<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑720/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0720</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:689">EU:T:2016:689</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>25</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20161130">30.11.2016</DATE> – KAWŻA T‑720/14</P><P>ROTENBERG vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE><HT TYPE="SUP">1</HT></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul fit-territorji tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Persuna fiżika li ssostni attivament jew li timplementa azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Persuna fiżika li tikseb vantaġġ minn responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ intrapriża</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar-rispett tal-ħajja privata</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑720/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Arkady Romanovich Rotenberg</HT>, residenti f’Saint Petersburg (ir-Russja), inizjalment irrappreżentat minn D. Pannick, QC, M. Lester, barrister, u M. O’Kane, solicitor, sussegwentement minn M. Pannick, Lester, S. Hey, H. Brunskill, solicitors, u Z. Al‑Rikabi, barrister, sussegwentement minn M. Pannick, Lester u Al‑Rikabi,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn J.‑P. Hix u B. Driessen, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, tas-<DATE ISO="20140317">17 ta’ Marzu 2014</DATE>, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 78, p. 16</REF.DOC.OJ>), kif emendata, l-ewwel nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/508/PESK, tat-<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 226, p. 23</REF.DOC.OJ>), it-tieni nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 70, p. 47</REF.DOC.OJ>), it-tielet nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="157" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 239, p. 157</REF.DOC.OJ>), u r-raba’ nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-<DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 67, p. 37</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-<DATE ISO="20140317">17 ta’ Marzu 2014</DATE>, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 78, p. 6</REF.DOC.OJ>), kif implementat, l-ewwel nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, tat-<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 226, p. 16</REF.DOC.OJ>), it-tieni nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 70, p. 1</REF.DOC.OJ>), it-tielet nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 239, p. 30</REF.DOC.OJ>), u, ir-raba’ nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-<DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 67, p. 1</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent,</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn G. Berardis (Relatur), President, V. Tomljenović u D. Spielmann, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>Wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140317">17 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta, abbażi tal-Artikolu 29 TUE, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 78, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-istess data, il-Kunsill adotta, abbażi tal-Artikolu 215(2) TFUE, ir-Regolament (UE) Nru 269/2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 78, p. 6</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kunsill adotta, fil-<DATE ISO="20140725">25 ta’ Lulju 2014</DATE>, id-Deċiżjoni 2014/499/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 221, p. 15</REF.DOC.OJ>, u r-Regolament (UE) Nru 811/2014, li jemenda r-Regolament Nru 269/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="221" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 221, p. 11</REF.DOC.OJ>), b’mod partikolari bil-għan li jiġu emendati l-kriterji li permezz tagħhom persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi jistgħu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2014/145, fil-verżjoni tagħha emendata bid-Deċiżjoni 2014/499 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni 2014/145 emendata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), għandu jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, jew huma proprjetà ta’, jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b’mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b’mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet trasferita b’mod li jmur kontra l-liġi tal-Ukraina, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn dan it-trasferiment; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jappoġġaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-modalitajiet għal dan l-iffriżar ta’ fondi huma ddefiniti fil-paragrafi sussegwenti tal-istess artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata jippreskrivi d-dħul jew il-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Istati Membri tal-persuni fiżiċi li jissodisfaw kriterji sostanzjalment identiċi għal dawk elenkati fl-Artikolu 2(1)(a) u (d) ta’ din l-istess deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 269/2014, fil-verżjoni tiegħu emendat bir-Regolament Nru 811/2014 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament Nru 269/2014 emendat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), jimponi l-adozzjoni tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi u jiddefinixxi l-modalitajiet ta’ dan l-iffriżar f’termini identiċi, essenzjalment, għal dawk tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata. Fil-fatt, l-Artikolu 3(1)(a) sa (d) ta’ dan ir-regolament jirriproduċi essenzjalment l-Artikolu 2(1)(a) sa (d) tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE>, fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill adotta, minn naħa, id-Deċiżjoni 2014/508/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 226, p. 23</REF.DOC.OJ>) u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 826/2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="226" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 226, p. 16</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>atti ta’ Lulju 2014<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn iż-żewġ atti, isem ir-rikorrent, Arkady Romanovich Rotenberg, ġie inkluż, rispettivament, fil-lista annessa mad-Deċiżjoni 2014/145 emendata u f’dik li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 269/2014 emendat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>listi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), għar-raġunijiet li ġejjin (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ewwel motivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.</P><P>Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Huwa kien iffavorit mill-persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-għoti ta’ kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ingħataw diversi kuntratti vantaġġużi ħafna għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta’ Sotchi.</P><P>Huwa azzjonist ewlieni ta’ Giprotransmost, kumpannija li rċeviet kuntratt ta’ akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta’ fattibbiltà tal-bini ta’ pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b’hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kunsill ippubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>, avviż għall-attenzjoni tal-persuni u entitajiet li kienu suġġetti għall-atti ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dan l-avviż kien jindika, b’mod partikolari, li l-persuni u entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li permezz tagħha isimhom kienu ġew inklużi fil-listi annessi mal-atti ta’ Lulju 2014, billi jehmżu magħha dokumenti ġustifikattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal‑4 u tas-17 ta’ Settembru u tat-<DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba quddiem il-Kunsill għal aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ ismu fil-listi inkwistjoni u talba għal eżami mill-ġdid ta’ din l-inklużjoni (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>talba għal eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kunsill wieġeb għat-talbiet tar-rikorrent imsemmija fil-punt 12 iktar ’il fuq. Huwa indika b’mod partikolari li t-talba għal eżami mill-ġdid kienet qed tiġi pproċessata u li r-rikorrent seta’ jkollu aċċess għal ċerti dokumenti, li kienu annessi mal-imsemmija ittra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kunsill ċaħad it-talba għal eżami mill-ġdid, ippermetta lir-rikorrent ikollu aċċess għal dokumenti oħra u nnotifikalu l-abbozz ta’ motivazzjoni li kellu l-intenzjoni jadotta għaż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu, filwaqt li ffissalu terminu sabiex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu. Dan l-abbozz ta’ motivazzjoni jgħid kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.</P><P>Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Il-livell tiegħu ta’ suċċess ekonomiku huwa attribwibbli għall-influwenza ta’ persuni ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet li jiffavorixxuh, b’mod partikolari fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</P><P>Huwa bbenefika mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma’ persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet peress li ngħata kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ngħataw b’mod notevoli diversi kuntratti li jħallu ħafna qligħ għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta’ Sotchi.</P><P>Huwa l-proprjetarju effettiv tal-kumpannija Volgomost, li, min-naħa tagħha, permezz tal-kumpannija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>MIK<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tikkontrolla l-kumpannija Giprotransmost. Giprotransmost irċeviet kuntratt ta’ akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta’ fattibbiltà tal-bini ta’ pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b’hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.</P><P>Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li notevolment implementat il-proġett <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>To the Children of Russia: Address – Crimea<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b’hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir-rikorrent issottometta l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill b’mod partikolari fir-rigward tal-imsemmi abbozz ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata u li ismu jinżamm fil-listi inkwistjoni, abbażi ta’ motivazzjoni ġdida emendata, li kienet tirrifletti l-osservazzjonijiet li dan tal-aħħar kien ressaqlu. Barra minn hekk il-Kunsill hemeż mal-ittra tiegħu dokumenti ġustifikattivi pubbliċi u stieden lir-rikorrent jesprimi l-fehmiet tiegħu, sa mhux iktar tard mis-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, dwar din il-motivazzjoni l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE>, permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/432, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 70, p. 47</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/427, li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 70, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>atti ta’ Marzu 2015<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), il-Kunsill estenda sal-15 ta’ Settembru l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi previsti mill-atti ta’ Lulju 2014 u emenda l-listi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara dawn l-emendi, isem ir-rikorrent inżamm fil-listi inkwistjoni bil-motivazzjoni li ġejja (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>tieni motivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Is-Sur Rotenberg ilu jaf għal żmien twil lill-President Putin u kien jipprattika l-judo miegħu.