Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0052 - 0053
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/240/KE ta' l-24 ta' Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/45/KE rigward il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni ta' l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tal-ħasil [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2ċ (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/45/KE) fl-Anness XX mal-Ftehim: "kif emendata bi: - 32003 D 0240: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/240/KE ta' l-24 ta' Marzu 2003 (ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 16)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/240/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 29. [2] ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 16. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------