<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑301/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0301</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:878">EU:C:2016:878</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20161116">16.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑301/15</P><P>SOULIER U DOKE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali u industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2 u 3</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Kotba <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>li ma humiex disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> li ma humiex jew li ma humiex iktar ippubblikati</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tafda lil soċjetà ta’ ġestjoni kollettiva l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ sfruttament diġitali, għal finijiet kummerċjali, tal-kotba li ma humiex disponibbli</KEYWORD><KEYWORD>Preżunzjoni legali ta’ kunsens tal-awturi</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ mekkaniżmu li jiggarantixxi l-informazzjoni effettiva u individwalizzata tal-awturi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑301/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Marc Soulier,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sara Doke</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Premier ministre,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de la Culture et de la Communication,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Société française des intérêts des auteurs de l’écrit (SOFIA),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Joëlle Wintrebert <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160511">11 ta’ Mejju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Soulier u S. Doke, minn F. Macrez, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għas-Société française des intérêts des auteurs de l’écrit (SOFIA), minn C. Caron u C. Fouquet, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u D. Segoin, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u D. Hadroušek kif ukoll minn S. Šindelková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u M. Hellmann kif ukoll minn D. Kuon, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, M. Drwięcki u M. Nowak, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Hottiaux u J. Samnadda kif ukoll minn T. Scharf, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn minn naħa, Marc Soulier u Sara Doke, u, min-naħa l-oħra, il-Premier ministre (prim ministru) u l-Ministre de la Culture et de la Communication (ministru tal-kultura u tal-komunikazzjoni) dwar il-legalità tad-Digriet Nru 2013‑182, tas-<DATE ISO="20130227">27 ta’ Frar 2013</DATE>, li japplika l-Artikoli L.134‑1 sa L.134‑9 tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali u dwar l-isfruttament diġitali tal-kotba li ma humiex disponibbli tas-seklu XX (Décret n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2013‑182, du <DATE ISO="20130227">27 février 2013</DATE>, portant application des articles L.134-1 à L.134-9 du code de la propriété intellectuelle et relatif à l’exploitation numérique des livres indisponibles du XXème siècle) (JORF tal-<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>, p. 3835).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Konvenzjoni ta’ Berne</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (Att ta’ Pariġi tal-<DATE ISO="19710724">24 ta’ Lulju 1971</DATE>), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emenda tat-<DATE ISO="19790928">28 ta’ Settembru 1979</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Berne<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jipprovdi, b’mod partikolari, fil-paragrafi (1) u (6):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-termini <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>xogħlijiet letterarji u artisitiċi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> jkopru kull produzzjoni fil-qasam letterarju, xjentifiku u artistiku, indipendentement mill-mod jew mill-forma ta’ espressjoni bħal: il-kotba, […].</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Ix-xogħlijiet imsemmija iktar ’il fuq igawdu mill-protezzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni. Din il-protezzjoni hija eżerċitata favur l-awtur u l-aventi kawża tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Berne:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma protetti bis-saħħa ta’ din il-[k]onvenzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-awturi ċittadini ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni, fir-rigward tax-xogħlijiet tagħhom, kemm jekk ippubblikati kif ukoll jew le;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>xogħlijiet ippubblikati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, ifisser ix-xogħlijiet ippubblikati bil-kunsens tal-awturi tagħhom, indipendentement mill-mod ta’ manufattura tal-kopji, sakemm it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn tal-aħħar kien tali li jissodisfa l-bżonnijiet raġonevoli tal-pubbliku, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura tax-xogħol. