U |
— |
|||||||||||||||||||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn barli beta-glucan fil-minuta f' pH ta' 7,5 u 30 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 4,8 u 50.°C.
(3) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' glucożju minn polimeri tal-lamtu cross-linked fil-minuta f' pH ta' 7,5 u 37 °C.
(4) 1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0,0067 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5,3 u 50 °C.
ANNESS III
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||
|
Enzymes |
||||||||||||||||||||
|
E 1628 |
Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) li għandha attività minima ta':
|
Ħnieżer għat-tismin |
— |
endo-1,4-beta-xylanase: 1 000 U |
— |
|
Mingħajr limitu ta’ żmien |
||||||||||||
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5,3 u 50 °C.