</P><P>Huwa stagħna matul it-tmexxija tal-President Putin. Il-livell tiegħu ta’ suċċess ekonomiku huwa attribwibbli għall-influwenza ta’ persuni ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet li jiffavorixxuh, b’mod partikolari fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</P><?PAGE NO="5"?><P>Huwa bbenefika mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma’ persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet peress li ngħata kuntratti importanti mill-Istat Russu jew minn intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpanniji tiegħu ngħataw b’mod notevoli diversi kuntratti li jħallu ħafna qligħ għat-tħejjijiet tal-Logħob Olimpiku ta’ Sotchi.</P><P>Huwa wkoll is-sid tal-kumpannija Stroygazmontazh li ngħatat kuntratt Statli għall-bini ta’ pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, li b’hekk tikkonsolida l-integrazzjoni tagħha mal-Federazzjoni Russa li b’hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.</P><P>Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li partikolarment implimentat il-proġett <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz – Krimea<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b’hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150314">14 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kunsill ippubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/273, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/432, u fir-Regolament Nru 269/2014, implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/427 (JO 2015, C 88, p. 3). Il-kontenut ta’ dan l-avviż kien jikkoinċidi, essenzjalment, ma’ dak tal-avviż imsemmi fil-punti 10 u 11 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’din l-istess data, il-Kunsill ippubblika t-tieni avviż għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti mir-Regolament Nru 269/2014, implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/427 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, C 88, p. 4</REF.DOC.OJ>), li permezz tiegħu huwa kien qed jinforma lill-imsemmija persuni dwar il-modalitajiet u l-għanijiet tal-ipproċessar tad-data personali li tikkonċernahom kif ukoll tal-possibbiltà li huma kellhom li jressqu talba quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD), konformement mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001218">18 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-atti ta’ Marzu 2015 ġew ikkomunikati lill-avukati li kienu qed jirrappreżentaw lir-rikorrent fil-kuntest ta’ din il-kawża permezz ta’ ittra tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20150316">16 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE>, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1524, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="157" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 239, p. 157</REF.DOC.OJ>), u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1514, li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 239, p. 30</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>atti ta’ Settembru 2015<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża mill-Kunsill sal-<DATE ISO="20160315">15 ta’ Marzu 2016</DATE>, mingħajr ma l-motivazzjoni dwar ir-rikorrent ġiet emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-atti ta’ Settembru 2015 ġew ikkomunikati lill-avukati li jirrappreżentaw lir-rikorrent fil-kuntest ta’ din il-kawża permezz ta’ ittra tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’din l-istess ġurnata, il-Kunsill ippubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> żewġ avviżi essenzjalment identiċi għal dawk imsemmija fil-punti 19 u 20 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/359, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 67, p. 37</REF.DOC.OJ>), u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/353, li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 67, p. 1</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>atti ta’ Marzu 2016<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni ġiet estiża mill-Kunsill tal-<DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, mingħajr ma l-motivazzjoni dwar ir-rikorrent ġiet emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-atti ta’ Marzu 2016 ġew ikkomunikati lill-avukati li jirrappreżentaw lir-rikorrent fil-kuntest ta’ din il-kawża permezz ta’ ittra tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160312">12 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-Kunsill ippubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> żewġ avviżi essenzjalment identiċi għal dawk imsemmija fil-punti 19 u 20 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20141010">10 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta rikors għall-annullament tal-atti ta’ Lulju 2014, sa fejn dawn jikkonċernawh. Dan ir-rikors ġie rreġistrat taħt ir-referenza T‑720/14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-risposta, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kunsill invoka b’mod partikolari l-inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors, minħabba <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, inkwantu jsostni li huwa għal kollox identiku għal rikors ieħor, irreġistrat taħt ir-referenza T‑717/14, li r-rikorrent kien ippreżenta fl-istess ġurnata li kien ippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-fażi tal-proċedura bil-miktub ingħalqet fl-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20150526">26 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrent talab sabiex ir-rikors jiġi adattat bil-għan li jinkludi wkoll l-annullament tal-atti ta’ Marzu 2015, sa fejn dawn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kunsill ifformula osservazzjonijiet dwar din it-talba permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>. F’din l-okkażjoni, huwa sostna li l-imsemmija nota kienet parzjalment inammissibbli, sa fejn ċerti motivi u argumenti invokati fir-rikors kontra l-atti ta’ Lulju 2014 ma kinux validi għat-talba għall-annullament tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151102">2 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrent talab sabiex jadatta r-rikors bil-għan li jinkludi wkoll l-annullament tal-atti ta’ Settembru 2015, sa fejn dawn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kunsill ifformula osservazzjonijiet dwar din it-talba permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>. F’din l-okkażjoni, tqajmet l-istess eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bħal dik esposta fil-punt 32 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20160324">24 ta’ Marzu 2016</DATE>, ir-rikorrent talab sabiex jadatta r-rikors bil-għan li jinkludi wkoll l-annullament tal-atti ta’ Marzu 2016, sa fejn dawn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill ifformula osservazzjonijiet dwar din it-talba permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20160511">11 ta’ Mejju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, għamlet mistoqsija bil-miktub lill-Kunsill u talbithu jipproduċi dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kunsill issodisfa din it-talba fit-terminu previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’din l-okkażjoni, il-Kunsill, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, reġa’ tenna l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu ibbażata fuq l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Kawża T‑717/14 kienet tħassret permezz ta’ digriet tal-President tad-Disa’ Awla<?PAGE NO="7"?> tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>, wara r-rinunzja tar-rikorrent, u l-ġurisprudenza invokata minn dan tal-aħħar (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Comitato <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Venezia vuole vivere<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑71/09 P, C‑73/09 P u C‑76/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:368">EU:C:2011:368</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-atti ta’ Lulju 2014, sa fejn dawn jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-atti ta’ Marzu 2015, ta’ Settembru 2015 u ta’ Marzu 2016 (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>atti l-oħra kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), sa fejn dawn jikkonċernaw;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-talbiet ta’ adattament tar-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, fil-każ ta’ annullament, iżżomm fis-seħħ l-effetti tad-Deċiżjoni 2016/359, fuq il-bażi tal-Artikolu 264 TFUE, sakemm isir effettiv l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/353.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi, ibbażati, l-ewwel nett, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, it-tieni nett, fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, it-tielet nett, fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tad-data personali, ir-raba’ nett, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u, il-ħames nett, fuq ksur mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjoni, tad-drittijiet fundamentali tiegħu, inkluż id-dritt ta’ proprjetà, id-dritt għal ħajja privata u tal-libertà ta’ intrapriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Jeħtieġ li tingħata deċiżjoni, inizjalment, dwar it-talba għal annullament tal-atti ta’ Lulju 2014 u, sussegwentement, dwar it-talbiet l-oħra tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal annullament tal-atti ta’ Lulju 2014</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni tal-inklużjoni ta’ ismu fil-listi annessi mal-atti ta’ Lulju 2014 hija vaga u mhux iddettaljata. B’hekk ma jkunx possibbli għalih li jifhem liema hu l-kriterju li abbażi tiegħu ġiet deċiża din l-inklużjoni. B’mod partikolari, il-Kunsill ma speċifikax jekk ir-rikorrent ġiex ikkunsidrat bħala persuna responsabbli minn azzjonijiet jew minn politika li tikkomprometti jew thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, bħala persuna assoċjata ma’ persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija jew bħala persuna li tipprovdi s-sostenn materjali jew finanzjarju attiv lir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea jew dwar id-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina jew bħala persuna li tikseb vantaġġ minn dawn ir-responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-Kunsill lanqas ma indika liema kienu dawn ir-responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u lanqas kif dawn kienu ffavorizzaw lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-obbligu li tingħata motivazzjoni għal att li jikkawża preġudizzju, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, għandu l-għan, minn naħa, li jagħti lill-persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti sabiex din tkun taf jekk l-att huwiex fondat jew jekk jistax ikun ivvizzjat b’difett li abbażi tiegħu tkun tista’ tiġi kkontestata l-validità tiegħu quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil din tal-aħħar teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità ta’ dan l-att. L-obbligu ta’ motivazzjoni, stabbilit b’dan il-mod, jikkostitwixxi prinċipju essenzjali tad-dritt tal-Unjoni li jista’ jiġi dderogat fil-każ ta’ kunsiderazzjonijiet imperattivi. Għaldaqstant, bħala regola ġenerali, il-motivazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata fl-istess ħin bħall-att li jikkawżalha preġudizzju, u l-assenza ta’ motivazzjoni ma tistax tiġi rregolarizzata bil-fatt li l-persuna kkonċernata tieħu konjizzjoni tal-motivi tal-att matul il-proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sakemm il-komunikazzjoni ta’ ċerti elementi ma tkunx prekluża minn kunsiderazzjonijiet imperattivi marbuta mas-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew mal-mod kif jitmexxew ir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, il-Kunsill huwa obbligat li jagħti lil persuna jew entità suġġetta għall-miżuri restrittivi r-raġunijiet speċifiċi u konkreti li minħabba fihom huwa jqis li dawn għandhom jiġu adottati. Għalhekk, huwa għandu jsemmi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi li minnhom tiddependi l-ġustifikazzjoni legali tal-miżuri kkonċernati u l-kunsiderazzjonijiet li wassluh sabiex jieħu dawn il-miżuri (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-motivazzjoni għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih jiġi adottat. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari skont il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex rikjest li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha, sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jiġi mmotivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata, li permezz tiegħu din il-persuna tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-motivazzjoni kkunsidrata fir-rigward tar-rikorrent fl-atti ta’ Lulju 2014 hija dik esposta fil-punt 9 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, minkejja li l-ewwel motivazzjoni ma tispeċifikax espliċitament liema huma, minn fost il-kriterji applikabbli, dawk li fuqhom il-Kunsill ibbaża ruħu sabiex jinkludi isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni, jirriżulta b’mod ċar biżżejjed mill-kliem ta’ din il-motivazzjoni li huwa għamel użu mill-kriterji li jirrigwardaw:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>persuni fiżiċi responsabbli għal, li jappoġġaw b’mod attiv jew li jimplimentaw, azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina, jew li jostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukraina, [il-]persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, jew [il‑]persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [kriterju previst fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata, fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 269/2014 emendat kif ukoll, essenzjalment, fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ewwel kriterju rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>];</P></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>persuni fiżiċi jew ġuridiċi[, entitajiet jew korpi] li jappoġġaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju minn, persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet, responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew id-destabilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [kriterju previst fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata, fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 269/2014 emendat kif ukoll, essenzjalment, l-Artikolu 1(1)(b) tad-Deċiżjoni 2014/145 emendata, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>tieni kriterju rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>];</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti, hekk kif isostni ġustament il-Kunsill, it-tielet paragrafu tal-ewwel motivazzjoni jikkostitwixxi applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, peress li jirreferi għar-rwol allegatament interpretat mir-rikorrent fi ħdan il-kumpannija Giprotransmost, li titqies li rebħet kuntratt pubbliku għat-twettiq tal-istudju ta’ fattibbiltà fir-rigward ta’ kostruzzjoni ta’ pont bejn ir-Russja u l-Krimea, u jispeċifika li l-kostruzzjoni ta’ dan il-pont tikkonsolida l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Din il-parti tal-ewwel motivazzjoni għaldaqstant tippermetti li wieħed jifhem li waħda mir-raġunijiet tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni tinsab fil-fatt li l-Kunsill qies li r-rikorrent, minħabba l-allegat rwol tiegħu ta’ azzjonist importanti tal-kumpannija Giprotransmost, kien jagħmel parti mill-persuni li jsostnu attivament jew li jimplementaw azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, bħalma josserva l-Kunsill, li t-tielet paragrafu tal-ewwel motivazzjoni jipprovdi raġunijiet preċiżi u konkreti għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent, sa fejn isemmi impriża speċifika u jirreferi għal kuntratt pubbliku speċifiku, li jirrigwarda proġett intiż li jikkontribwixxi sabiex jikkonsolida l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa, li jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kriterju rilevanti, mill-ewwel żewġ paragrafi tal-ewwel motivazzjoni jirriżulta li l-Kunsill qies li r-rikorrent kien jislet vantaġġ mir-relazzjonijiet personali tiegħu mal-President Putin, sa fejn, matul il-presidenza ta’ dan tal-aħħar, huwa seta’ jikseb kuntratti importanti mill-Istat Russu u minn impriżi pubbliċi Russi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-Logħob Olimpiku ta’ Sotchi (ir-Russja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li din il-parti tal-ewwel motivazzjoni ma tindikax liema huma d-deċiżjonijiet ikkonċernati u tiċċita biss l-eżempju tal-kuntratti relatati mal-Logħob Olimpiku, ir-riferiment espliċitu għall-President Putin u l-eżempju msemmi iktar ’il fuq jippermettu li jitqies li l-Kunsill ipprovda biżżejjed preċiżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-interpretazzjoni tal-ewwel motivazzjoni ppermettiet lir-rikorrent jifhem ir-raġunijiet għalfejn ismu kien ġie inkluż fil-listi inkwistjoni u peress li l-Qorti Ġenerali tinsab f’pożizzjoni li teżerċita l-kontroll tagħha fuq il-fondatezza ta’ din il-motivazzjoni, għandu jiġi konkluż li l-Kunsill issodisfa l-obbligu previst mill-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija motivazzjoni hijiex fondata ma taqax taħt l-evalwazzjoni ta’ dan il-motiv, iżda taħt dik tat-tieni motiv. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ att jikkostitwixxi rekwiżit proċedurali essenzjali li għandu jiġi distint mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni, li taqa’ taħt il-legalità tal-mertu tal-att kontenzjuż. Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ att tikkonsisti fl-espressjoni formali tal-motivi li fuqhom huwa bbażat dan l-att. Filwaqt li dawn il-motivazzjonijiet huma vvizzjati bi żbalji, huma jivvizzjaw il-legalità fuq il-mertu tal-imsemmi att, iżda mhux il-motivazzjoni tiegħu, li jista’ jkun suffiċjenti filwaqt li jesprimi motivazzjonijiet żbaljati (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud sa fejn jirrigwarda l-atti ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi qies li kienet teżisti bażi fattwali suffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata l-inklużjoni ta’ ismu fil-listi inkwistjoni b’applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni kriterji rilevanti. F’dan il-kuntest, huwa jfakkar li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-Kunsill u li dan ma jistax jibbaża ruħu fuq suppożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma stabbilixxiex, qabel l-adozzjoni tal-atti ta’ Lulju 2014, li kien azzjonist, jew saħansitra azzjonist maġġoritarju, ta’ Giprotransmost. Għalhekk, dan il-kriterju ma għandux japplika fil-konfront tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kriterju rilevanti, ir-rikorrent isostni li bl-ebda mod ma ġie pprovat li dan huwa assoċjat mir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u dwar l-annessjoni tal-Krimea u ta’ Sebastopol, li, barra minn hekk, fihom infushom, ma jaqgħux taħt il-miżuri restrittivi inkwistjoni. Ir-riferimenti magħmula mill-Kunsill għar-relazzjonijiet tiegħu mal-President Putin, mal-ġid tiegħu u mal-kuntratti pubbliċi li jidher li kiseb ma għandhomx jitqiesu li huma rilevanti, inkwantu ma ġiex stabbilit li dawn iċ-ċirkustanzi jippreżentaw rabta mal-ġrajjiet li taw lok għal-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-rikorrent jenfasizza li l-kuntratti li għalihom jirreferu l-atti ta’ Lulju 2014, b’mod partikolari dawk relatati mal-preparazzjoni tal-Logħob Olimpiku ta’ Sotchi, ġew konklużi numru ta’ snin qabel ma seħħew dawn il-ġrajjiet, fejn għalhekk kellu jkun impossibbli għall-impriżi li kisbu dawn il-kuntratti u għall-azzjonisti li jipprevedu li, bil-konklużjoni tagħhom, kienu jgħaddu mir-riskju li jiġu imposti fuqhom miżuri restrittivi b’reazzjoni ma’ sitwazzjoni nieqsa minn kull rabta mal-imsemmija kuntratti. Riżultat bħal dan ikun inkompatibbli b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Kunsill iwieġeb li l-ewwel motivazzjoni tibbaża ruħha fuq informazzjoni ta’ oriġini pubblika li diġà kienet fil-pussess tiegħu fil-mument tal-adozzjoni tal-atti ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti, il-Kunsill josserva li sorsi pubbliċi li jippermettu li jiġi stabbilit li, minkejja li r-rikorrent ma huwiex direttament azzjonist ta’ Giprotransmost, huwa jikkontrollaha permezz tal-kumpannija OAO Volgomost, li tagħha jidher li huwa l-proprjetarju effettiv. Fid-dawl tal-informazzjoni li tirriżulta minn dawn is-sorsi pubbliċi, ir-rikorrent ma jistax jiċħad l-istatus tiegħu bħala proprjetarju effettiv ta’ Volgomost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kriterju rilevanti, il-Kunsill isostni li huwa ma jirrikjedix li l-persuni indikati jiksbu personalment vantaġġ mis-sitwazzjoni tal-Ukraina u mill-annessjoni tal-Krimea jew ta’ Sebastopol. Fil-fatt, jeħtieġ sempliċement li huma jiksbu vantaġġ mir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar dawn is-sitwazzjonijiet. Skont il-Kunsill, li kieku kellu jkun mod ieħor, dan it-tieni kriterju ma jkunx wisq differenti mill-ewwel kriterju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sitwazzjoni politika u ekonomika prevalenti fir-Russja tippermetti li jiġi kkunsidrat li s-suċċess ekonomiku tar-rikorrent, b’mod partikolari dovut għall-kisba ta’ bosta kuntratti pubbliċi li fir-rigward tagħhom huwa ma jiċħadx li kiseb vantaġġ, turi li huwa kiseb vantaġġ mir-reġim u mir-responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u mill-annessjoni tal-Krimea u ta’ Sebastopol. Dawn ir-responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jinkludu evidentement lill-President Putin, li r-rikorrent ma jiċħadx li ilu jaf ħafna żmien, u uffiċjali għolja oħra Russi. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-President Putin u dawn l-uffiċjali għolja ma jaqgħux taħt il-miżuri restrittivi ma jaffettwax il-fondatezza tal-adozzjoni ta’ tali miżuri fir-rigward tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrent dwar in-nuqqas ta’ ċertezza legali, il-Kunsill isostni li din hija kwistjoni nieqsa minn rilevanza. L-element deċiżiv għandu jkun li l-attribuzzjoni tal-kuntratti msemmija fl-atti ta’ Lulju 2014, li kienu vantaġġużi ħafna għar-rikorrent, ma kinitx tista’ sseħħ mingħajr il-permess tal-uffiċjali għolja tal-Gvern Russu. Issa, dawn huma responsabbli mis-sitwazzjoni<?PAGE NO="11"?