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din il-konvenzjoni jipprevedi, b’mod partikolari, fil-paragrafi (1) u (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awturi jgawdu, fir-rigward tax-xogħlijiet li għalihom huma protetti bis-saħħa ta’ din il-[k]onvenzjoni, fil-pajjiżi tal-Unjoni għajr il-pajjiż ta’ oriġini tax-xogħol, mid-drittijiet li l-liġijiet rispettivi jagħtu attwalment jew jistgħu jagħtu sussegwentement liċ-ċittadini, kif ukoll mid-drittijiet speċjalment mogħtija minn din il-[k]onvenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tgawdija u l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet ma huma suġġetti għal ebda formalità; din it-tgawdija u dan l-eżerċizzju huma indipendenti mill-eżistenza tal-protezzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tax-xogħol. Għaldaqstant, minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ din il-[k]onvenzjoni, il-portata tal-protezzjoni kif ukoll ir-rimedji ggarantiti lill-awtur sabiex jipproteġi d-drittijiet tiegħu huma esklużivament irregolati mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li fih qegħda tintalab il-protezzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ din il-konvenzjoni jipprovdi, b’mod partikolari, fil-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi protetti minn din il-[k]onvenzjoni jgawdu mid-dritt esklużiv li jawtorizzaw ir-riproduzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet, indipendentement mill-mod jew mill-forma.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11a tal-istess konvenzjoni jipprovdi, b’mod partikolari, fil-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi jgawdu mid-dritt esklużiv li jawtorizzaw:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>kull komunikazzjoni lill-pubbliku, kemm bil-fili kif ukoll mingħajr fili, tax-xogħol imxandar, meta din il-komunikazzjoni issir minn korp ieħor għajr dak ta’ oriġini;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>It-Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) adottat f’Genève t-Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li kien ġie approvat f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE, tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(4) tat-Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Relazzjoni mal-Konvenzjoni ta’ Berne<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Partijiet Kontraenti għandhom iħarsu l-Artikoli 1 sa 21 u l-Appendiċi tal-Konvenzjoni ta’ Berne.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 15 u 32 tad-Direttiva 2001/29 jindikaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(9)</NO.P><TXT>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. Il-protezzjoni tagħhom tgħinhom jiżguraw it-tkomplija u l-iżvilupp tal-kreattivita fl-interessi ta’ l-awturi, artisti, produtturi, konsumaturi, kultura, industrija u l-pubbliku in ġenerali. Proprjetà intellettwali ġiet għalhekk rikonoxxuta bħala parti integrali ta’ proprjetà.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Il-Konferenza Diplomatika mlaqqa’ taħt l-awspiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija ta’ Proprjetà Intellettwali (WIPO) f’Diċembru 1996 wasslet għall-adozzjoni ta’ żewġ Trattati ġodda, it-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Trattat dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur WIPO<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u t-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Trattat dwar l-Artisti u l-Fonogrammi WIPO[<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>], li jittrattaw rispettivament il-protezzjoni ta’ l-awturi u l-protezzjoni ta’ l-artisti u produtturi ta’ fonogrammi. Dawn it-Trattati jaġġornaw il-protezzjoni internazzjonali għad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati b’mod sinifikanti, mhux l-anqas rigward l-hekk imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>aġenda diġitali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> u jtejbu l-mezzi biex jiġġieldu l-piraterija madwar id-dinja. [L-Unjoni Ewropea] u l-maġġoranza ta’ l-Istati Membri diġà ffirmaw it-Trattati u għaddej il-proċess biex jagħmlu arranġamenti għar-ratifika tat-Trattati mill-[Unjoni] u l-Istati Membri. Din id-Direttiva sservi wkoll biex timplimenta għadd ta’ obbligi internazzjonali ġodda.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tipprovdi għal elenku eżawrjenti ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni u d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. Xi eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet japplikaw biss għad-dritt ta’ riproduzzjoni, fejn hu xieraq. Dan l-elenku jikkunsidra kif inhu xieraq it-tradizzjonijiet legali differenti fl-Istati Membri, filwaqt li, fl-istess ħin, għandu bħala<?PAGE NO="5"?