2004R2148 — MT — 31.12.2015 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 2148/2004 tas-16 ta' Diċembru 2004 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 370 17.12.2004, p. 24) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 |
L 318 |
3 |
6.12.2005 |
|
|
REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012 |
L 307 |
56 |
7.11.2012 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1043 tat-30 ta' Ġunju 2015 |
L 167 |
63 |
1.7.2015 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 |
L 326 |
43 |
11.12.2015 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 2148/2004
tas-16 ta' Diċembru 2004
dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) u 9e(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali fl-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jniżżel il-miżuri transizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf sottomessi skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-addittivi elenkati fl-annessi għal dan ir-Regolament kienu sottomessi qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawn l-applikazzjonijiet inħarġu skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE u kienu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Tali applikazzjonijiet għalhekk għandhom ikomplu jkunu ttrattati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-prodott, klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika, bħala addittiv ta’ l-għalf li jagħmel parti mill-kategorija ta’ “binders, aġenti anti-caking u koagulanti”, kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer, fniek u tajr bir-Regolament (KE) Nru 1245/1999 ( 3 ). |
|
(6) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien. L-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet mniżżla fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni kienu sodisfatti. |
|
(7) |
Għaldaqstant, l-użu ta’ dan il-prodott, klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien, skond ċerti kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
|
(8) |
L-użu tat-taħlita tal-mikro-organiżmu Bacillus licheniformis (DSM 5749) u Bacillus subtilis (DSM 5750) kienet awtorizzata proviżorjament għall-ħnieżer għas-smin u mingħajr limitu ta’ żmien għall-ħnienes bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 ( 4 ). |
|
(9) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik it-taħlita tal-mikro-organiżmu għall-ħnieżer għas-smin. L-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet mniżżla fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma sodisfatti. Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ l-applikazzjoni biex timmodifika l-età massima ta’ dik it-taħlita tal-mikro-organiżmu għall-ħnienes. L-eżaminazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għal tali modifikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni huma sodisfatti. |
|
(10) |
L-użu tat-taħlita mikro-organiżmu ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) kienet awtorizzata proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 ( 5 ). |
|
(11) |
L-użu tat-taħlita mikro-organiżmu ta’ Enterococcus faecium (DSM 7134) u Lactobacillus rhamnosus (DSM 7133) kienet awtorizzata proviżorjament għall-ħnienes, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/99 ( 6 ). |
|
(12) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dawk iż-żewġ taħlitiet tal-mikro-organiżmu. L-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet mniżżla fid-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma sodisfatti. |
|
(13) |
Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk it-tlett taħlitiet tal-mikro-organiżmu, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien. |
|
(14) |
Data kienet sottomessa biex issaħħaħ applikazzjoni biex tinkiseb awtorizzazzjoni għal addittiv ġdid li jagħmel parti mill-grupp tal-mikro-organiżmi, Kluyveromyces marxianus tat-tip lactisK1 (BCCM/MUCL 39434) għall-baqar tal-ħalib. |
|
(15) |
L-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sottomessa, fir-rigward tat-taħlita tal-mikro-organiżmu speċifikat fl-Anness III għal dan ir-Regolament, turi li l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti. |
|
(16) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar in-Nutriment ta’ l-Annimali (SCAN) ta opinjoni fuq l-użu ta’ dan l-addittiv fl-għalf tal-bhejjem. “Opinjoni fuq l-użu ta’ ċerti mikro-organiżmi bħala addittivi fl-għalf tal-bhejjem” fil-25 ta’ April 2003, li tikkonkludi li dan l-addittiv ma jippreżentax riskju għas-saħħa ta’ l-annimali, s-saħħa umana jew l-ambjent, skond il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness III għal dan ir-Regolament. |
|
(17) |
L-użu tat-taħlita ta’ l-enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98. |
|
(18) |
L-użu tat-taħlita ta’ l-enżimi ta’ endo-1,4-beta-glucanase prodotta bit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (forma likwida) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 ( 7 ) (forma solida). |
|
(19) |
L-użu tat-taħlita ta’ l-enżimi ta’ endo-1,4-beta-glucanase prodotta bit-Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 135) kienet awtorizzata proviżorjament għat-tiġieġ għas-smin, għall-(19) ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (forma likwida) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 (forma solida). |
|
(20) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dawk it-tliet taħlitiet enzyme. L-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma sodisfatti. |
|
(21) |
Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn it-tliet taħlitiet ta’ l-enżimi, kif speċifikat fl-Anness IV, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien. |
|
(22) |
L-użu tat-taħlita ta’ l-enżimi endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) hija awtorizzata mingħajr limitu taż-żmien għat-tiġieġ għas-smin, bir-Regolament tal-Kummissjoni KE) Nru 1259/2004 ( 8 ). L-użu ta’ din it-taħlita kienet awtorizzata proviżorjament għad-dundjani għas-smin, għall-qroqqa u għall-ħnieżer għas-smin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 ( 9 ). |
|
(23) |
Data ġdida kienet sottomessa biex issaħħaħ applikazzjoni biex testendi l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ din it-taħlita ta’ l-enżimi ħall-ħnienes u papri għas-smin. |
|
(24) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din it-taħlita li tikkonkludi li din it-taħlita ma tippreżentax riskju għal dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ l-annimali, skond kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness V għal dan ir-Regolament. |
|
(25) |
L-eżaminazzjoni turi li l-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-wtorizzazzjoni ta’ tali taħlita kienu sodisfatti. |
|
(26) |
Għaldaqstant, l-użu ta’ din it-taħlita ta’ l-enżimi, kif speċifikata fl-Anness V, għandha tkun awtorizzata proviżorjament għal erba’ snin. |
|
(27) |
L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex jipproteġu l-ħaddiema milli jkunu esposti għall-addittivi mniżżla fl-Annessi. Tali protezzjoni għandha tkun żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu miljoramenti fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 10 ). |
|
(28) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
It-taħlita ta’ dan il-grupp “Binders, aġenti anti-caking u koagulanti”, hija awtorizzata għal użu mingħajr limitu taż-żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Anness I.
