<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-217/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0217</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:987">EU:C:2021:987</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20211209">9.12.2021</DATE> – Kawża C‑217/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Staatssecretaris van Financiën (Remunerazzjoni matul il-leave annwali mħallas)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20211209">9 ta’ Diċembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal-leave annwali mħallas</KEYWORD><KEYWORD>Livell ta’ remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni mnaqqsa minħabba inkapaċità għax-xogħol</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑217/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank Overijssel (il-Qorti Distrettwali ta’ Overijssel, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200520">20 ta’ Mejju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20200525">25 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">XXXX</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, I. Ziemele (Relatriċi), T. von Danwitz, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. A. M. de Ree, K. Bulterman u J. M. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. van Vliet u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210708">8 ta’ Lulju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn ir-rikorrent fil-kawża prinċipali u l-iStaatssecretaris van Financiën (is-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi, il-Pajjiżi l-Baxxi) dwar l-ammont tar-remunerazzjoni li għalih ir-rikorrent għandu dritt għal leave annwali mħallas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 4 sa 6 tad-Direttiva 2003/88 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 137 [KE] jipprovdi li l-Komunità għandha tappoġġja u tikkumplementa l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri bil-għan li ttejjeb l-ambjent tax-xogħol u tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>It-titjib tas-sigurtà, l-iġene u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol huwa għan li m’għandux ikun subordinat sempliċement għal raġunijiet ekonomiċi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-ħaddiema kollha għandhom ikollhom perjodi adekwati ta’ serħan. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Akkont għandu jittieħed tal-prinċipji ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, inklużi dawk relatati max-xogħol ta’ bil-lejl.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għan u skop<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Diretiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ […] leave annwali […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22(1) tal-Algemeen Rijksambtenarenreglement (ir-Regolament Ġenerali tas-Servizz Pubbliku), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ARAR<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) l-uffiċjal għandu dritt għal leave kull sena biż-żamma tar-remunerazzjoni sħiħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tal-ARAR jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, l-uffiċjal għandu dritt għaż-żamma tar-remunerazzjoni kollha tiegħu għal perijodu ta’ 52 ġimgħa. Jekk, fi tmiem dan il-perijodu, is-sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol tippersisti, huwa jirċievi 70 % tal-ammont tar-remunerazzjoni tiegħu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="037.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal huwa intitolat, wara t-tmiem tal-perijodu ta’ 52 ġimgħa msemmi fl-ewwel subparagrafu, għall-kontinwazzjoni tal-ħlas tar-remunerazzjoni kollha tiegħu għan-numru ta’ sigħat li ħadem jew li kien jaħdem li kieku xogħol xieraq kien ġie offrut lilu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa impjegat mill-Belastingdienst (l-Awtorità Fiskali, il-Pajjiżi l-Baxxi). Mill‑<DATE ISO="20151124">24 ta’ Novembru 2015</DATE>, huwa tqiegħed f’inkapaċità parzjali għax-xogħol fit-tul minħabba mard u jibbenefika minn miżura ta’ ta’ reintegrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 37(1) tal-ARAR, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali rċieva r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu għall-ewwel sena ta’ inkapaċità għax-xogħol, jiġifieri sal‑<DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, u mbagħad 70 % tal-ammont tagħha minn din id-data. Madankollu, skont dan l-Artikolu 37(5), huwa żamm ir-remunerazzjoni sħiħa tiegħu għas-sigħat li matulhom huwa tqies li kien kapaċi jaħdem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul il-leave annwali li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ħa mill‑25 ta’ Lulju sas‑<DATE ISO="20170817">17 ta’ Awwissu 2017</DATE>, huwa ngħata allowance ta’ ammont ekwivalenti għal dak tar-remunerazzjoni li kien irċieva mill‑<DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE>, jiġifieri 70 % tar-remunerazzjoni tiegħu għas-sigħat li matulhom huwa kien f’inkapaċità għax-xogħol u 100 % ta’ din ir-remunerazzjoni għas-sigħat li matulhom huwa kien meqjus bħala kapaċi jaħdem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ lment imressaq quddiem is-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kkontesta l-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni, billi allega li, matul dan il-leave, huwa kellu jirċievi r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu. Peress