> skop li jiżgura suq intern li jiffunzjona. L-Istati Membri għandhom jaslu għal applikazzjoni koerenti ta’ dawn l-eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet, li ssir stima tagħhom meta jirrevedu l-leġislazzjoni implimentattiva fil-futur.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Dritt ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-awturi, tax-xogħolijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett ieħor<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi, b’mod partikolari, fil-paragrafi (2) u (3) tiegħu, li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, fil-każijiet li dan jelenka, eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet differenti għad-dritt ta’ riproduzzjoni u għad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku previsti fl-Artikoli 2 u 3 tal-istess direttiva,.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 2012‑287, tal-<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar l-isfruttament diġitali tal-kotba li ma humiex disponibbli tas-seklu XX (Loi n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2012‑287, du 1 <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="SUP">er</HT></HT> mars 2012, relative à l’exploitation numérique des livres indisponibles du XXème siècle, JORF Nru 53, tat-2 Marzu 2012, p. 3986), ikkompletat it-Titolu III tal-Ktieb I tal-ewwel parti tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali (Code de la propriété intellectuelle), iddedikat għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Isfruttament tad-drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> marbuta mad-drittijiet tal-awtur, permezz ta’ Kapitolu IV intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Dispożizzjonijiet partikolari dwar l-isfruttament diġitali tal-kotba li ma humiex disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u li jikkonsisti mill-Artikoli L. 134‑1 sa L. 134‑9 ta’ dan il-kodiċi. Uħud minn dawn l-artikoli iktar tard kienu ġew emendati jew imħassra, bil-Liġi Nru 2015‑195, tal-<DATE ISO="20150220">20 ta’ Frar 2015</DATE>, li tinkludi diversi dispożizzjonijiet ta’ adattament għad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-proprjetà letterarja u artistika u tal-patrimonju kulturali (Loi n<HT TYPE="SUP">o</HT>2015‑195, du <DATE ISO="20150220">20 février 2015</DATE>, portant diverses dispositions d’adaptation au droit de l’Union européenne dans les domaines de la propriété littéraire et artistique et du patrimoine culturel, JORF Nru 45, tat-<DATE ISO="20150222">22 ta’ Frar 2015</DATE>, p. 3294).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikoli L. 134‑1 sa L. 134‑9 tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali (Code de la propriété intellectuelle), kif jirriżultaw minn dawn iż-żewġ liġijiet, huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="134A"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Artikolu L. 134‑1</TI.ART><ALINEA>Ktieb li ma huwiex disponibbli fis-sens ta’ dan il-kapitolu jfisser ktieb ippubblikat fi Franza qabel l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> li ma għadux qed jiġi mxerred kummerċjalment minn pubblikatur u li attwalment ma huwiex qed jiġi ppubblikat fil-forma stampata jew diġitali.</ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="6"?><ARTICLE IDENTIFIER="134B"><TI.ART>Artikolu L. 134‑2</TI.ART><ALINEA>Għandha tinħoloq database pubblika, imqiegħda għad-dispożizzjoni online b’aċċess liberu u mingħajr ħlas minn servizz ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, li telenka l-kotba li ma humiex disponibbli. Il-librerija nazzjonali ta’ Franza (Bibliothèque nationale de France) għandha tissorvelja l-ħolqien tagħha, l-aġġornament tagħha u r-reġistrazzjoni tan-noti previsti fl-Artikoli L. 134‑4, L. 134‑5 u L. 134‑6.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="134C"><TI.ART>Artikolu L. 134‑3</TI.ART><ALINEA>I. Meta ktieb jiġi rreġistrat fid-database msemmija fl-Artikolu L. 134‑2 għal iktar minn sitt xhur, id-dritt li tiġi awtorizzata r-riproduzzjoni tiegħu u r-rappreżentazzjoni tiegħu fil-forma diġitali huwa eżerċitat minn soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet irregolata mit-Titolu II tal-Ktieb III ta’ din il-parti, awtorizzata għal dan l-għan mill-ministru responsabbli għall-kultura.</ALINEA><ALINEA>Ħlief fil-każ previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu L. 134‑5, ir-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-ktieb fil-forma diġitali huma awtorizzati, bi ħlas ta’ remunerazzjoni, b’mod mhux esklużiv u għal żmien limitat ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded.</ALINEA><ALINEA>II. Is-soċjetajiet awtorizzati għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> sabiex jiddefendu d-drittijiet li huma responsabbli għalihom.