> fl-Ukraina u mill-annessjoni tal-Krimea u ta’ Sebastopol, jew minħabba r-responsabbiltà ġenerali tagħhom, jew minħabba deċiżjonijiet speċifiċi li huma ħadu f’dan il-kuntest. Ebda rabta <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ma hija neċessarja bejn il-vantaġġi miksuba mir-rikorrent u dawn il-ġrajjiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidher li l-kuntratt pubbliku miksub minn Giprotransmost jirrappreżenta wkoll eżempju ieħor ta’ kuntratti li fuqhom il-Kunsill ibbaża ruħu meta applika t-tieni kriterju rilevanti fir-rigward tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, f’dak li jirrigwarda r-regoli ġenerali li jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ miżuri restrittivi, il-Kunsill għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji abbażi tal-Artikolu 215 TFUE, konformement ma’ deċiżjoni adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE, b’mod partikolari l-Artikolu 29 TUE. Peress li l-Qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tal-provi, l-fatti u ċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ tali miżuri b’dik tal-Kunsill, l-istħarriġ hija teżerċita għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli ta’ proċedura u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti, kif ukoll tan-nuqqas ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti u ta’ użu ħażin ta’ poter. Dan il-kontroll ristrett japplika, b’mod partikolari, għall-evalwazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ta’ opportunità li fuqhom huma bbażati tali miżuri (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm il-Kunsill għaldaqstant għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-kriterji ġenerali li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġu adottati miżuri restrittivi, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li, għall-istħarriġ tal-legalità tal-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li isem ta’ persuna jiġi inkluż jew jinżamm f’lista ta’ persuni li huma suġġetti għal miżuri restrittivi, il-qorti tal-Unjoni għandha tiżgura ruħha li din id-deċiżjoni, li għandha portata individwali għal din il-persuna, tkun tistrieħ fuq bażi fattwali u solida biżżejjed. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tal-verosimiljanzja b’mod astratt tal-motivi invokati, iżda jkun jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas wieħed minnhom jitqies suffiċjenti fih innifsu sabiex jissostanzja din l-istess deċiżjoni, humiex issostanzjati b’mod suffiċjentement preċiż u konkret (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Anbouba vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:248">EU:C:2015:248</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151026">26 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Portnov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑290/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:806">EU:T:2015:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Hija l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li għandha, f’każ ta’ kontestazzjoni, tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuna kkonċernata, u ma huwiex kompitu ta’ din tal-aħħar li tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza tal-imsemmija motivi (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0128">128</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan il-każ, isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-listi inkwistjoni b’applikazzjoni tal-ewwel u t-tieni kriterji rilevanti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikazzjoni tal-ewwel kriterju rilevanti fil-konfront tar-rikorrent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti, għandu jiġi osservat li dan jimplika li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta, diretta jew indiretta, bejn l-attivitajiet jew l-azzjonijiet tal-persuna jew tal-entità msemmija u s-sitwazzjoni fl-Ukraina li tat lok għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni. Fi kliem ieħor, dawn il-persuni jew dawn l-entitajiet għandhom, minħabba l-aġir tagħhom, ikunu saru responsabbli minn azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni kkunsidrata fir-rigward tar-rikorrent marbuta mal-ewwel kriterju rilevanti jirrigwarda l-fatt li huwa ġie kkunsidrat bħala azzjonist importanti, jew saħansitra l-azzjonist maġġoritarju, ta’ Giprotransmost, li ġie attribwit it-twettiq ta’ studju ta’ fattibbiltà relatata mal-kostruzzjoni ta’ pont bejn ir-Russja u l-Krimea. Skont il-Kunsill, l-attribuzzjoni nnifisha ta’ dan il-kuntratt jippermetti li jiġi konkluż li r-rikorrent isostni jew jimplementa azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikorrent, huwa jikkontesta l-allegazzjoni li huwa azzjonist, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> li huwa l-azzjonist maġġoritarju ta’ Giprotransmost, li miegħu ma għandu l-ebda rabta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-Kunsill lanqas jipprova juri li huwa kellu fil-pussess tiegħu provi li jippermettu li jiġi stabbilit li r-rikorrent innifsu kien azzjonist, jew saħansitra azzjonist maġġoritarju, ta’ Giprotransmost, hekk kif ġie indikat fl-ewwel motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara kontestazzjonijiet min-naħa tar-rikorrent, esposti fl-ittri tiegħu msemmija fil-punt 12 iktar ’il fuq, dwar il-kwalità tiegħu bħala azzjonist ta’ Giprotransmost, il-Kunsill espona spjegazzjoni differenti, li kienet tikkonsisti f’li jsostni li r-rikorrent kien jikkontrolla l-imsemmija kumpannija permezz tal-kumpannija parent tiegħu, Volgomost, li tagħha tqies li kien il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>proprjetarju effettiv<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, hekk kif jirriżulta minn artiklu tal-istampa, iċċitat mill-Kunsill, li jgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Skont ir-rapport Interfax, l-azzjonista maġġoritarja ta’ OAO Giprotransmost hija OOO MIK, li hija kollha kemm hi miżmuma minn OAO Volgomost. Min-naħa tagħha OAO Volgomost hija miżmuma b’mod maġġoritarju minn ħames kumpanniji Ċiprijotti: Tevaryso Trading Limited (19.91 %), Eltores Investments Ltd (19.91 %), Chrysanthemum Services Limited (19.69 %), Sormenia Investments Ltd (19.63 %) u E.C.C.P. Investments Limited (14.57 %). L-imprenditur, Arkady Rotenberg, issemma fl-istampa bħala l-proprjetarju effettiv ta’ Volgomost. Skont l-informazzjoni tal-Kommersant newspaper, huwa l-proprjetarju effettiv ta’ Volgomost.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li dan l-artiklu sempliċement jagħmel riferiment għal artikli oħra, li fir-rigward tagħhom ma hi pprovduta ebda preċiżazzjoni, li minnhom jirriżulta li r-rikorrent huwa l-proprjetarju effettiv ta’ Volgomost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, prova indiretta bħal din ma tistax tkun suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-Kunsill ittrasferixxa l-oneru tal-prova li taqa’ fuqu konformement mal-ġurisprudenza (ara l-punt 72 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jitfakkar li l-Kunsill, fl-ittra tad-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> imsemmija fil-punt 14 iktar ’il fuq, isostni li xtaq ibiddel il-parti tal-ewwel motivazzjoni dwar Giprotransmost, bil-kliem li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[Ir-rikorrent huwa] l-proprjetarju effettiv tal-kumpannija Volgomost, li, min-naħa tagħha, permezz tal-kumpannija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>MIK<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> tikkontrolla l-kumpannija Giprotransmost. Giprotransmost irċeviet kuntratt ta’ akkwist pubbliku minn kumpannija proprjetà tal-Istat Russu biex tagħmel l-istudju ta’ fattibbiltà tal-bini ta’ pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, u għalhekk ġiet ikkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa, li b’hekk idgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukraina.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-ittra tiegħu tal-<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE> imsemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq, ir-rikorrent ikkontesta l-fatt li din l-emenda kienet korretta u ssostanzjata permezz ta’ provi suffiċjenti. Huwa sostna li huwa ma kellux rabta ma’ Volgomost u li l-artikli tal-istampa li fuqhom ibbaża lilu nnifsu l-Kunsill kienu jsemmu biss għajdut f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Ikkonfrontat b’dawn l-oġġezzjonijiet, il-Kunsill, fl-ittra tiegħu tat-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE> imsemmija fil-punt 16 iktar ’il fuq, semma motivazzjoni ġdida, li ma tagħmilx riferiment għar-rwol tar-rikorrent f’Volgomost jew f’Giprotransmost, iżda għal kumpannija ġdida, jiġifieri Stroygazmontazh. Hija din il-motivazzjoni li finalment ittieħdet inkunsiderazzjoni sa mill-atti ta’ Marzu 2015 (ara l-punt 18 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-aġir stess tal-Kunsill jikkonferma li huwa ma kellux provi suffiċjenti tal-fatt li r-rikorrent kien jikkontrolla Giprotransmost, fil-mument tal-adozzjoni tal-atti ta’ Lulju 2014. F’dan ir-rigward, hemm ċertament lok li jiġi osservat li, hekk kif irrimarka l-Kunsill waqt is-seduta, l-ewwel u t-tieni motivazzjonijiet ma jikkontradixxux lil xulxin, minkejja li jirreferu għal żewġ kumpanniji differenti. Fil-fatt, Giprotransmost ġiet inkarigata minn studju ta’ fattibbiltà fir-rigward tal-bini tal-pont inkwistjoni, filwaqt li Stroygazmontazh ġiet inkarigata mill-bini tiegħu. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din ir-rimarka tal-Kunsill bl-ebda mod ma tippermetti li jiġi pprovat li r-rikorrent kien jikkontrolla Giprotransmost.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed inkwistjoni bl-argument li l-Kunsill jislet mill-fatt li, fir-rikors relatat mal-Kawża T‑717/14 (ara l-punt 29 iktar ’il fuq), ir-rikorrent ma kienx ikkontesta n-natura veritiera tar-rwol tiegħu fi ħdan Giprotransmost, hekk kif indikat fl-atti ta’ Lulju 2014, iżda llimita lilu nnifsu sabiex jinvoka l-assenza ta’ rilevanza ta’ dan ir-rwol. Fil-fatt, mingħajr ma jkollu jiddeċiedi dwar il-portata eżatta tal-kliem tar-rikorrent fl-imsemmi rikors, li ma tagħmilx parti mill-fajl ta’ din il-kawża, huwa evidenti li l-Kunsill ma kellux dan id-dokument għad-dispożizzjoni tiegħu meta adotta l-atti ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għalhekk, għandhom jintlaqgħu l-argumenti tar-rikorrent intiżi sabiex jikkontestaw il-fondatezza tal-motivazzjoni kkunsidrata fir-rigward tal-atti ta’ Lulju 2014 fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikazzjoni lir-rikorrent tat-tieni kriterju rilevanti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kriterju rilevanti, għandu jiġi osservat li dan ma jirrikjedix li l-persuni jew entitajiet ikkonċernati jiksbu vantaġġ personali mill-annessjoni tal-Krimea jew mid-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina. Jeħtieġ sempliċement, hekk kif josserva l-Kunsill, li huma jiksbu vantaġġ minn wieħed mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> responsabbli minn dawn il-ġrajjiet, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi stabbilita rabta bejn il-vantaġġi li minnhom jibbenefikaw il-persuni indikati u l-annessjoni tal-Krimea jew id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fil-fatt, li kieku kellu jkun meħtieġ, sabiex jiġi applikat dan il-kriterju, li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ tali rabta, ma jkunx hemm iktar interess fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti, li jirrikjedi rabta bejn l-azzjonijiet imwettqa mill-persuni indikati u s-sitwazzjoni li seħħet fl-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, Il-Kunsill ikkunsidra b’mod żbaljat li seta’ japplika t-tieni kriterju rilevanti għar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li l-interpretazzjoni tal-ewwel motivazzjoni tippermetti li jiġi identifikat biss il-President Putin bħala responsabbli Russu għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li minnu r-rikorrent huwa meqjus li qed jislet vantaġġ. Ir-riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, mingħajr preċiżazzjonijiet oħra, huwa affermazzjoni vaga wisq, li ma huwiex biżżejjed sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrent fil-listi inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Al Assad vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:113">EU:T:2014:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>It-tieni nett, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, huwa neċessarju, sabiex ikun jista’ jiġi applikat it-tieni kriterju rilevanti, li r-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li minnhom joriġinaw il-vantaġġi li minnhom jibbenefikaw il-persuni indikati jkunu diġà minn tal-inqas bdew il-preparazzjoni tal-annessjoni tal-Krimea jew tad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina. Huwa meta<?PAGE NO="14"?