Artikolu 2
It-taħlita tal-grupp “Mikro-organiżmi”, hija awtorizzata għal użu mingħajr limitu taż-żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness II.
Artikolu 3
It-taħlita tal-grupp “Mikro-organiżmi”, hija awtorizzata proviżorjament għal erba’ snin bħala addittiv fin-nutriment tal-bhejjem skond il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness III.
Artikolu 4
It-taħlita tal-grupp “Enżimi”, hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu taż-żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness IV.
Artikolu 5
It-taħlita tal-grupp “Enżimi”, hija awtorizzata proviżorjament għal erba’ snin bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Anness V.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
|
KE Nru |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
mg/kg ta’ għalf tal-bhejjem komplut |
||||||||
|
Binders, aġenti anti-caking u koagulanti |
||||||||
|
E 567 |
Klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika |
Aluminosilikat idrat bil-kalċjum ta’ oriġini volkanika li fih minimu ta’ 85 % ta’ klinoptilolite u massimu ta’ 15 % ta’ feldspar, majka u tafal nieqes mill-fibri u l-kwarz. ►M1 Kontenut massimu ta’ ċomb: 80 mg/kg ◄ |
Ħnieżer |
— |
— |
20 000 |
L-għalf kollu tal-bhejjem |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
Fniek |
— |
— |
20 000 |
L-għalf kollu tal-bhejjem |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||
|
Tajr |
— |
— |
20 000 |
L-għalf kollu tal-bhejjem |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||
ANNESS II
|
KE Nru |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf tal-bhejjem komplut |
||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||
|
E 1700 |
Bacillus licheniformis DSM 5749 Bacillus subtilis DSM 5750 (f’proporzjoni 1/1) |
Taħlita ta’ Bacillus licheniformis u Bacillus subtilis li fiha minimu ta’: 3,2 x 109 CFU/g additiv (1,6 x 109 CFU/g additiv ta’ kull batterju) |
Ħnieżer għas-smin |
— |
1,28 x 109 |
1,28 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
Ħnienes |
— |
1,28 x 109 |
3.2 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. Għall-użu f’ħnienes sa approssivament 35 kg. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|||
|
E 1702 |
Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 |
Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih minimu ta’: 5 x 109 CFU/g additiv |
Ħnienes (miftuma) |
— |
5 x 109 |
►M2 1 x 1010 ◄ |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. Għall-użu f’ħnienes miftuma sa approssivament 35 kg. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
E 1706 |
Enterococcus faecium DSM 7134 Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 |
Taħlita ta’: Enterococcus faecium li fih minimu ta’: 7 x 109 CFU/g u ta’ Lactobacillus rhamnosus li fih minimu ta’: 3 x 109 CFU/g |
Ħnienes (miftuma) |
— |
2.5 x 109 |
5 x 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. Għall-użu f’ħnienes miftuma sa approssivament 35 kg. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
ANNESS III
|
Nru (jew KE Nru.) |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf tal-bhejjem komplut |
||||||||
|
Mikro-organiżmi |
||||||||
|
24 |
Kluyveromyces marxianus var. lactisK1 BCCM/MUCL 39434 |
Preparazzjoni ta’ Kluyveromyces marxianus var. lactisK1 li fih attività minima ta’: |
1.0 x 108 CFU/g |
Baqar tal-ħalib |
0.25 x 106 |
1.0 x 106 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura tal-ħażna u l-perjodu ta’ kemm tista’ ddum il-ħażna. Tużax f’sustanza ta’ qabel it-taħlit pelleted u f’għalf tal-bhejjem. Uża f’baqar tal-ħalib, b’mod partikolari meta jkunu ser jilħqu l-massimu tal-produzzjoni tal-ħalib ta’ kuljum, għal perjodu minimu ta’ 14 il-jum. L-ammont ta’ porzjon ta’ kuljum amministrata għal kull baqra hija 1,0 x 107 CFU. |
Data [à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement] |