</ALINEA><ALINEA><P>III. L-awtorizzazzjoni prevista fil-punt I għandha tingħata filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>ir-rappreżentazzjoni ugwali tal-awturi u tal-pubblikaturi fost is-soċji u fi ħdan il-korpi diriġenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>5°</NO.P><TXT>in-natura ġusta tar-regoli ta’ tqassim tas-somom miġbura bejn l-aventi kawża, irrispettivament minn jekk humiex parti għall-kuntratt tal-pubblikazzjoni. L-ammont tas-somom miġbura mill-awtur jew mill-awturi tal-ktieb ma jistax ikun iżgħar mill-ammont tas-somom miġbura mill-pubblikatur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6°</NO.P><TXT>il-mezzi probatorji li s-soċjetà tipproponi li timplementa sabiex tidentifika u ssib id-detenturi tad-drittijiet sabiex tqassam is-somom miġbura;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="134D"><TI.ART>Artikolu L. 134‑4</TI.ART><ALINEA>I. L-awtur ta’ ktieb li ma huwiex disponibbli jew il-pubblikatur li għandu d-dritt ta’ riproduzzjoni fil-forma stampata ta’ dan il-ktieb jista’ jopponi għall-eżerċizzju, minn soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet awtorizzata, tad-dritt ta’ awtorizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt I tal-Artikolu L. 134‑3. Din l-oppożizzjoni għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lill-korp imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu L. 134‑2 sa mhux iktar tard minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni tal-ktieb ikkonċernat fid-database msemmija fl-istess subparagrafu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="7"?><ARTICLE IDENTIFIER="134E"><TI.ART>Artikolu L. 134‑5</TI.ART><ALINEA>Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni nnotifikata mill-awtur jew mill-pubblikatur fl-iskadenza tat-terminu previst fil-punt I tal-Artikolu L. 134‑4, is-soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet għandha tipproponi awtorizzazzjoni ta’ riproduzzjoni u ta’ rappreżentazzjoni fil-forma diġitali ta’ ktieb li ma huwiex disponibbli lill-pubblikatur li għandu d-dritt ta’ riproduzzjoni ta’ dan il-ktieb fil-forma stampata.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-awtorizzazzjoni ta’ sfruttament imsemmija fl-ewwel subparagrafu tingħata mis-soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet b’mod esklużiv għal żmien ta’ għaxar snin li jista’ jiġġedded b’mod taċitu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Jekk ma tiġix aċċettata l-proposta msemmija fl-ewwel subparagrafu […], ir-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-ktieb fil-forma diġitali huma awtorizzati mis-soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet taħt il-kundizzjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-punt I tal-Artikolu L. 134‑3.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="134F"><TI.ART>Artikolu L. 134‑6</TI.ART><ALINEA>L-awtur u l-pubblikatur li għandhom id-dritt ta’ riproduzzjoni fil-forma stampata ta’ ktieb li ma huwiex disponibbli għandhom jinnotifikaw b’mod konġunt fi kwalunkwe ħin lis-soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet imsemmija fl-Artikolu L. 134‑3 bid-deċiżjoni tagħhom li jirtirawlha id-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-imsemmi ktieb fil-forma diġitali.</ALINEA><ALINEA>L-awtur ta’ ktieb li ma huwiex disponibbli jista’ jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li jirtira lis-soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet imsemmija fl-istess Artikolu L. 134‑3 id-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-ktieb fil-forma diġitali jekk huwa jipproduċi l-prova li huwa l-uniku detentur tad-drittijiet iddefiniti fl-imsemmi Artikolu L. 134‑3. Huwa għandu jinnotifikaha b’din id-deċiżjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="134G"><TI.ART>Artikolu L. 134‑7</TI.ART><ALINEA>Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu, b’mod partikolari l-modalitajiet ta’ aċċess għad-database prevista fl-Artikolu L. 134‑2, in-natura kif ukoll il-format tad-data miġbura u l-iktar miżuri ta’ reklamar xierqa sabiex tiġi ggarantita l-aħjar informazzjoni possibbli lill-aventi kawża, il-kundizzjonijiet għall-għoti u għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi ta’ drittijiet imsemmija fl-Artikolu L. 134‑3, huma ppreċiżati b’digriet mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat).</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="134I"><TI.ART>Artikolu L. 134‑9</TI.ART><ALINEA>B’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ewwel tliet subparagrafi tal-Artikolu L. 321‑9, is-soċjetajiet awtorizzati msemmija fl-Artikolu L. 134‑3 għandhom jużaw għal skopijiet ta’ għajnuna għall-ħolqien, għal skopijiet ta’ taħriġ tal-awturi tal-kitba u għal skopijiet ta’ promozzjoni tal-qari pubbliku implementati mil-libreriji, is-somom miġbura matul l-isfruttament tal-kotba li ma humiex disponibbli u li ma setgħux jitqassmu minħabba li d-destinatarji tagħhom ma setgħux jiġu identifikati jew misjuba qabel l-iskadenza tat-terminu previst fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu L. 321‑1.