> din il-kundizzjoni tiġi sodisfatta li għandu jitqies li l-benefiċjarji tal-imsemmija vantaġġi ma jistgħux jinjoraw l-involviment ta’ dawn ir-responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’din il-preparazzjoni u jistgħu jassumu li r-riżorsi tagħhom, miksuba mill-inqas parzjalment permezz tal-imsemmija vantaġġi, jaqgħu taħt il-miżuri restrittivi, bil-għan li jiġi prekluż li jagħtu sostenn lir-responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm it-tieni kriterju seta’ jiġi applikat anki meta l-kundizzjoni msemmija iktar ’il fuq ma tiġix sodisfatta, ikun qed jiġi ppreġudikat il-prinċipju ta’ ċertezza legali, hekk kif isostni r-rikorrent. Fuq dan il-punt, għandu jiġi osservat li l-miżuri restrittivi inkwistjoni jikkostitwixxu reazzjoni għall-politiki u għall-attivitajiet tal-awtoritajiet Russi li jirrigwardaw speċifikament lill-Ukraina, u mhux għall-aġir ta’ dawn l-awtoritajiet b’mod ġenerali. Issa, l-imsemmija politiki u attivitajiet ġew implementati minn tmiem Frar 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kunsill jaċċetta li l-kuntratti mal-Istat Russu jew ma’ impriżi pubbliċi Russi li minnhom ibbenefika r-rikorrent, skont l-artikli tal-istampa invokati mill-Kunsill, jirrigwardaw perijodu preċedenti għal dak li matulu responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari l-President Putin, beda jhedded lill-Ukraina. Dawn il-kuntratti jirrigwardaw b’mod partikolari l-preparazzjoni tal-Logħob Olimpiku ta’ Sotchi, li seħħ matul ix-xitwa tal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Jekk jitqies li jista’ jiġi kkunsidrat li s-sitwazzjoni fir-Russja hija tali li attivitajiet ekonomiċi tad-daqs ta’ dawk imwettqa mir-rikorrent ma humiex possibbli mingħajr il-permess tal-President tal-imsemmi pajjiż, kif inhu l-każ, skont il-ġurisprudenza, fil-Belorussja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ternavsky vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑163/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:271">EU:T:2015:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), f’dan il-każ, il-Kunsill ma pprovax li r-rikorrent kien ġie ffavorizzat mill-President Putin fil-mument meta dan tal-aħħar ta bidu għall-azzjonijiet li jirrigwardaw lill-Ukraina u li għalihom saret reazzjoni permezz tal-miżuri restrittivi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, hekk kif jirriżulta mill-punti 74 sa 85 iktar ’il fuq fir-rigward tal-ewwel kriterju rilevanti, il-Kunsill ma pprovax l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-rikorrent u Giprotransmost, minkejja li, kuntrarjament għal dak li jallega, ma jistax jinvoka l-kuntratt miksub minn din il-kumpannija bħala eżempju tal-vantaġġi miksuba mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, dan il-motiv għandu jiġi milqugħ fir-rigward tal-atti ta’ Lulju 2014 u dawn tal-aħħar għandhom jiġu annullati, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġu eżaminati la l-argumenti l-oħra li r-rikorrent invoka f’dan il-kuntest u lanqas il-motivi l-oħra tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament tal-atti l-oħra kkontestati</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20150526">26 ta’ Mejju 2015</DATE>, kif ukoll fl-<DATE ISO="20160324">24 ta’ Marzu 2016</DATE>, ir-rikorrent talab sabiex jadatta r-rikors sabiex jinkludi wkoll l-annullament tal-atti kkontestati l-oħra, sa fejn dawn jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Meta adatta r-rikors sabiex jinkludi wkoll l-atti ta’ Marzu 2015, ir-rikorrent żamm il-ħames motivi li huwa kien invoka kontra l-atti ta’ Lulju 2014, filwaqt li pprovda argumenti supplimentari li kienu jirrigwardaw b’mod partikolari l-fatt li l-Kunsill kien maż-żmien ikkunsidra raġunijiet parzjalment differenti fir-rigward tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Peress li l-atti ta’ Settembru 2015 u ta’ Marzu 2016 kienu sempliċement estendew l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, mingħajr ma emendaw it-tieni motivazzjoni dwar ir-rikorrent, dan tal-aħħar, fit-tieni u t-tielet talbiet għal adattament tar-rikors, ma qajjimx argumenti ġodda, iżda llimita lilu nnifsu sabiex iżomm dawk invokati preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Il-Kunsill ma jopponix l-ammissibbiltà ta’ dawn it-talbiet fihom infushom, iżda jsostni li ċerti motivi jew argumenti invokati fir-rikors kontra l-atti ta’ Lulju 2014 ma jistgħux jiġu trasposti għall-atti l-oħra kkontestati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-atti l-oħra kkontestati, flimkien mal-atti ta’ Lulju 2014, jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn dawn jirrigwardawh. B’mod partikolari, ma huwiex possibbli għalih li jifhem liema huma l-kriterji li l-Kunsill applika sabiex jiġġustifika ż-żamma tiegħu fil-listi inkwistjoni, u lanqas għalfejn ġie ffavorizzat u minn min.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>It-tieni motivazzjoni kkunsidrata mill-Kunsill fir-rigward tar-rikorrent ġiet riprodotta fil-punt 18 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-ewwel tliet paragrafi tiegħu jikkorrispondu, essenzjalment, għall-ewwel żewġ paragrafi tal-ewwel motivazzjoni, minkejja li l-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 55 sa 57 iktar ’il fuq huma applikabbli b’analoġija sabiex jiġu miċħuda l-argumenti tar-rikorrent fir-rigward ta’ dawn il-paragrafi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Ir-raba’ u l-ħames paragrafi tat-tieni motivazzjoni jidentifikaw, fir-rigward tagħhom, elementi iktar speċifiċi u konkreti, marbuta mal-funzjonijiet eżerċitati mir-rikorrent fi ħdan il-kumpannija Stroygazmontazh u tad-dar ta’ pubblikazzjoni Prosvescheniye.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-fondatezza ta’ dawn l-aħħar żewġ paragrafi, għandu jiġi osservat li dawn jiddefinixxu b’mod preċiż ir-rwol tar-rikorrent bħala proprjetarju ta’ Stroygazmontazh u president tal-bord tad-diretturi ta’ Prosvescheniye. Barra minn hekk, għal kull waħda minn dawn il-kumpanniji, huwa indikat li dawn iwettqu attivitajiet li jistgħu faċilment jiġu assoċjati mal-ewwel kriterju rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ Stroygazmontazh, huwa inkwistjoni l-fatt li din tal-aħħar rebħet kuntratt pubbliku bil-għan tal-kostruzzjoni ta’ pont bejn ir-Russja u r-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, fejn b’hekk tiġi kkonsolidata l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ Prosvescheniye, hija inkwistjoni l-implementazzjoni tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>To the Children of Russia: Address – Crimea<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi intiża sabiex tipperswadi lit-tfal tal-Krimea li huma ċittadini Russi u li ssostni għalhekk il-politika tal-Gvern Russu intiż sabiex il-Krimea tiġi integrata fir-Russja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Motivazzjoni bħal din tippermetti li jiġi mifhum li r-rikorrent, fid-dawl tar-rwol tiegħu f’kull waħda minn dawn il-kumpanniji, isostni r-responsabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom, li huma meqjusa mill-Kunsill li jaqgħu taħt l-azzjonijiet ikklassifikati fl-ewwel kriterju rilevanti, jiġifieri dawk li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-interpretazzjoni tal-motivazzjoni tal-atti kkontestati l-oħra ppermettiet lir-rikorrent jifhem li ismu kien inżamm fil-listi inkwistjoni minħabba l-funzjonijiet tiegħu fi ħdan il-kumpanniji msemmija iktar ’il fuq u minħabba l-attivitajiet tagħhom, liema fatt huwa kkonfermat bil-fatt li, fil-kuntest tat-tieni motiv, huwa jikkontesta preċiżament il-fondatezza tar-raġunament segwit mill-Kunsill f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, peress li r-raġunijiet tal-għażla tal-Kunsill ġew indikati b’mod ċar f’dawn l-atti, il-Qorti Ġenerali tinsab f’pożizzjoni li tevalwa l-fondatezza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 58 iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi konkluż li l-motivazzjoni tal-atti l-oħra kkontestati hija suffiċjenti u li l-fondatezza tagħha għandha tiġi evalwata fil-kuntest tal-eżami tat-tieni motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-parti tat-tieni motivazzjoni li kienet tinsab, essenzjalment, diġà fl-ewwel waħda, ir-rikorrent jinvoka argumenti li jikkorrispondu għal dawk invokati fir-rikors u fir-replika fir-rigward tal-atti ta’ Lulju 2014 (ara l-punt 63 iktar ’il fuq), filwaqt li jippreċiża li l-kumpanniji ma bbenefikaw minn ebda favoritiżmi u filwaqt li jikkontesta l-fatt li l-Kunsill jista’ jirrikorri għal preżunzjoni li negozjant ta’ suċċess fir-Russja jista’, minħabba dan is-sempliċi fatt, jitqies li qed jislet vantaġġ mir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-annessjoni tal-Krimea jew tad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ paragrafu tat-tieni motivazzjoni, ir-rikorrent isostni li l-fatt li jinsab fil-pussess ta’ Stroygazmontazh ma jfissirx li huwa responsabbli minn azzjonijiet li jqiegħdu fil-perikolu l-integrità territorjali tal-Ukraina jew li jsostni tali azzjonijiet, ġaladarba l-proġett, fdat lil din il-kumpannija, li jinbena pont bejn ir-Russja u l-Krimea, kien intiż sew qabel l-annessjoni tagħha u ma ġiex deċiż mill-istess persuni li huma responsabbli minn din l-annessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rwol tiegħu fi ħdan id-dar tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, imsemmi fil-ħames paragrafu tat-tieni motivazzjoni, ir-rikorrent jikkontesta l-fatt li l-attivitajiet tiegħu jkunu marbuta mal-integrazzjoni tal-Krimea fir-Russja u jsostni ma jistax jitqies bħala responsabbli mill-kontenut tal-pubblikazzjoni msemmija mill-Kunsill, b’mod partikolari fid-dawl tal-eluf ta’ pubblikazzjonijiet żgurati mill-imsemmija dar tal-pubblikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-ewwel tliet paragrafi tat-tieni motivazzjoni, il-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 87 sa 94 iktar ’il fuq huma applikabbli, fejn għandu jiġi konkluż li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ddeċieda li isem ir-rikorrent seta’ jinżamm fil-listi inkwistjoni abbażi tar-raġunijiet esposti fl-imsemmija paragrafi, b’applikazzjoni tat-tieni kriterju rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fid-dawl tan-natura preventiva tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, jekk, fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, il-qorti