<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-557/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CC0557</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:957">EU:C:2017:957</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek – Kawża C‑557/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Astellas Pharma</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑557/16</HT></P><P>Astellas Pharma GmbH</P><P>partijiet magħquda:</P><P>Helm AG,</P><P>Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus (FIMEA)</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Finlandja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa għal ġeneriku ta’ prodott mediċinali ta’ riferiment</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ddeċentralizzata</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-perijodu ta’ esklużività tad-data</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-2014, Helm AG kisbet awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq Finlandiża għal kopja ġenerika ta’ prodotti mediċinali żviluppati preċedentement minn Astellas Pharma GmbH. Din l-awtorizzazzjoni ngħatat skont il-proċedura ddeċentralizzata rregolata mid-Direttiva 2001/83/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).</P></NOTE>. F’dik il-proċedura, il-Finlandja kienet waħda mill-Istati Membri <HT TYPE="ITALIC">kkonċernati</HT>. Id-Danimarka aġixxiet bħala l-Istat Membru ta’ <HT TYPE="ITALIC">riferiment</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Astellas Pharma GmbH ma qablitx mal-kalkolu tal-perijodu ta’ esklużività tad-data magħmul fl-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ Helm AG. Hija kkontestat l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa mill-awtorità kompetenti Finlandiża quddiem il-qrati Finlandiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-domanda legali sussegwenti magħmula lil din il-Qorti tal-Ġustizzja hija waħda ta’ kompetenza tal-korpi nazzjonali biex jistħarrġu evalwazzjoni bħal din: jista’ regolatur ta’ Stat Membru kkonċernat, bħall-awtorità kompetenti Finlandiża, u/jew il-qrati tal-istess Stat Membru kkonċernat, jistħarreġ determinazzjoni magħmula preċedentement tal-perijodu ta’ esklużività tad-data magħmula fi ħdan il-proċedura ddeċentralizzata?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20050719">19 ta’ Lulju 2005</DATE>, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Gesetz über den Verkehr mit Arzneimitteln (il-Liġi Ġermaniża dwar Prodott Mediċinali) tal-<DATE ISO="19760824">24 ta’ Awwissu 1976</DATE> (BGBl. I, p. 2445).</P></NOTE>, l-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja tat lil Astellas Pharma GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Astellas Pharma<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali Ribomustin. Is-sustanza attiva ta’ dan il-prodott kienet bendamustine (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ribomustin MA 2005<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, Astellas Pharma kisbet awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali ieħor imsejjaħ Levact. Is-sustanza attiva ta’ dan il-prodott hija wkoll il-bendamustine, imma għandha indikazzjonijiet terapewtiċi differenti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Levact MA 2010<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Il-Levact MA 2010 ngħata mill-awtorità Franċiża kompetenti, skont il-proċedura ddeċentralizzata prevista fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE>, Helm AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Helm<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) applikat għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Alkybend. Din l-applikazzjoni saret ukoll skont il-proċedura ddeċentralizzata. Helm talbet sabiex id-Danimarka tkun l-Istat Membru ta’ riferiment, bil-Finlandja u n-Norveġja bħala l-Istati Membri kkonċernati. L-applikazzjoni ddikjarat li Alkybend huwa prodott mediċinali ġeneriku skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Artikolu 10(1) tad-Direttiva2001/83 jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[b’]deroga […] l-applikant [għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq] ma għandux ikun meħtieġ li jipprovdi r-riżultati ta’ testijiet pre-kliniċi u ta’ provi kliniċi jekk huwa jkun jista’ juri li l-prodott mediċinali huwa ġeneriku tal-prodott mediċinali ta’ referenza li huwa jew li kien awtorizzat skond l-artikolu 6 għal mhux anqas minn 8 snin fi Stat Membru jew fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>. Il-prodott mediċinali ta’ riferiment iddikjarat tiegħu huwa l-Levact.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140117">17 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-awtorità Daniża kompetenti ħarġet rapport ta’ evalwazzjoni. Dan ir-rapport iddikjara li l-Istati kollha li jipparteċipaw fil-proċedura ddeċentralizzata użaw il-Levact bħala l-prodott mediċinali ta’ riferiment. Madankollu, sabiex jiġi kkalkolat il-perijodu ta’ esklużività tad-data, Ribomustin kien il-prodott mediċinali ta’ riferiment. Dan kien għaliex tqies li l-Levact MA 2010 kien inkluż fl-awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE> tar-Ribomustin. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni qal ukoll li l-perijodu ta’ esklużività tad-data kien skada f’dawk l-Istati li, fiż-żmien rilevanti, għażlu perijodu ta’ sitt snin għall-protezzjoni tad-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Matul il-perijodu kkonċernat mill-kawża preżenti, l-Istati Membri jistgħu japplikaw perijodu ta’ esklużività tad-data ta’ sitt snin jew itwal.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, l-awtorità kompetenti Finlandiża, Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus (l-Aġenzija tal-Mediċini Finlandiża, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>FIMEA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) ħarġet awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq għal Alkybend (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Alkybend MA 2014<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Astellas Pharma ressqet kawża kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Helsingin hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva, Ħelsinki, il-Finlandja). Din il-qorti ma laqgħetx il-kawża. Hija ddeċidiet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li Astellas Pharma ngħatat l-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali ta’ riferiment (Ribomustin) fid-<DATE ISO="20050719">19 ta’ Lulju 2005</DATE>. Il-perijodu ta’ esklużività tad-data, li jibda minn dik id-data u applikabbli wkoll għal Levact, kien ta’ sitt snin. FIMEA għalhekk setgħet toħroġ l-Alkybend MA 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Astellas Pharma appellat quddiem il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Suprema Amministrattiva, il-Finlandja), il-qorti tar-rinviju. Hija talbet lil dik il-qorti tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-prim’istanza kif ukoll l-Alkybend MA 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-fehma ta’ Astellas Pharma hija li l-perijodu ta’ esklużività tad-data applikabbli kellu jiġi kkalkolat mil-Levact MA 2010. Ir-Ribomustin MA 2005 ma kienx rilevanti minħabba li ma kienx ingħata skont id-Direttiva 2001/83. Dik l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ma saritx finali minħabba li kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtorità kompetenti Ġermaniża u Astellas Pharma dwar xi wħud<?PAGE NO="3"?> mill-indikazzjonijiet terapewtiċi li għalihom kienet saret l-applikazzjoni inizjalment. Il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għal-Levact irrikjeda riċerka addizzjonali estensiva. Il-perijodu ta’ esklużività tad-data applikabbli kellu jiġi eżaminat indipendentement mill-perijodu ta’ esklużività tad-data li kien japplika għal Ribomustin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-FIMEA talbet lill-qorti tar-rinviju sabiex tiċħad l-appell. Il-perijodu ta’ esklużività tad-data ġie kkalkolat mir-Ribomustin MA 2005. Għall-Finlandja, il-perijodu ta’ sitt snin ta’ esklużività ta’ data applikabbli kien skada fiż-żmien meta kienet saret l-applikazzjoni Alkybend 2012. Il-forma, id-dożaġġ u l-metodu ta’ amministrazzjoni jew ir-rotta ta’ amministrazzjoni ta’ Alkybend kienu jappartjenu għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li kienet teżisti preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Helm talbet ukoll lill-qorti tar-rinviju sabiex tiċħad l-appell. Hija ddikjarat li r-Ribomustin MA 2005 kien konformi mad-Direttiva 2001/83. Hija ddikjarat ukoll li r-Ribomustin MA 2005 ma setax jiġi kkontestat fil-Finlandja. Fil-fehma tagħha, l-Istati Membri kkonċernati fil-proċedura ddeċentralizzata jistgħu jopponu awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq biss minħabba r-riskju għas-saħħa pubblika. Għalhekk, il-FIMEA ma kellhiex il-kompetenza biex tistħarreġ ir-Ribomustin MA 2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) issospendiet il-proċeduri quddiemha u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2001/83/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat minn proċedura ddeċentralizzata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, fir-rigward ta’ prodott mediċinali ġeneriku, imsemmi fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva, ma għandhiex kompetenza awtonoma sabiex tiddetermina meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodott mediċinali ta’ riferiment fil-kuntest tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta għall-ewwel domanda fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ma għandhiex kompetenza awtonoma sabiex tiddetermina meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodotti mediċinali ta’ riferiment fil-kuntest tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Qorti ta’ dan l-Istat Membru għandha, fid-dawl ta’ rikors ippreżentat mill-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment, teżamina xorta waħda l-kwistjoni ta’ meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data jew din il-qorti hija suġġetta għall-istess limitu bħall-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru?</P></ITEM><ITEM><P>F’dan il-każ, kif jista’ jiġi implementat, quddiem il-qorti nazzjonali inkwistjoni, id-dritt tal-persuna li għandha f’idejha l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment li tibbenefika, konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-qasam tal-protezzjoni tad-data?</P></ITEM><ITEM><P>Ir-rekwiżit marbut ma’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jinkludi l-obbligu, għall-qorti nazzjonali, li tivverifika jekk l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq inizjali għall-prodott mediċinali ta’ riferiment fi Stat Membru ieħor ingħatax konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Saru sottomissjonijiet bil-miktub minn Astellas Pharma, Helm, mill-Gvern Belġjan u Ġermaniż, mill-Irlanda, mill-Gvern Norveġiż, Finlandiż u tar-Renju Unit, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Astellas Pharma, Helm, il-Gvern Spanjol, l-Irlanda, il-Gvern Norveġiż, Finlandiż u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw argumenti orali waqt is-seduta li saret fl-<DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mill-fatti ppreżentati fid-digriet tar-rinviju jidher li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-Alkybend saret skont il-proċedura mqassra. Din il-proċedura hija applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, għal awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali ġeneriċi. Fi kliem sempliċi, il-proċedura mqassra, irregolata mill-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83, tfisser li l-applikant jista’ jirreferi għar-riżultati tat-testijiet tossikoloġiċi u farmakoloġiċi jew ir-riżultati tal-provi kliniċi eżistenti għall-prodott mediċinali ta’ riferiment. Jekk l-applikant jista’ juri li l-prodott mediċinali kkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq huwa ġeneriku tal-prodott mediċinali ta’ riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Li huwa jew li ġie awtorizzat għal mhux inqas minn tmien snin fi Stat Membru jew fl-Unjoni. Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, l-applikant ma għandux għalfejn jipproduċi dik id-data <HT TYPE="ITALIC">ex novo</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-proċedura mqassra tista’ tintuża, essenzjalment, meta jiskadi l-perijodu ta’ esklużività tad-data relatat mal-prodott mediċinali ta’ riferiment. Billi jipprovdi għal perijodu ta’ esklużività tad-data, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83 jipproteġi d-drittijiet tad-detentur tal-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq mogħtija għall-prodott mediċinali ta’ riferiment rilevanti, li d-data tiegħu jistrieħ fuqha l-applikant li jixtieq jimmanifattura jew iqiegħed fis-suq il-kopja ġenerika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Olainfarm</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑104/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2316">EU:C:2014:2316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-perijodu ta’ esklużività tad-data bħalissa huwa ta’ tmien snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Bħala prinċipju u bla ħsara għal reġim tranżitorju: spiss isir riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>formola 8+2<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li tinkludi tmien snin ta’ protezzjoni tad-data (li matulhom l-applikant għal prodott ġeneriku ma jistax jirreferi għad-data rispettiva) u sentejn ta’ protezzjoni ta’ tqegħid fis-suq li matulha l-ġeneriċi ma jkunx għadhom jistgħu jitqiegħdu fis-suq.</P></NOTE>. Madankollu, kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, taħt ir-reġim legali preċedenti, il-Finlandja għażlet perijodu ta’ esklużività tad-data ta’ sitt snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Li, skont id-digriet tar-rinviju, diġà skada fir-rigward tar-Ribomustin meta Helm applikat għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-Alkybend. Għall-perijodu ta’ esklużività tad-data applikabbli, ara d-dispożizzjoni tranżitorja prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262), moqrija flimkien mal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva. Minn dan isegwi li l-perijodu ta’ esklużività tad-data introdott bid-Direttiva 2004/27 ma kienx japplika għal prodotti mediċinali ta’ riferiment li għalihom tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni qabel it-<DATE ISO="20051030">30 ta’ Ottubru 2005</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Din l-ispjegazzjoni addizzjonali tipprovdi spjegazzjoni aħjar tal-isfond għat-tilwima fil-proċedura prinċipali. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-każ imressaq quddiem din il-Qorti tal-Ġustizzja jikkonċerna kwistjonijiet ġenerali u sistemiċi relatati mal-proċeduri u l-kompetenzi tal-atturi involuti f’dawk il-proċeduri. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-possibbiltà u l-kuntest potenzjali ta’ stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">amministrattiv</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ġudizzjarju</HT> tad-determinazzjoni tal-perijodu ta’ esklużività tad-data f’wieħed mill-Istati Membri <HT TYPE="ITALIC">kkonċernati</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għalkemm l-elementi fattwali pjuttost kumplessi tal-kawża ineżami ġew diskussi mill-partijiet matul is-seduta f’ċertu dettall, dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex issolvihom il-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn il-konklużjonijiet għalhekk ma jieħdu l-ebda pożizzjoni dwar liema mill-prodotti mediċinali kkonċernati fil-proċeduri prinċipali kellhom jintużaw bħala l-prodott mediċinali ta’ riferiment jew meta l-perijodu ta’ esklużività tad-data applikabbli beda jiddekorri u meta skada.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet għandhom l-istruttura li ġejja: l-ewwel ser nagħmel xi rimarki introduttorji dwar l-evoluzzjoni u n-natura eżatta tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni li hija rilevanti f’dan il-każ (A). Imbagħad ser nittratta l-kamp ta’ applikazzjoni u l-limiti tal-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">amministrattiv</HT> disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat waqt li jaġixxi fi ħdan il-proċedura ddeċentralizzata (B). Sussegwentement, ser nittratta l-ammissibbiltà u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ġudizzjarju</HT> fl-Istat Membru kkonċernat (Ċ).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-evoluzzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2001/83</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Din id-direttiva kkodifikat ir-reġim pre-eżistenti ta’ awtorizzazzjoni li waqqfet id-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi dwar speċjalitajiet ta’ prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU 1965 L 22, p. 369</REF.DOC.OJ>); u l-emendi sussegwenti tagħha.</P></NOTE> tirregola (parti waħda minn) l-proċess tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem ġewwa l-Unjoni. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[l]-ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-IstatMembru skond din id-Direttiva jew jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229). Din il-proċedura ċċentralizzata hija obbligatorja għal prodotti mediċinali elenkati fl-Anness ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm żewġ tipi ta’ proċeduri biex tinkiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fi ħdan l-Unjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>vertikali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (proċeduri ċċentralizzati mal-Unjoni kollha, bl-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet); jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (rikonoxximent reċiproku u proċeduri ddeċentralizzati, mal-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalkemm ibbażat fuq sensiela ta’ deċiżjonijiet nazzjonali suċċessivi jew paralleli, il-proċeduri orizzontali jagħmlu l-proċess ta’ applikazzjoni iktar faċli. L-applikant ma għandux għalfejn jissottometti l-informazzjoni rilevanti dwar il-prodott mediċinali inkwistjoni f’kull Stat Membru separatament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Huwa biss it-tip orizzontali ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, u b’mod iktar speċifiku dak <HT TYPE="ITALIC">iddeċentralizzat</HT>, li huwa rilevanti għal dan il-każ. It-tip ta’ proċedura orizzontali prevista fid-Direttiva 2001/83 evolviet kunsiderevolment maż-żmien. Il-bidla ewlenija seħħet bid-Direttiva 2004/27. Għaldaqstant, ser nirreferi għall-verżjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>qabel l-2004<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>wara l-2004<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tad-Direttiva 2001/83 sabiex issir distinzjoni bejn iż-żewġ sistemi differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-ewwel nett ser niddeskrivi r-reġim ta’ awtorizzazzjoni ta’ qabel l-2004 (1), qabel indur għall-proċedura ddeċentralizzata u, b’mod iktar ġenerali, għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni ta’ wara l-2004 attwali (sa fejn dan huwa rilevanti għal din il-kawża) (2). Ser nikkonkludi billi nagħmel xi kummenti dwar il-ħsieb wara l-kodeċiżjoni li, fil-fehma tiegħi, tikkaratterizza r-reġim attwali (3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-reġim ta’ qabel l-2004 tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq u r-rikonoxximent reċiproku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Qabel l-2004, meta l-applikant għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq xtaq jikkummerċjalizza prodott mediċinali (kemm jekk ġeneriku kif ukoll jekk ma kienx) f’iktar minn Stat Membru wieħed, id-Direttiva 2001/83 stabbilixxiet il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku. Din il-proċedura setgħet tintuża minn applikant li kien diġà ngħata awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq f’wieħed mill-Istati Membri. L-Istat Membru li kien ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ġie indikat,<?PAGE NO="6"?