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Artikoli L. 134‑1 sa L. 134‑9 tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali (Code de la propriété intellectuelle) kienu ġew sussegwentement ippreċiżati, skont l-Artikolu L. 134‑7 ta’ dan il-kodiċi, permezz tad-Digriet Nru 2013‑182, li b’mod partikolari inkluda f’dan il-kodiċi l-Artikolu R. 134‑11, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-miżuri ta’ reklamar imsemija fl-Artikolu 134‑7 għandhom jinkludu kampanja ta’ informazzjoni mibdija fuq l-inizjattiva tal-ministeru responsabbli għall-kultura, flimkien mas-soċjetajiet kollettriċi ta’ drittijiet u l-organizzazzjonijiet professjonali tas-settur tal-ktieb.</ALINEA><ALINEA>Din il-kampanja għandha tinkludi l-preżentazzjoni tal-qafas fuq servizz online ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, operazzjoni ta’ reklamar permezz ta’ messaġġi online, il-pubblikazzjoni ta’ flyers fl-istampa nazzjonali kif ukoll it-tqassim ta’ banners fuq siti internet ta’ informazzjoni</ALINEA><ALINEA>Din għandha tibda fid-data prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu R. 134‑1 u għandha tkompli għal perijodu ta’ sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-sens tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali (Code de la propriété intellectuelle), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ktieb li ma huwiex disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ifisser, ktieb ippubblikat fi Franza qabel l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u li ma huwiex iktar is-suġġett la ta’ tixrid kummerċjali u lanqas ta’ pubblikazzjoni fil-forma stampata jew diġitali. L-Artikoli L. 134‑1 sa L. 134‑9 ta’ dan il-kodiċi stabbilixxew qafas legali intiż sabiex dawn il-kotba jsiru aċċessibbli mill-ġdid billi jiġi organizzat l-isfruttament kummerċjali tagħhom fil-forma diġitali. Id-Digriet Nru 2013‑182 ippreċiża l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors irreġistrat fit-<DATE ISO="20130502">2 ta’ Mejju 2013</DATE>, M. Soulier u S. Doke, li huma t-tnejn awturi ta’ xogħlijiet letterarji, talbu lill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza) jannulla d-Digriet Nru 2013‑182.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħhom, huma b’mod partikolari jsostnu li l-Artikoli L‑134‑1 sa L. 134‑9 tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali (Code de la propriété intellectuelle) jistabbilixxu eċċezzjoni jew limitazzjoni għad-dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni previst fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29 u li din l-eċċezzjoni jew din il-limitazzjoni ma hijiex inkluża fost dawk elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 5 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Is-Syndicat des écrivains de langue française (sindakat tal-kittieba tal-lingwa Franċiża) (SELF), l-assoċjazzjoni Autour des auteurs u ħamsa u tletin persuna fiżika sussegwentement intervenew fil-proċeduri insostenn tat-talbiet ta’ M. Soulier u ta’ S. Doke.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-difiża rispettiva tagħhom, il-Premier ministre (prim ministru) kif ukoll il-Ministre de la Culture et de la Communication (ministru tal-kultura u tal-komunikazzjoni) it-tnejn li huma talbu li dawn it-talbiet jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Is-SOFIA sussegwentement interveniet fil-proċeduri fejn talbet hija wkoll li dawn it-talbiet jiġu miċħuda. Is-SOFIA tippreżenta ruħha bħala soċjeta kkostitwita b’mod ugwali minn awturi u minn pubblikaturi, responsabbli mill-ġestjoni tad-dritt li tiġi awtorizzata r-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni fil-forma diġitali tal-kotba li ma humiex disponibbli, tad-dritt ta’ self lill-pubbliku kif ukoll tar-remunerazzjoni għal kopja privata diġitali fil-qasam tal-kitba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara li ċaħdet il-motivi kollha ta’ M. Soulier u ta’ S. Doke bbażati fuq bażijiet legali oħra minbarra l-Artikoli 2 u 5 tad-Direttiva 2001/29, il-qorti tar-rinviju bdiet l-eżami ta’ dawk relattivi għal dawn l-artikoli, filwaqt li qieset mill-ewwel li t-trattament ta’ dan l-aspett tat-tilwima kien jiddependi mill-interpretazzjoni li għandha tingħata lil dawn l-artikoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (kunsill tal-istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[L-Artikoli 2 u 5] tad-Direttiva 2001/29[…] jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik li ġiet [stabbilita mill-Artikoli L. 134‑1 sa L. 134‑9 tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali (Code de la propriété intellectuelle)], li tagħti lis-soċjetajiet kollettriċi ta’ drittijiet awtorizzati d-dritt li jawtorizzaw ir-riproduzzjoni u r-rappreżentazzjoni fil-forma diġitali ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>kotba li ma humiex disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/>, filwaqt li jippermettu lill-awturi ta’ dawk il-kotba, jew lill-aventi kawża tagħhom, jopponu jew itemmu din il-prattika, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minnha?