tal-Unjoni tqis li, mill-inqas, waħda mir-raġunijiet ikkunsidrati mill-Kunsill fir-rigward ta’ persuna msemmija minn dawn il-miżuri hija suffiċjentement preċiża u konkreta, li hija ssostanzjata u li tikkostitwixxi fiha nnifisha bażi suffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata l-adozzjoni jew iż-żamma fis-seħħ tagħhom, il-fatt li raġunijiet oħra ma jkunux tali ma għandux jiġġustifika l-annullament tal-atti li jinkludu dawn il-miżuri (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ternavsky vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑163/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:271">EU:T:2015:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk ir-raba’ jew il-ħames paragrafi tat-tieni motivazzjoni jistriħux fuq provi suffiċjenti u għaldaqstant jekk jippermettux li jiġi ġġustifikat li, b’applikazzjoni tal-ewwel jew tat-tieni kriterju rilevanti, isem ir-rikorrent inżamm fil-listi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Bħala tfakkira, ir-raba’ paragrafu tat-tieni motivazzjoni għandu jinqara’ kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[Ir-rikorrent huwa] wkoll is-sid tal-kumpannija Stroygazmontazh li ngħatat kuntratt Statli għall-bini ta’ pont mir-Russja għar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea annessa illegalment, li b’hekk tikkonsolida l-integrazzjoni tagħha mal-Federazzjoni Russa li b’hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Hekk kif jesponi l-Kunsill, ir-rikorrent ma jikkontestax l-eżattezza tal-elementi fattwali msemmija f’dan il-paragrafu. Huwa lanqas ma jiċħad li huwa l-proprjetarju ta’ Stroygazmontazh u lanqas li din il-kumpannija ngħatat kuntratt pubbliku għall-bini ta’ pont bejn ir-Russja u l-Krimea. Fi kwalunkwe każ, il-provi prodotti mill-Kunsill, li huma preċedenti għall-adozzjoni tal-atti ta’ Marzu 2015, jissostanzjaw dawn il-konstatazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrent jikkontesta l-konklużjoni li tinsab fir-raba’ paragrafu tat-tieni motivazzjoni, li l-bini tal-pont inkwistjoni jikkonsolida l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa u b’hekk jipperikola ulterjorment l-integrità territorjali tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, hekk kif jirrimarka l-Kunsill, huwa attwalment impossibbli li jkun hemm konnessjoni diretta mill-art lejn il-Krimea mir-Russja, filwaqt li l-pont għandu jippermetti dan l-aċċess dirett u b’hekk għandu jiffaċilita l-iskambji bejn ir-Russja u l-Krimea, mhux biss fil-qasam tal-beni u tas-servizzi, iżda wkoll mill-perspettiva militari. Għalhekk il-Kunsill ġustament seta’ jqis li, fid-dawl tal-iżvilupp politiku u militari fir-reġjun, li ġie mmarkat bl-azzjonijiet tar-Russja li wasslu għaż-żamma ta’ allegat referendum dwar l-istatus tal-Krimea, u sussegwentement għar-rikonoxximent mir-Russja tar-riżultati ta’ dan ir-referendum u l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-bini tal-pont inkwistjoni għandu jikkonsolida l-integrazzjoni tal-Krimea fir-Russja, fejn tiġi pperikolata ulterjorment l-integrità territorjali tal-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Il-kuntest li jirriżulta minn dawn l-azzjonijiet adottati mir-Russja jikkostitwixxi bidla maġġuri li tikkonferixxi implikazzjonijiet għal kollox ġodda fuq il-bini tal-pont inkwistjoni. B’hekk, huwa nieqes minn kull rilevanza l-argument tar-rikorrent li l-bini tal-pont bejn ir-Russja u l-Krimea kien diġà intiż preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-raba’ paragrafu tat-tieni motivazzjoni jikkostitwixxi applikazzjoni korretta tal-ewwel kriterju rilevanti fir-rigward tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Minkejja li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 116 iktar ’il fuq, il-fondatezza ta’ wieħed mill-motivi kkunsidrati mill-Kunsill hija suffiċjenti sabiex tiġi ġġustifikata ż-żamma tar-rikorrent fil-listi inkwistjoni, għandhom jiġu eżaminati, ulterjorment, ukoll l-argumenti ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tar-raġuni msemmija fil-ħames paragrafu tat-tieni motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Dan il-paragrafu għandu jinqara kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[Ir-rikorrent huwa] l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li partikolarment implimentat il-proġett <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz – Krimea<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b’hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ma jikkontestax il-fatt li huwa l-president ta’ din id-dar tal-pubblikazzjoni, iżda jsostni, minn naħa, li l-attivitajiet tagħha ma jwasslux għall-kunsiderazzjoni li huwa jsostni l-integrazzjoni tal-Krimea fir-Russja u, min-naħa l-oħra, li huwa ma kellu ebda rwol f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel nett, għandu jiġi osservat li, hekk kif irrimarka ġustament il-Kunsill, l-eżistenza ta’ dan il-proġett u tal-portata wiesgħa tiegħu, li wassal għall-produzzjoni ta’ iktar minn 2.5 miljun ktieb, huma murija minn numru ta’ dokumenti ta’ natura pubblika, provenjenti b’mod partikolari mis-sit internet tal-Kunsill Pubbliku tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u tax-Xjenzi tal-allegat gvern tal-Krimea u anki mis-sit internet innifsu ta’ Prosvescheniye, kif ukoll minn dikjarazzjoni tal-kumpannija ta’ relazzjonijiet pubbliċi AGT Communications, li pparteċipat fil-kampanja inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Kunsill kellu dawn id-dokumenti fil-pussess tiegħu qabel ma adotta l-atti ta’ Marzu 2015, hekk kif jirriżulta mill-ittra tad-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE> (ara l-punt 14 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Il-proġett inkwistjoni, hekk kif juri t-titolu stess tiegħu (To the Children of Russia: Address – Crimea), jikkonsisti f’kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi intiża sabiex tipperswadi lit-tfal tal-Krimea li huma ċittadini Russi li jgħixu r-Russja. Għaldaqstant din il-kampanja ssostni l-politika tal-Gvern Russu intiża sabiex il-Krimea tiġi integrata fir-Russja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mid-dokumenti prodotti mill-Kunsill jirriżulta li, skont il-Ministeru tal-Edukazzjoni u tax-Xjenzi msemmi iktar ’il fuq il-proġett inkwistjoni ġie stabbilit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>wara li ngħataw ordnijiet mill-President tar-Russja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>fil-kuntest tal-allinjament tal-Krimea u ta’ Sebastopol mar-regoli skolastiċi Russi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Barra minn hekk, il-Kunsill straħ fuq dokument tal-kumpannija ta’ relazzjonijiet pubbliċi AGT Communications, li pparteċipat fil-kampanja inkwistjoni, fejn jirriżulta li l-manwali prodotti minn Prosvescheniye kienu ġew ipprovduti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fil-kuntest tal-allinjament tas-sistema skolastika tal-Krimea man-normi Russi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u li l-kampanja kienet tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kompetizzjonijiet ta’ tpinġija għat-tfal bit-tema <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Aħna ngħixu fir-Russja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel argument tar-rikorrent għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi osservat li r-rikorrent, fil-kapaċità tiegħu bħala president tal-bord tad-diretturi ta’ Prosvescheniye, ma setax raġonevolment jinjora l-linja editorjali tal-pubblikazzjonijiet tad-dar tal-pubblikazzjonijiet li huwa kien imexxi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li s-setgħa ta’ influwenza u r-responsabbiltà li huma mistennija li jirriżultaw minn tali funzjoni jinvolvu neċessarjament parteċipazzjoni tar-rikorrent fil-kampanja mmexxija minn din il-kumpannija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Bamba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, il-Kunsill seta’ ġustament iqis li r-rikorrent kien jissodisfa l-ewwel kriterju rilevanti f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni argument tar-rikorrent għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Konsegwentement il-ħames paragrafu tat-tieni motivazzjoni ukoll jikkostitwixxi applikazzjoni korretta tal-ewwel kriterju rilevanti għas-sitwazzjoni tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li t-tieni motiv ma huwiex fondat fir-rigward tar-raba’ u tal-ħames paragrafi tat-tieni motivazzjoni, filwaqt li huwa fondat fir-rigward tal-ewwel tliet paragrafi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 116 iktar ’il fuq, dan il-motiv ma jippermettix lir-rikorrent jikseb l-annullament tal-atti kkontestati l-oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li l-pubblikazzjoni mill-Kunsill ta’ allegazzjonijiet mhux dettaljati, mhux fondati u ineżatti, li jippreġudikaw serjament ir-reputazzjoni tiegħu, li jikkonstataw l-involviment tiegħu f’każijiet ta’ korruzzjoni u ta’ aġir kriminali, jikser il-prinċipji fil-qasam ta’ protezzjoni tad-data personali, hekk kif stabbiliti b’mod partikolari fir-Regolament Nru 45/2001. Huwa jippreċiża li l-motivazzjonijiet ġodda kkunsidrati kontrih jinvolvu aġir kriminali min-naħa tiegħu, minkejja li l-Kunsill ma użax il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>korruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>aġir kriminali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Minbarra li jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent fuq il-mertu, il-Kunsill iżid li d-data allegatament ineżatta dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrent f’Giprotransmost ġiet eliminata permezz tal-adozzjoni tal-atti ta’ Marzu 2015. Peress li r-rikorrent ma spjegax kif l-argument tiegħu dwar din il-kumpannija jista jiġi traspost għall-motivazzjonijiet il-ġodda, dan il-motiv huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jintlaqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrent ma jispjegax kif l-argument tiegħu dwar Giprotransmost huwa applikabbli għall-atti kkontestati l-oħra, li ma jsemmux din il-kumpannija. Għalhekk, iċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura, li jikkoinċidu, essenzjalment, ma’ dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, ma humiex sodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, taħt piena ta’ inammissibbiltà, il-motivi u argumenti invokati insostenn ta’ talba għal adattament tar-rikors għandhom jiġu esposti fi ħdan din it-talba b’mod suffiċjentement ċar u preċiż, sabiex il-konvenut ikun jista’ jipprepara d-difiża tiegħu u l-Qorti Ġenerali tkun tista’ tagħti deċiżjoni dwarha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Versalis vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑511/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:386">EU:C:2013:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Anbouba vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑592/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:427">EU:T:2013:427</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>It-tieni nett, u fi kwalunkwe każ, dan il-motiv huwa ineffettiv. Fil-fatt, li kieku kellu jitqies li l-Kunsill ittratta data personali dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrent f’Giprotransmost b’mod mhux konformi mar-Regolament Nru 45/2001, din iċ-ċirkustanza ma tkunx twassal għall-annullament tal-atti kkontestati l-oħra. Min-naħa l-oħra, li kieku kellu jasal jipprova l-eżistenza ta’ tali trattament, ir-rikorrent ikun jista’ jinvoka l-ksur tal-imsemmi regolament, fil-kuntest ta’ rikors għad-danni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkritika lill-Kunsill talli ma tahx aċċess għall-provi li fuqhom huwa kellu l-intenzjoni li jibbaża lilu nnifsu sabiex iżomm l-inklużjoni ta’ ismu fil-listi inkwistjoni u talli ma semgħux qabel f’dan ir-rigward. Huwa jżid li l-affermazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-fatt li l-kumpanniji tiegħu kienu ġew iffavorizzati u kisbu kuntratti ġenerużi mingħajr sejħa għal offerti saru biss fil-mori tal-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt fundamentali għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża matul proċedura li tippreċedi l-adozzjoni ta’ miżura restrittiva huwa espressament stabbilit fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tagħha l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxi l-istess valur ġuridiku bħat-Trattati (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u li ġie stabbilit permezz tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, fejn dan il-prinċipju barra minn hekk ġie mtenni mill-ġdid fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-effikaċja tal-istħarriġ ġudizzjarju, li għandu jkun jista’ jibbaża ruħu b’mod partikolari fuq il-legalità tar-raġunijiet li fuqhom ibbażat ruħha awtorità tal-Unjoni sabiex tinkludi isem ta’ persuna jew ta’ entità fil-listi tad-destinatarji tal-miżuri restrittivi adottati mill-imsemmija awtorità, timplika li din tal-aħħar għandha l-obbligu li tikkomunika dawn ir-raġunijiet lill-persuna jew lill-entità kkonċernata, sa fejn huwa possibbli, jew fil-mument li tiġi deċiża l-inklużjoni, jew, minn tal-inqas, malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ġiet deċiża, sabiex id-destinatarji tal-eżerċizzju jkunu jistgħu jeżerċitaw, fit-termini, id-dritt tagħhom li jressqu azzjoni legali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>L-osservanza ta’ dan l-obbligu li jiġu kkomunikati l-imsemmija raġunijiet hija fil-fatt neċessarja kemm sabiex id-destinatarji tal-miżuri restrittivi jkunu jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu b’għarfien sħiħ tal-fatti jekk ikunx utli għalihom li jippreżentaw rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni kif ukoll sabiex din tal-aħħar tkun tista’ teżerċita b’mod sħiħ l-istħarriġ tal-legalità tal-att tal-Unjoni inkwistjoni kif mitluba tagħmel skont it-Trattat (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Issa, konformement mar-rekwiżiti stabbiliti minn din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 3(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2014/145 u l-Artikolu 14(2) u (3) tar-Regolament Nru 269/2014 jipprevedu li l-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna fiżika jew ġuridika, lill-entità jew lill-organu kkonċernat, inklużi r-raġunijiet għall-iskrizzjoni tagħha fil-lista, jew direttament, jekk l-indirizz tagħha jkun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, fejn din għandha tingħata l-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew jiġu prodotti provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u għandu jinforma dan il-fatt lill-persuna fiżika jew ġuridika, lill-entità jew lill-korp ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat, minn naħa, li mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2014/145 jirriżulta li dan huwa suġġett għal verifika kostanti u, min-naħa l-oħra, li, skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament Nru 269/2014, il-lista annessa miegħu hija eżaminata f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, permezz tal-atti kkontestati l-oħra, isem ir-rikorrent inżamm fil-listi inkwistjoni b’motivazzjoni parzjalment differenti minn dik li tinsab fl-atti ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, għalkemm, skont il-ġurisprudenza, il-Kunsill ma kellux l-obbligu li jisma’ lir-rikorrent qabel l-ewwel inklużjoni tiegħu, sabiex il-miżuri restrittivi li għalihom huwa suġġett igawdu minn effett ta’ sorpriża (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), bħala prinċipju kellu l-obbligu li jisimgħu qabel ma jiddeċiedi li jżommu fil-listi inkwistjoni. Madankollu, id-dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ atti li jżommu fis-seħħ miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuni diġà suġġetti għal dawn il-miżuri jirriżulta meta l-Kunsill jikkunsidra elementi ġodda kontra dawn il-persuni u mhux meta tali żamma fil-lista hija bbażata fuq l-istess raġunijiet bħal dawk li ġġustifikaw l-adozzjoni tal-att inizzjali li jimponi l-miżuri restrittivi inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tomana <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:601">EU:C:2016:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Central Bank of Iran vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:208">EU:C:2016:208</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Peress li l-motivazzjoni dwar ir-rikorrent fl-atti kkontestati l-oħra ġiet parzjalment emendata, il-Kunsill kellu l-obbligu li jisimgħu qabel ma adotta l-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif diġà ġie osservat fil-punti 14 sa 16 iktar ’il fuq, permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20141219">19 ta’ Diċembru 2014</DATE>, il-Kunsill ittrażmetta lill-uffiċċju ta’ avukati li jirrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża l-abbozz ġdid ta’ motivazzjoni li kellu l-intenzjoni jadotta għaż-żamma tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu, fejn kien ingħata terminu sabiex jippreżenta osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Dan l-abbozz ta’ motivazzjoni (ara l-punt 14 iktar ’il fuq), ħlief għar-raba’ paragrafu, huwa essenzjalment l-istess bħat-tieni motivazzjoni, li ġiet trasposta fl-atti ta’ Marzu 2015. Min-naħa l-oħra, l-imsemmi paragrafu kien isemmi l-fatt li r-rikorrent kien il-proprjetarju effettiv ta’ Volgomost li, min-naħa tagħha, kienet tikkontrolla lil Giprotransmost. Fir-rigward ta’ din l-aħħar kumpannija, il-kunsiderazzjonijiet li ssemmew fl-atti ta’ Lulju 2014 reġgħu ġew imtennija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir-rikorrent issottometta osservazzjonijiet lill-Kunsill b’mod partikolari fir-rigward tal-imsemmi abbozz ta’ motivazzjoni. F’din l-okkażjoni, ir-rikorrent sostna li r-raġunijiet kienu vagi u mhux rilevanti fir-rigward tal-kriterji previsti sabiex persuna tkun tista’ tiġi suġġetta għal miżuri restrittivi. B’mod partikolari, minn naħa, huwa ċaħad li kien il-proprjetarju effettiv ta’ Volgomost billi kkontesta l-provi li l-Kunsill invoka f’dan ir-rigward u, min-naħa l-oħra, huwa kkontesta l-fatt li r-rwol tiegħu fi ħdan Prosvescheniye jista’ jiġġustifika ż-żamma tiegħu fil-listi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150213">13 ta’ Frar 2015</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrent dwar l-intenzjoni tiegħu li jżomm ismu fil-listi inkwistjoni, abbażi tat-tieni motivazzjoni, li kienet ħadet inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet li dan tal-aħħar kien ippreżentalu. Il-Kunsill annetta mal-ittra tiegħu dokumenti ġustifikattivi pubbliċi u stieden lir-rikorrent jagħti l-fehmiet tiegħu, sa mhux iktar tard mis-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, dwar din il-motivazzjoni l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Ir-rikorrent ma weġibx din l-istedina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>It-tfakkira tal-fatti li tippreċedi tippermetti li jiġi konkluż li l-Kunsill issodisfa l-obbligi previsti mill-ġurisprudenza fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-atti ta’ Marzu 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, għalkemm huwa minnu li l-Kunsill issa kellu l-indirizz tar-rikorrent, li kien jinsab fit-talba li permezz tagħha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-fatt li l-Kunsill indirizza lilu nnifsu lir-rappreżentanti tiegħu ma tax lok għal ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrent lanqas ma jallega li l-għażla tal-Kunsill li jikkomunika l-abbozzi tal-motivazzjoni l-ġdida li kellu jadotta fir-rigward tiegħu lill-avukati tiegħu kellha bħala konsegwenza li d-drittijiet tiegħu ġew ippreġudikati b’tali mod li jkun ġustifikat l-annullament tal-atti ta’ Marzu 2015 sa fejn dawn jikkonċernawh (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrent dwar il-fatt li huwa biss matul il-proċedura ġudizzjarja li l-Kunsill semma l-favoritiżmi li minnhom ibbenefikaw il-kumpanniji tiegħu u l-assenza ta’ sejħa għal offerti għall-kuntratti pubbliċi li l-kumpanniji tiegħu kisbu, għandu jiġi osservat li l-abbozzi ta’ motivazzjoni rċevuti mir-rikorrent jirreferu għaċ-ċirkustanza li huwa ġie ffavorizzat fil-kisba tal-kuntratti tiegħu, minħabba r-relazzjonijiet tiegħu mar-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Barra minn hekk, ir-rikorrent, fl-ittra tiegħu tal-<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, ikkontesta l-allegazzjoni li ġie ffavorizzat. Għaldaqstant, huwa ma jistax jinvoka ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-atti ta’ Settembru 2015 u ta’ Marzu 2016, apparti l-fatt li r-rikorrent ma jinvokax argumenti speċifiċi, jeħtieġ sempliċement li jiġi osservat li l-motivazzjoni kkunsidrata mill-Kunsill ma ġarrbitx bidliet, minkejja li dan ma kienx obbligat li jisimgħu qabel, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 150 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-fatt, ukoll invokat mir-rikorrent, li l-Kunsill ma tahx smigħ, għandu jiġi kkonstatat li la l-leġiżlazzjoni applikabbli u lanqas il-prinċipju ġenerali ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jagħtu lill-persuni kkonċernati d-dritt għal tali smigħ (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi miċħud ir-raba’ motiv sa fejn huwa jsostni t-talbiet intiżi għall-annullament tal-atti l-oħra kkontestati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, tad-drittijiet fundamentali, inkluż tad-dritt għal proprjetà, tad-dritt għall-ħajja privata u tal-libertà ta’ intrapriża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-listi inkwistjoni jikkostitwixxu limitazzjoni mhux iġġustifikata u sproporzjonata tad-drittijiet fundamentali tiegħu, fosthom, b’mod partikolari, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għall-ħajja privata u għall-libertà ta’ intrapriża. Huwa jżid li l-Kunsill ma spjegax kif iż-żamma ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu seta’ jeżerċita pressjoni fuq ir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt għall-proprjetà jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u huwa stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Fir-rigward tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirrikonoxxi dan id-dritt. Bl-istess mod, il-libertà ta’ intrapriża hija stabbilita fl-Artikolu 16 ta’ din il-karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-miżuri restrittivi li jolqtu b’mod partikolari lir-rikorrent jikkostitwixxu miżuri kawtelatorji, li ma humiex intiżi li jċaħħdu lill-persuni kkonċernati mill-proprjetà tagħhom, mid-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom jew mil-libertà ta’ intrapriża tagħhom. Madankollu, il-miżuri inkwistjoni jwasslu mingħajr dubju għal restrizzjoni tal-użu tad-dritt għall-proprjetà u jaffettwaw il-ħajja privata u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrent (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Al Assad vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:113">EU:T:2014:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, dawn id-drittijiet fundamentali ma jgawdux, fid-dritt tal-Unjoni, minn protezzjoni assoluta, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’rabta mal-funzjoni tagħhom fis-soċjetà (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Al Assad vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:113">EU:T:2014:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[k]ull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u, min-naħa l-oħra, [b]la ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet f’dawk il-każijiet biss fejn ikun meħtieġ u fejn ġenwinament jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.”