ANNESS IV
|
KE Nru |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
Uniti ta’ attività/kg ta’ għalf ta’ l-annimali komplut |
||||||||
|
Enżimi |
||||||||
|
E 1615 |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) li fih attività minima ta': Forma solida: 70 000 BGN (1)g Forma likwida: 14 000 BGN/ml |
Tiġieġ għas-smin |
— |
1 050 BGN |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. 2. Doża rakkomandabbli kull kg ta’ għalf tal-bhejjem komplut: 2800 BGN 3. Għall-użu f’għalf kompost għani fil-polisakkaridi li mhumiex tal-lamtu (prinċipalment beta- glucans), e.ż. li fih aktar minn 35 % xgħir. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
▼M4 ————— |
||||||||
|
▼M3 ————— |
||||||||
|
(1) 1 BGN huwa l-ammont ta’ l-enżimi li jillibera 1 micromoles ta’ zokkor li jirriduċi (ekwivalenti tal-glukożju) mix-xgħir beta-glucan kull minuta f'pH4,8 u 50°C. (2) 1 CU huwa l-ammont ta’ l-enżimi li jillibera 0,128 micromoles ta’ zokkor li jirriduċi (ekwivalenti tal-glukożju) mix-xgħir beta-glucan kull minuta f’ph 4,5 u 30°C. (3) 1 EPU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0,0083 micromoles ta’ zokkor li jirriduċi (ekwivalenti tal-ksilożju) minn oat spelt xylan kull minuta f’ pH 4,7 u 30°C. |
||||||||
ANNESS V
|
Nru. jew KE Nru.) |
Addittiv |
Formola kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
Uniti ta’ attività/kg ta’ għalf ta’ l-annimali komplut |
||||||||
|
Enżimi |
||||||||
|
30 (jew E 1604) |
Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodott mill-Penicillium funiculosum (IMI SD 101) li fih attività minima ta’: Forma tat-trab: Endo-1,3(4)-beta-glucanase 2 000 U (1)/g Endo-1,4-beta-xylanase: 1400 U (2)/g Forma likwida: Endo-1,3(4)-beta-glucanase 500 U/ml Endo-1,4-beta-xylanase 350 U/ml |
Ħnienes (miftuma) |
|
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. 2. Doża rakkomandabbli kull kg ta’ għalf tal-bhejjem komplut: endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U endo-1,4-beta-xylanase: 70 U 3. Għall-użu f’għalf kompost għani fil-polisakkaridi li mhumiex tal-lamtu (prinċipalment beta- glucan u arabinoxylans), e.ż. li fih aktar minn 30% xgħir jew 20 % qamħ. 4. Għall-ħnienes miftuma sa approssivament 35 kg. |
Data [à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement] |
|
endo-1,4-beta-xylanase: 70 U |
— |
|||||||
|
Papri għas-smin |
— |
endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-additiv u s-sustanza ta’ qabel it-taħlit, indika t-temperatura ta' ħażna, il-perjodu ta' kemm tista' ddum il-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. 2. Doża rakkomandabbli kull kg ta’ għalf tal-bhejjem komplut: endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U endo-1,4-beta-xylanase: 70 U 3. Għall-użu f’għalf kompost għani fil-polisakkaridi li mhumiex tal-lamtu (prinċipalment beta- glucan u arabinoxylans), e.ż. li fih aktar minn 50 % xgħir jew 60 % qamħ. |
Missing text |
|||
|
endo-1,4-beta-xylanase: 70 U |
— |
|||||||
|
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 5,55 micromoles ta’ zokkor li jirriduċi (ekwivalenti tal-maltożju) mix-xgħir beta-glucan kull minuta f’ pH 5,0 u 50 °C. (2) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 4,00 micromoles ta’ zokkor li jirriduċi (ekwivalenti tal-maltożju) minn xylan ta’ njam tal-betula (birchwood xylan) kull minuta f’ pH 5,5 u 50 °C. |
||||||||
( 1 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
( 2 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
( 3 ) ĠU L 150, tas-17.6.1999, p.15.
( 4 ) ĠU L 280, ta’ l-4.11.2000, p.28.
( 5 ) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p.15.
( 6 ) ĠU L 326, tat-18.12.1999, p.33.
( 7 ) ĠU L 155, tat-28.6.2000, p.15.
( 8 ) ĠU L 239, tad-9.7.2004, p.8.
( 9 ) ĠU L 62, tat-2.3.2001, p.3.
( 10 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p.1.