li s-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi ċaħad dan l-ilment permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20171013">13 ta’ Ottubru 2017</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem ir-Rechtbank Overijssel (il-Qorti Distrettwali ta’ Overijssel, il-Pajjiżi l-Baxxi), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din tal-aħħar tirrileva li, bis-saħħa tal-Artikolu 22(1) tal-ARAR, l-uffiċjal għandu dritt għal leave mħallas kull sena biż-żamma tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>remunerazzjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tiegħu. Hija tqis li dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>remunerazzjoni sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> huwa relatat mar-remunerazzjoni dovuta matul il-perijodu ta’ xogħol preċedenti għal dak li matulu jintalab il-leave annwali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>perijodu ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jiġifieri, fil-kawża prinċipali, mar-remunerazzjoni msemmija fil-punt 10 ta’ din is-sentenza. Konsegwentement, il-pożizzjoni tas-Segretarju tal-Istat għall-Finanzi hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li għalkemm id-Direttiva 2003/88 tiggarantixxi d-dritt li wieħed jibbenefika minn leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, inkluż fil-każ ta’ inkapaċità totali għax-xogħol, hija ma tinkludi l-ebda indikazzjoni fir-rigward tal-ammont tar-remunerazzjoni li għandha titħallas matul dan il-leave annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din il-qorti tfakkar li, fis-sentenzi tagħha tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Robinson-Steele <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/04 u C‑257/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:177">EU:C:2006:177</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, matul il-leave annwali tiegħu, ħaddiem għandu jirċievi r-remunerazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>normali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tiegħu. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tindika li l-ammont tar-remunerazzjoni li rċieva r-rikorrent fil-kawża prinċipali matul il-leave annwali tiegħu huwa l-istess bħal dak li huwa rċieva matul il-perijodu ta’ referenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika wkoll li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 25 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ippreċiżat li l-iskop tad-dritt għal-leave annwali mħallas huwa differenti minn dak tad-dritt għal-leave tal-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-kunsiderazzjoni, hija tistaqsi jekk il-fatt li jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tar-remunerazzjoni dovuta matul perijodu ta’ leave annwali mħallas, tat-tnaqqis fir-remunerazzjoni wara sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol jaffettwax id-dritt għal-leave annwali mħallas tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank Overijssel (il-Qorti Distrettwali ta’ Overijssel) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-[Direttiva 2003/88] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiem li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali ma jitlifx, minħabba f’hekk, ir-remunerazzjoni tiegħu jew parti minnha? Jew inkella din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ħaddiem iżomm ir-remunerazzjoni tiegħu meta huwa jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali, indipendentement mir-raġuni li għaliha huwa ma jaħdimx matul il-leave tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-[Direttiva 2003/88] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali skont liema ħaddiem li jkun f’inkapaċità għax-xogħol minħabba mard u li jieħu l-leave annwali tiegħu jżomm ir-remunerazzjoni tiegħu fil-livell li huwa kellu qabel ma ħa l-leave annwali tiegħu, anki jekk, minħabba l-perijodu twil tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu, din ir-remunerazzjoni tkun inqas minn dik li tikkorrispondi għal kapaċità sħiħa għax-xogħol?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ kull ħaddiem għal-leave annwali mħallas taħt l-Artikolu 7 tad-[Direttiva 2003/88] u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi t-tnaqqis tar-remunerazzjoni waqt leave meħud matul inkapaċità għax-xogħol?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet u prattiki nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, meta ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas, it-tnaqqis, wara l-inkapaċità għax-xogħol, tal-ammont tar-remunerazzjoni li huwa rċieva matul il-perijodu ta’ referenza, jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ remunerazzjoni li ser jitħallas għal-leave annwali mħallas tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-formulazzjoni nnifisha tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi favur kull ħaddiem dritt għal-leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat. Dan id-dritt għandu jitqies li huwa prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari u li għandu jiġi implimentat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biss fil-limiti stipulati espressament mid-Direttiva 2003/88 stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, peress li d-dritt għal-leave annwali mħallas huwa stabbilit mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet tagħha huma intiżi, kif jirriżulta mill-premessa 4 tagħha, għat-titjib tas-sigurtà, tal-iġjene u tas-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 5 ta’ din id-direttiva tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[i]l-ħaddiema kollha għandhom ikollhom perjodi adekwati ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jipprevedi li din tal-aħħar tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u li hija tapplika, b’mod partikolari, għall-perijodi minimi ta’ leave annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, huwa stabbilit li d-dritt għal leave annwali, stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, għandu skop doppju, jiġifieri li jippermetti li l-ħaddiem jistrieħ mit-twettiq tal-kompiti li huwa obbligat li jwettaq skont il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, minn naħa, u li jgawdi perijodu ta’ rilassament u rikreazzjoni, min-naħa l-oħra (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ħaddiem għandu normalment ikun jista’ jibbenefika minn mistrieħ effettiv, sabiex jippreżerva s-sigurtà tiegħu u s-saħħa tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-iskop tad-dritt għal-leave annwali mħallas stabbilit fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, li jiddistingwi dan il-leave minn tipi oħra ta’ leave li għandhom skopijiet differenti, bħad-dritt għal-leave tal-mard li huwa intiż li jippermetti lill-ħaddiem li jirkupra minn marda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sobczyszyn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:502">EU:C:2016:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), huwa bbażat fuq il-premessa li l-ħaddiem effettivament ħadem matul il-perijodu ta’ referenza. Fil-fatt, l-għan ta’ din id-direttiva, li jikkonsisti fil-fatt li l-ħaddiem ikun jista’ jkollu perijodu ta’ mistrieħ, ta’ serħan u ta’ rikreazzjoni sabiex jippreżerva s-sigurtà tiegħu u s-saħħa tiegħu jippreżumi li dan il-ħaddiem ikun preċedentement eżerċita attività li tiġġustifika li jingħatalu l-benefiċċju ta’ tali perijodu. Minn dan jirriżulta li d-drittijiet għal-leave annwali<?PAGE NO="6"?> mħallas għandhom bħala prinċipju jiġu ddeterminati skont perijodi ta’ xogħol effettiv imwettqa skont il-kuntratt ta’ xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, f’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>leave annwali mħallas<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li tinsab fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, tfisser li, tul il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>leave annwali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva, ir-remunerazzjoni għandha tibqa’ titħallas u li, fi kliem ieħor, il-ħaddiem għandu jirċievi r-remunerazzjoni normali għal dan il-perijodu ta’ mistrieħ (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1018">EU:C:2018:1018</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ħaddiem għandu jitqiegħed, meta jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas, f’sitwazzjoni li hija, fir-rigward tas-salarju, komparabbli mal-perijodi ta’ xogħol (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1018">EU:C:2018:1018</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm l-istruttura tar-remunerazzjoni normali tal-ħaddiem taqa’, bħala tali, taħt id-dispożizzjonijiet u l-prattiki rregolati mid-dritt tal-Istati Membri, din ma jistax ikollha effett fuq id-dritt tal-ħaddiem li jgawdi, matul il-perijodu tiegħu ta’ mistrieħ u ta’ serħan, minn kundizzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma’ dawk li jikkonċernaw it-twettiq tax-xogħol tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1018">EU:C:2018:1018</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom il-ħaddiem ma jkunx kapaċi jwettaq il-funzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru ma jistax jissuġġetta d-dritt għal-leave annwali mħallas għall-obbligu li l-ħaddiem ikun effettivament ħadem (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dan japplika, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-ħaddiema li huma fuq leave tal-mard matul il-perijodu ta’ referenza. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tad-dritt għal-leave annwali mħallas, dawn il-ħaddiema huma assimilati ma’ dawk li effettivament ħadmu matul dan il-perijodu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-inkapaċità għax-xogħol minħabba mard hija, bħala prinċipju, imprevedibbli u indipendenti mir-rieda tal-ħaddiem. Dan huwa essenzjalment dak li jirriżulta wkoll mill-Konvenzjoni Nru 132 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal‑<DATE ISO="19700624">24 ta’ Ġunju 1970</DATE> dwar il-leave annwali mħallas, kif irriveduta, li l-prinċipji tagħha għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, bis-saħħa tal-premessa 6 tad-Direttiva 2003/88, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tagħha. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Artikolu 5(4) ta’ din il-konvenzjoni, l-assenzi dovuti għal marda għandhom jitqiesu li huma assenzi mix-xogħol <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tal-persuna impjegata kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>jingħaddu fil-perijodu ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Dicu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:799">EU:C:2018:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dritt ta’ ħaddiem għal-leave annwali mħallas minimu, iggarantit mid-dritt tal-Unjoni, ma jistax jiġi ristrett minħabba li l-ħaddiem ma setax iwettaq l-obbligu ta’ xogħol tiegħu minħabba mard matul il-perijodu ta’ referenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑762/18 u C‑37/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:504">EU:C:2020:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kisba tar-remunerazzjoni normali matul il-perijodu ta’ leave annwali mħallas hija intiża sabiex tippermetti lill-ħaddiem jieħu effettivament il-ġranet ta’ leave li għalihom huwa għandu dritt. Issa, meta r-remunerazzjoni mħallsa abbażi tad-dritt għal-leave annwali mħallas previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 tkun inqas mir-remunerazzjoni normali li l-ħaddiem jirċievi matul il-perijodi ta’ xogħol effettiv, hemm riskju li tali ħaddiem ikun inkoraġġit li ma jiħux il-leave annwali mħallas tiegħu (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Hein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1018">EU:C:2018:1018</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet u tal-prattiki nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali, l-ammont tar-remunerazzjoni mħallsa lir-rikorrent fil-kawża prinċipali matul il-leave annwali mħallas tiegħu huwa l-istess bħal dak li huwa rċieva matul il-perijodu ta’ referenza. Il-Gvern Olandiż ikkonkluda, fl-osservazzjonijiet bil-miktub li huwa ssottometta lill-Qorti tal-Ġustizzja, li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien b’hekk tqiegħed, matul il-perijodu tal-leave annwali, f’sitwazzjoni ekonomika komparabbli ma’ dik li kien fiha matul il-perijodu ta’ referenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ċertament, ma huwiex ikkontestat li, matul il-perijodu ta’ leave annwali, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali bbenefika minn kundizzjonijiet ekonomiċi komparabbli ma’ dawk li huma applikabbli matul il-perijodi ta’ xogħol tiegħu, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 27 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li permezz tagħha l-ammont tar-remunerazzjoni li jirċievi ħaddiem matul il-leave annwali mħallas tiegħu jkun l-istess bħal dak li huwa tħallas matul il-perijodu ta’ referenza, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni tnaqqas minħabba sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard, iwasslu, essenzjalment, sabiex id-dritt għal-leave annwali mħallas mogħti mid-Direttiva 2003/88 jiġi ssuġġettat għall-obbligu li dan il-ħaddiem ikun ħadem full-time matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li ħaddiem li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas jirċievi remunerazzjoni ikbar jew imnaqqsa skont jekk huwiex f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol meta jeżerċita dan id-dritt jagħmel il-valur tal-imsemmi dritt dipendenti fuq id-data li fiha dan jiġi eżerċitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għalkemm, kif jirrileva l-Gvern Olandiż, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali, matul il-leave annwali mħallas tiegħu, irċieva remunerazzjoni li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak li tħallas matul il-perijodu ta’ referenza, xorta jibqa’ l-fatt li din ir-remunerazzjoni hija inqas minn dik li kien jirċievi kieku ma kienx f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 25 u 30 ta’ din is-sentenza, peress li l-inkapaċità għax-xogħol minħabba mard hija, bħala prinċipju, imprevedibbli u indipendenti mir-rieda tal-ħaddiem ikkonċernat, hemm lok, fir-rigward tad-dritt għal-leave annwali mħallas, li jitqies li l-ħaddiema li waqfu mix-xogħol minħabba leave tal-mard matul il-perijodu ta’ referenza<?PAGE NO="8"?> huma assimilati ma’ dawk li effettivament ħadmu matul dan il-perijodu. Għaldaqstant, id-drittijiet għal-leave annwali mħallas għandhom, f’każ bħal dan, bħala prinċipju jiġu ddeterminati skont perijodi ta’ xogħol fil-fatt imwettqa skont il-kuntratt ta’ xogħol, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni tnaqqas minħabba sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-iskop tal-leave annwali mħallas, kif imfakkar fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, il-fatt li l-kawża tal-inkapaċità għax-xogħol tkompli matul il-perijodu tal-imsemmi leave annwali mħallas tal-ħaddiem ma jistax ikollu effett fuq id-dritt ta’ dan tal-aħħar li jirċievi remunerazzjoni mingħajr tnaqqis matul dan il-leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet u prattiki nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, meta ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas, it-tnaqqis, wara l-inkapaċità għax-xogħol, tal-ammont tar-remunerazzjoni li huwa rċieva matul il-perijodu ta’ referenza, jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ remunerazzjoni li ser jitħallas għal-leave annwali mħallas tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE> li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet u prattiki nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, meta ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas, it-tnaqqis, wara l-inkapaċità għax-xogħol, tal-ammont tar-remunerazzjoni li huwa rċieva matul il-perijodu ta’ xogħol preċedenti għal dak li matulu l-leave annwali mħallas intalab, jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ remunerazzjoni li ser jitħallas għal-leave annwali mħallas tiegħu.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>