|
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 66/2016
tad-29 ta' April 2016
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2017]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/518/UE tal-21 ta' Ottubru 2013 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2014 tal-14 ta' Jannar 2014 li jirrevoka d-Deċiżjonijiet 2004/301/KE u 2004/539/KE u r-Regolament (UE) Nru 388/2010 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 577/2013 jirrevokaid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/803/KE (7), 2004/839/KE (8) u 2005/91/KE (9), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu revokati mill-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 31/2014 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/301/KE (10) u 2004/539/KE (11) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 (12), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu mħassra mill-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni tirrigwarda leġiżlazzjoni li għandha x'taqsam ma' annimali ħajjin li ma humiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B'hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(11) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 jinbidel b'dan li ġej: “ 32013 R 0576: Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
Dan l-att ma għandux japplika għall-Iżlanda.” |
|
2. |
Li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 10 (ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:
|
|
3. |
L-inċiżi segwenti jiżdiedu fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1 u 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1:
|
|
4. |
It-test tal-punti 121 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE), 122 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/301/KE), 125 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE), 126 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/91/KE) u 147 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010) fil-Parti 1.2 għandhom jitħassru. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013, id-Direttiva 2013/31/UE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/518/UE u r-Regolament (UE) Nru 31/2014 fil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(2) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.
(3) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107.
(4) ĠU L 281, 23.10.2013, p. 14.
(6) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(7) ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.
(8) ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.
(10) ĠU L 98, 2.4.2004, p. 55.
(11) ĠU L 237, 8.7.2004, p. 21.
(12) ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.