</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, limitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali inkwistjoni għandha tissodisfa kundizzjoni tripla (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:93">EU:T:2014:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0197">197</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-limitazzjoni għandha tkun prevista mil-liġi. Fi kliem ieħor, il-miżura inkwistjoni għandu jkollha bażi legali (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:93">EU:T:2014:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0198">198</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-limitazzjoni għandu jkollha għan ta’ interess ġenerali, rikonoxxut bħala tali mill-Unjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:93">EU:T:2014:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0199">199</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-limitazzjoni ma tistax tkun eċċessiva. Minn naħa, hija għandha tkun neċessarja u proporzjonali għall-għan li għandu jintlaħaq. Min-naħa l-oħra, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>essenza<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, jiġifieri s-sustanza, tad-dritt jew tal-libertà inkwistjoni ma għandhiex tiġi ppreġudikata (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:93">EU:T:2014:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0200">200</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>F’dan il-każ, dawn it-tliet kundizzjonijiet ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, il-miżuri restrittivi inkwistjoni fuq ir-rikorrent dovuti għall-atti l-oħra kkontestati huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>previst[i] bil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, inkwantu huma ddikjarati f’atti li b’mod partikolari għandhom portata ġenerali u għandhom bażi legali ċara fid-dritt tal-Unjoni kif ukoll motivazzjoni suffiċjenti kemm fir-rigward tal-portata tagħhom kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħhom għar-rikorrent (ara l-punti 103 sa 110 iktar ’il fuq) (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mayaleh vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑307/12 u T‑408/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:926">EU:T:2014:926</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0176">176</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, fil-kuntest tal-eżami tat-tieni motiv, ġie stabbilit li din il-motivazzjoni, minkejja ċerti żbalji, kienet tippermetti li jiġi konkluż li l-Kunsill seta’ leġittimament iżomm isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni (ara l-punti 115 sa 134 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-miżuri restrittivi inkwistjoni huma intiżi li jeżerċitaw pressjoni fuq l-awtoritajiet Russi sabiex dawn itemmu l-azzjonijiet u l-politiki tagħhom ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukraina. Issa, dan huwa għan li jaqa’ taħt dawk segwiti fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u msemmija fl-Artikolu 21(2)(b) u (c) TUE, bħall-konsolidazzjoni u ż-żamma tad-demokrazija, tal-Istat tad-Dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali kif ukoll iż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali u tal-protezzjoni tal-populazzjonijiet ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fis-<DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 68/262, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Integrità territorjali tal-Ukraina<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, li permezz tagħha hija fakkret l-obbligu li kellhom l-Istati kollha, skont l-Artikolu 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, li joqgħodu lura, fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, milli jirrikorru għat-theddid jew għall-użu tal-forza kontra l-integrità territorjali jew l-indipendenza politika ta’ kull Stat u li jsolvu il-kontenzjuż internazzjonali tagħhom bl-użu ta’ mezzi paċifiċi. Hija faħħret l-isforzi mingħajr waqfien espressi b’mod partikolari minn organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali sabiex tittaffa s-sitwazzjoni li tirrigwarda l-Ukraina. Fid-dispożittiv ta’ din ir-riżoluzzjoni, l-Assemblea Ġenerali b’mod partikolari tenniet mill-ġdid l-importanza tas-sovranità, tal-indipendenza politika, tal-unità u tal-integrità territorjali tal-Ukraina ġewwa l-fruntieri tagħha internazzjonalment rikonoxxuti u sejħet lill-partijiet kollha sabiex jipprovaw isolvu immedjatament, bl-użu ta’ mezzi paċifiċi, is-sitwazzjoni li tirrigwarda l-Ukraina, sabiex juru trażżin, sabiex joqgħodu lura minn kull att unilaterali u minn kull diskors jaħraq li jista’ jżid it-tensjoni u sabiex jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-isforzi internazzjonali ta’ medjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jitfakkar li dan il-prinċipju, inkwantu prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jirrikjedi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni. B’hekk, meta jkun hemm għażla bejn numru ta’ miżuri xierqa, għandha tiġi adottata l-inqas waħda restrittiva u l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:93">EU:T:2014:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0205">205</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-ġurisprudenza tispeċifika li, fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandha tiġi rrikonoxxuta setgħa diskrezzjonali wiesgħa lil-leġiżlatur tal-Unjoni f’oqsma li min-naħa ta’ dan tal-aħħar jinvolvu għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali, u li fihom huwa mitlub iwettaq evalwazzjonijiet kumplessi. Għalhekk, hija biss in-natura manifestament mhux xierqa ta’ miżura adottata f’dawn l-oqsma, meta pparagunata mal-għan li l-istituzzjoni kompetenti tixtieq tilħaq, li tista’ taffettwa l-legalità ta’ miżura bħal din (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Manufacturing Support &amp; Procurement Kala Naft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:776">EU:C:2013:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-importanza tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-miżuri restrittivi inkwistjoni, il-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħhom għar-rikorrent ma humiex manifestament sproporzjonati (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bank Melli Iran vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑390/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Al Assad vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:113">EU:T:2014:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Dan huwa minn tant li, fil-kuntest tal-eżami tat-tieni motiv, ġie stabbilit li l-miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent kienu nżammu għall-atti l-oħra kkontestati minħabba li s-sitwazzjoni tiegħu kienet tippermetti li jiġi kkunsidrat li huwa kien jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ewwel kriterju rilevanti, ġaladarba kien jagħmel parti mill-persuni li kienu responsabbli minn politiki u minn azzjonijiet li kienu jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukraina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura neċessarja tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, għandu jiġi kkonstatat li miżuri alternattivi u inqas restrittivi, bħal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jew obbligu ta’ ġustifikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-użu tal-fondi mħallsa, ma tippermettix li jintlaħqu daqstant effettivament l-għanijiet intiżi, jiġifieri l-eżerċizzju ta’ pressjoni fuq ir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina, b’mod partikolari fid-dawl tal-possibbiltà li jiġu evitati r-restrizzjonijiet imposti (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Al Assad vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:113">EU:T:2014:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(3) u (4) tad-Deċiżjoni 2014/145, u l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 269/2014, jipprevedu l-possibbiltà, minn naħa, li jiġi awtorizzat l-użu ta’ fondi ffriżati sabiex jintlaħqu ċerti bżonnijiet essenzjali jew jiġu sodisfatti ċerti impenji u, min-naħa l-oħra, li jingħataw awtorizzazzjonijiet speċifiċi li jippermettu li fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi oħra ma jibqgħux iffriżati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Bl-istess mod, konformement mal-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 2014/145, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza d-dħul tal-persuni msemmija fit-territorju tagħha, b’mod partikolari għal raġunijiet urġenti ta’ natura umanitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-preżenza ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala sproporzjonata minħabba allegata natura potenzjalment illimitata. Fil-fatt, dawn il-listi huma suġġetti għal eżami mill-ġdid perjodiku sabiex il-persuni u entitajiet li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex jissemmew fihom jitneħħew (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Al Assad vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑202/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:113">EU:T:2014:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0120">120</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-restrizzjonijiet għad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent li jirriżultaw mill-miżuri restrittivi inkwistjoni ma humiex sproporzjonati u ma jistgħux jagħtu lok għall-annullament tal-atti l-oħra kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandhom jiġu annullati l-atti ta’ Lulju 2014, sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent, u li jiġi miċħud il-kumplament tar-rikors. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex meħtieġ li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ippreżentati sussidjarjament mill-Kunsill (ara l-aħħar inċiż tal-punt 42 iktar ’il fuq), inkwantu ma hemmx lok li jiġi annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/353 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom. F’dan il-każ, it-talbiet tar-rikorrent għandhom jintlaqgħu fir-rigward tal-annullament tal-atti ta’ Lulju 2014, filwaqt li dawn għandhom jiġu miċħuda fir-rigward tal-atti kkontestati l-oħra, fejn għaldaqstant għandu jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, tas-<DATE ISO="20140317">17 ta’ Marzu 2014</DATE>, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE>, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-<DATE ISO="20140317">17 ta’ Marzu 2014</DATE>, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, hekk kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, tat-<DATE ISO="20140730">30 ta’ Lulju 2014</DATE>, huma annullati, sa fejn jirrigwardaw lil Arkady Romanovich Rotenberg.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>