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn naħa huwa paċifiku li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda mhux biss id-dritt li tiġi awtorizzata r-riproduzzjoni fil-forma diġitali ta’ kotba li ma humiex disponibbli, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29, iżda wkoll id-dritt li tiġi awtorizzata rappreżentazzjoni tagħhom f’din l-istess forma, u li tali rappreżentazzjoni tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kommunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din il-leġiżlazzjoni ma taqax fil-kamp ta’ ebda mill-eċċezzjonijiet u mil-limitazzjonijiet li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, abbażi tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, għad-drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-publiku previsti fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. Issa, il-lista tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet awtorizzati minn din id-direttiva hija ta’ natura eżawrjenti, hekk kif jirriżulta mill-premessa 32 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29 jidher li huwa irrilevanti għall-finijiet tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tafda lil soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet tal-awtur awtorizzata l-eżerċizzju tad-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, fil-forma diġitali, ta’ kotba li ma humiex disponibbli, filwaqt li tippermetti lill-awturi ta’ dawn il-kotba jew lill-aventi kawża tagħhom jopponu jew itemmu tali eżerċizzju, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jipprovdu, rispettivament, li l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awturi d-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu r-ripoduzzjoni diretta jew indiretta tax-xogħlijiet tagħhom, indipendentement mill-mod jew mill-forma, kif ukoll id-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu l-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ dawn ix-xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett għandu jiġi rrilevat li l-protezzjoni li dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu lill-awturi għandha tiġi interpretata b’mod wiesa’ (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Infopaq International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Painer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:798">EU:C:2011:798</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din il-protezzjoni għandha tiġi mifhuma, b’mod partikolari, fis-sens li din ma hijiex limitata għat-tgawdija tad-drittijiet iggarantiti mill-Artikolu 2(a) u mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, iżda testendi wkoll għall-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorraborata mill-Konvenzjoni ta’ Berne, li l-Unjoni hija obbligata tikkonforma ruħha mal-Artikoli 1 sa 21 tagħha skont l-Artikolu 1(4) tat-Trattat tal-WIPO dwar id-drittijiet tal-awtur, li l-Unjoni hija parti għalih u li d-Direttiva 2001/29 hija b’mod partikolari intiża li timplementa, hekk kif tindika l-premessa 15 tagħha. Fil-fatt, mill-Artikolu 5(2) ta’ din il-konvenzjoni jirriżulta li l-protezzjoni li din tiggarantixxi lill-awturi testendi kemm għat-tgawdija kif ukoll għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 11a(1) tagħha, li jikkorrispondu għal dawk protetti mid-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi enfasizzat li d-drittijiet iggarantiti lill-awturi mill-Artikolu 2(a) u mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 huma ta’ natura preventiva, fis-sens li kull att ta’ riproduzzjoni jew ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol minn terz jeħtieġ il-kunsens minn qabel tal-awtur tiegħu (fir-rigward tad-dritt ta’ riproduzzjoni, ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Infopaq International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:465">EU:C:2009:465</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/08 u C‑429/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0162">162</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u, fir-rigward tad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF Consorzio Fonografici</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet u għal-limitazzjonijiet previsti, b’mod eżawrjenti, fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, kull użu ta’ xogħol imwettaq minn terz mingħajr tali kunsens minn qabel għandu jitqies li jikser id-drittijiet tal-awtur ta’ dan ix-xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC Telekabel Wien</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑314/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:192">EU:C:2014:192</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ma