|
25.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9948 — Allianz/GE/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 402/06)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pacific Investment Management Company LLC (“PIMCO”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li finalment hija kkontrollata minn Allianz SE (il-Ġermanja), |
|
— |
GE US Equity Holdings Inc. u GE Capital Aviation Services Limited (flimkien mal-affiljati applikabbli tagħhom “GECAS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li finalment hija kkontrollata minn General Electric Company (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
PIMCO u GECAS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (il-joint venture, “JV”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
PIMCO: ditta tal-ġestjoni tal-portafoll li tiġġestixxi l-assi għall-banek ċentrali, il-fondi sovrani, il-fondi tal-pensjonijiet, il-korporazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u d-dotazzjonijiet u l-investituri individwali madwar id-dinja, |
|
— |
GECAS: attiva fil-forniment ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi ta’ finanzjament fir-rigward ta’ dawn l-assi, inklużi kirjiet operattivi, xiri/leasebacks, swieq kapitali, u ġestjoni tal-partijiet tal-ajruplani, |
|
— |
il-JV: l-akkwist, il-kiri u l-bejgħ ta’ ajruplani f’livell dinji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9948 — Allianz/GE/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).