jippreċiżawx il-mod li bih il-kunsens minn qabel tal-awtur għandu jiġi espress, b’mod li dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jimponu li tali kunsens ikun neċessarjament espress b’mod espliċitu. Għall-kuntrarju, hemm lok li jitqies li dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu wkoll li dan jiġi espress b’mod impliċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’kawża li fiha ġiet mistoqsija dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>pubbliku ġdid<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, f’sitwazzjoni fejn awtur kien awtorizza, minn qabel, espliċitament u mingħajr riżervi, il-pubblikazzjoni tal-artikli tiegħu fuq is-sit internet ta’ pubblikatur ta’ gazzetta, mingħajr ma rrikorra barra minn hekk għal miżuri tekniċi li jillimitaw l-aċċess għal dawn ix-xogħlijiet minn siti internet oħra, dan l-awtur seta’ essenzjalment jitqies bħala li awtorizza l-komunikazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet lill-utenti tal-internet kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, l-għan ta’ protezzjoni għolja tal-awturi li l-premessa 9 tad-Direttiva 2001/29 tirreferi għalih jimplika li l-kundizzjonijiet li fihom kunsens impliċitu jista’ jiġi aċċettat għandhom ikunu ddefiniti b’mod strett, sabiex il-prinċipju stess ta’ kunsens minn qabel tal-awtur ma jitlifx l-effett tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kull awtur għandu jkun effettivament informat dwar l-użu futur tax-xogħol tiegħu minn terz u dwar il-mezzi għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jipprojbixxih jekk huwa jkun jixtieq jagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-assenza ta’ informazzjoni minn qabel effettiva dwar dan l-użu futur, l-awtur ma jkunx jista’ jieħu pożizzjoni dwaru u, għaldaqstant, jipprojbixxih, jekk ikun neċessarju, b’mod li l-eżistenza stess tal-kunsens impliċitu tiegħu f’dan ir-rigward tibqa’ purament ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ garanziji li jiżguraw l-informazzjoni effettiva tal-awturi fir-rigward tal-użu previst tax-xogħlijiet tagħhom u tal-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom bil-għan li dan jiġi pprojbit, ikun <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> impossibbli għalihom jieħdu xi pożizzjoni dwar tali użu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li jiġi rrilevat li din tafda lil soċjetà awtorizzata l-eżerċizzju tad-dritt li tawtorizza l-isfruttament diġitali ta’ kotba li ma humiex disponibbli, filwaqt li tippermetti lill-awturi ta’ dawn il-kotba jopponu minn qabel għal tali eżerċizzju, f’terminu ta’ sitt xhur mir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-kotba f’database stabbilita għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-implementazzjoni tad-dritt ta’ oppożizzjoni stabbilit minn tali leġiżlazzjoni favur id-detenturi kollha ta’ drittijiet fuq il-kotba kkonċernati, u b’mod partikolari tal-awturi, għandha bħala effett li tipprojbixxi l-użu ta’ dawn ix-xogħlijiet, filwaqt li l-assenza ta’ oppożizzjoni ta’ awtur partikolari fit-terminu stabbilit tista’ tiġi interpretata, fid-dawl tal-Artikolu 2(a) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, bħala l-espressjoni tal-kunsens impliċitu tiegħu għal dan l-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirrizultax li din il-leġiżlazzjoni tinkludi mekkaniżmu li jiggarantixxi l-informazzjoni effettiva u individwalizzata tal-awturi. Għaldaqstant, ma huwiex eskluż li xi wħud mill-awturi kkonċernati fir-realtà lanqas biss jafu dwar l-użu previst tax-xogħlijiet tagħhom, u għaldaqstant ma jistgħux jieħdu pożizzjoni, f’sens jew f’ieħor, dwar dan l-użu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, sempliċi assenza ta’ oppożizzjoni min-naħa tagħhom ma tistax titqies bħala l-espressjoni tal-kunsens impliċitu tagħhom għal dan l-użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li tali leġiżlazzjoni tirrigwarda kotba li, filwaqt li fil-passat kienu s-suġġett ta’ pubblikazzjoni u ta’ tixrid kummerċjali, issa ma għadhomx iktar. Dan il-kuntest partikolari jipprekludi li jista’ jiġi preżunt b’mod raġonevoli li, fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni min-naħa tagħhom, l-awturi kollha ta’ dawn il-kotba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>minsija<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huma, madankollu, favorevoli għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tqajjim mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tax-xogħlijiet tagħhom, bil-għan tal-użu kummerċjali tagħhom f’forma diġitali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ċertament, id-Direttiva 2001/29 ma tipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tfittex li tilħaq għan bħalma huwa l-isfruttament diġitali ta’ kotba li ma humiex disponibbli fl-interess kulturali tal-konsumaturi u tas-soċjetà kollha. Madankollu, l-ilħiq ta’ dan il-għan u ta’ dan l-interess ma jistax jiġġustifika deroga, mhux prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni, mill-protezzjoni żgurata lill-awturi minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippermetti b’mod partikolari lill-awturi jtemmu l-isfruttament kummerċjali tax-xogħlijiet tagħhom fil-forma diġitali, billi jaġixxu jew bi ftehim reċiproku mal-pubblikaturi ta’ dawn ix-xogħlijiet fil-forma stampata, jew waħedhom, bil-kundizzjoni, madankollu, f’dan it-tieni każ, li tiġi prodotta l-prova li huma l-uniċi detenturi tad-drittijiet fuq dawn ix-xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jitfakkar li minn natura esklużiva tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ kommunikazzjoni lill-pubbliku previsti fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-awturi huma l-uniċi persuni li lilhom din id-direttiva tagħti, primarjament, id-dritt jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120209">9 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Luksan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:65">EU:C:2012:65</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, għalkemm id-Direttiva 2001/29 ma tipprojbixxix lill-Istati Membri jagħtu, barra minn hekk, ċerti drittijiet jew ċerti benefiċċji lil terzi, bħal pubblikaturi, dan huwa bil-kundizzjoni li dawn id-drittijiet u dawn il-benefiċċji ma jippreġudikawx id-drittijiet li din id-direttiva tagħti b’mod esklużiv lill-awturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Hewlett-Packard Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:750">EU:C:2015:750</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li, meta l-awtur ta’ xogħol jiddeċiedi, fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, itemm l-isfruttament futur ta’ dan ix-xogħol fil-forma diġitali, dan id-dritt għandu jkun jista’ jiġi eżerċitat mingħajr ma jkollu jiddependi, f’ċerti<?PAGE NO="12"?> każijiet, mir-rieda konkordanti ta’ persuni għajr dawk li dan l-awtur awtorizza minn qabel sabiex jipproċedu għal tali sfruttament diġitali, u għaldaqstant, mill-kunsens tal-pubblikatur li barra minn hekk, għandu biss id-drittijiet ta’ sfruttament ta’ dan ix-xogħol fil-forma stampata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>It-tieni nett, mill-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni ta’ Berne, li huwa impost fuq l-Unjoni għar-raġunijiet indikati fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li t-tgawdija u l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku mogħtija lill-awturi permezz ta’ din il-konvenzjoni u li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikolu 2(a) u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ma jistgħux ikunu suġġetti għal ebda formalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan b’mod partikolari jirriżulta li fil-kuntest ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtur ta’ xogħol għandu jkun jista’ jtemm l-eżerċizzju, minn terz, tad-drittijiet ta’ sfruttament fil-forma diġitali li huwa għandu fuq dan ix-xogħol, u b’dan il-mod jipprojbixxih minn kull użu futur f’tali forma, mingħajr ma jkollu preliminarjament jissuġġetta ruħu, f’ċertu każijiet, għal formalità li tikkonsisti f’li jipproduċi l-prova li persuni oħra ma humiex, barra minn hekk, detenturi ta’ drittijiet oħra fuq dan ix-xogħol, bħal dawk li jirrigwardaw l-isfruttament tiegħu fil-forma stampata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tafda lil soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet tal-awtur awtorizzata l-eżerċizzju tad-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, fil-forma diġitali, ta’ kotba msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>li ma humiex disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jiġifieri kotba ppubblikati fi Franza qabel l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u li ma humiex iktar is-suġġett la ta’ tixrid kummerċjali u lanqas ta’ pubblikazzjoni fil-forma stampata jew diġitali, filwaqt li tippermetti lill-awturi ta’ dawn il-kotba jew lill-aventi kawża tagħhom jopponu jew itemmu tali eżerċizzju, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tafda lil soċjetà kollettriċi ta’ drittijiet tal-awtur awtorizzata l-eżerċizzju tad-dritt li tawtorizza r-riproduzzjoni u l-komunikazzjoni lill-pubbliku, fil-forma diġitali, ta’ kotba msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>li ma humiex disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jiġifieri kotba ppubblikati fi Franza qabel l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u li ma humiex iktar is-suġġett la ta’ tixrid kummerċjali u lanqas ta’ pubblikazzjoni fil-forma stampata jew diġitali, filwaqt li tippermetti lill-awturi ta’ dawn il-kotba jew lill-aventi kawża tagħhom jopponu jew itemmu tali eżerċizzju, fil-kundizzjonijiet stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>