> għall-iskop tal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku, bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Istat Membru ta’ riferiment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku għamlitha possibbli għad-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li kienet teżisti minn qabel biex dan tal-aħħar jiġi rrikonoxxut fi Stat(i) Membru(i) ieħor/oħrajn. Dawn l-Istati kienu jissejħu bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Istati Membri kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, skont l-Artikolu 28 tal-verżjoni ta’ qabel l-2004 tad-Direttiva 2001/83, qabel ma jibgħat l-applikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku, tali detentur (u applikant) kellu jinforma lill-Istat Membru ta’ riferiment li kellha ssir applikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-detentur kellu jagħmilha possibbli għall-Istat Membru ta’ riferiment li jivverifika jekk il-fajl relatat mal-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq u l-fajl relatat mal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku kinux identiċi. Kellha ssir ukoll talba sabiex l-Istat Membru ta’ riferiment jipprepara rapport ta’ evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>F’termini sempliċi, ir-rapport ta’ evalwazzjoni huwa d-dokument ewlieni tal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku kif ukoll tal-proċedura ddeċentralizzata (li l-karatteristiċi tagħha huma spjegati iktar ’il quddiem f’dawn il-konklużjonijiet). Dan jispjega għalfejn awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq u kull waħda mill-indikazzjonijiet proposti ġew jew jistgħu jiġu approvati jew miċħuda mill-Istat Membru ta’ riferiment. Huwa jispjega wkoll it-termini tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, il-fuljett tal-pakkett u t-tikkettjar. Huwa jagħti dettalji dwar l-evalwazzjoni tal-benefiċċju-riskju għall-prodott mediċinali. B’mod partikolari, huwa jevalwa xjentifikament il-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja ta’ prodott mediċinali. Ġie enfasizzat li r-rapporti ta’ evalwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għandhom ikunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu evalwazzjoni sekondarja minn esperti ta’ Stati Membri oħra. Bħala tali dawn ir-rapporti huma ċentrali għat-tħaddim effiċjenti tal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku u l-proċedura ddeċentralizzata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara l-Best Practice Guide on the Assessment Report for mutual recognition and decentralised procedures, Coordination Group for Mutual Recognition and Decentralised Procedures – Human, January 2017, p. 3. Ara wkoll id-dokument tal-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Notice to Applicants. Procedures for marketing authorisation. Chapter 2: Mutual Recognition<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [Avviż lill-Applikanti. Proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq. Kapitolu 2: Rikonoxximent Reċiproku], Frar 2007, p. 24 sa 25.</P></NOTE> fir-rigward tal-prodott mediċinali inkwistjoni, jew, jekk meħtieġ, biex jaġġorna kwalunkwe rapport eżistenti bħal dan. Fi żmien 90 ġurnata, ir-rapport kellu jintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati, li lilu d-detentur ikun issottometta simultanjament l-applikazzjonijiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kif previst fl-Artikolu 28(2) tal-verżjoni ta’ qabel l-2004 tad-Direttiva 2001/83, id-detentur għandu jidentifika kwalunkwe żidiet jew emendi. Fil-każ tal-aħħar, huwa għandu jiċċertifika li s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott propost minnu skont l-Artikolu 11 huwa identiku għal dak aċċettat mill-Istat Membru ta’ riferiment konformement mal-Artikolu 21. Barra minn hekk, għandu jiċċertifika li l-fajls kollha ppreżentati bħala parti mill-proċedura jkunu identiċi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’perijodu sussegwenti ta’ 90 ġurnata, l-Istati Membri kkonċernati kellhom jirrikonoxxu l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (inizjali) mogħtija mill-Istat Membru ta’ riferiment, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[b]arra mill-każ eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fejn, skont l-Artikolu 29, il-prodott mediċinali inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jista’ jkun ta’ riskju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. F’każ bħal dan, l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>li joġġezzjonaw<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> kellhom l-obbligu li jinformaw lill-applikant, lill-Istat Membru ta’ riferiment u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat. L-Istati Membri kollha kkonċernati kellhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jagħmlu ħilithom kollha sabiex jilħqu ftehim<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> f’dan ir-rigward. In-nuqqas li jintlaħaq tali ftehim wassal sabiex il-kwistjoni tiġi rriferita lill-Aġenzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>L-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) stabbilita qabel bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-<DATE ISO="19930722">22 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 151) issa, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. L-Aġenzija tevalwa l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq sottomessi permezz tal-proċedura ċċentralizzata prevista mir-Regolament Nru 726/2004. Hija ssolvi wkoll kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-prodotti mediċinali li jirriżultaw matul il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku jew il-proċeduri ddeċentralizzati.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ qabel l-2004, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-kawża Synthon li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jagħtu saħħa lill-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li kienet teżisti diġà. L-invokazzjoni ta’ riskju għas-saħħa pubblika kienet l-unika raġuni li fuqha Stat Membru seta’ joqgħod biex joġġezzjona għal dan ir-rikonoxximent. Fil-każ li din l-oġġezzjoni ma kinitx titqajjem, l-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq kellha tiġi rrikonoxxuta. L-Istati Membri kkonċernati ma tħallewx jikkontestaw l-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru ta’ riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Synthon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:565">EU:C:2008:565</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża Synthon jispjegaw kif, ladarba detentur diġà kiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq u attiva l-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku, l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li kienet teżisti qabel għandha tkun rikonoxxuta mill-Istati Membri kkonċernati. F’dak il-każ partikolari, l-applikanti riedet tikseb rikonoxximent reċiproku fir-Renju Unit fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li kienet teżisti qabel li kienet kisbet fid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-element prinċipali tal-proċedura ta’ qabel l-2004 kien l-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, li <HT TYPE="ITALIC">kienet diġà ngħatat</HT> fi Stat Membru wieħed, u li, kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, kellha tiġi rrikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra. Dak l-obbligu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ċar u preċiż<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Synthon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:565">EU:C:2008:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> seta’ jitqiegħed fid-dubju biss kieku l-oġġezzjoni dwar is-saħħa pubblika kienet tqajmet fi ħdan il-proċedura ssuġġerita, li ma seħħx f’dak il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni ta’ wara l-2004: proċedura ddeċentralizzata ġdida</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dak il-qafas, id-Direttiva 2004/27 l-ewwel immodifikat il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ qabel l-2004 u, it-tieni u iktar importanti, żiedet il-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzata</HT>. Għalhekk, skont il-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83, issa hemm żewġ proċeduri orizzontali li jippermettu lill-applikant jikseb awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq f’iktar minn Stat Membru wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Din il-kawża tirrigwarda l-proċedura ddeċentralizzata (li ġiet introdotta wara l-2004), li għandha tintuża sabiex tinkiseb <HT TYPE="ITALIC">simultanjament</HT> iktar minn awtorizzazzjoni waħda nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali <HT TYPE="ITALIC">li qatt ma ngħatat qabel</HT>. Dan jiddistingwi fundamentalment din il-proċedura ddeċentralizzata ġdida minn dik ta’ rikonoxximent reċiproku. Din il-proċedura tal-aħħar tinżamm taħt ir-reġim ta’ wara l-2004, imma l-użu tagħha jkompli jkun suġġett għall-kundizzjoni ta’ ħruġ minn qabel ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Artikolu 28(2) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Fejn il-prodott mediċinali jkun diġà rċieva awtorizzazzjoni għall-marketing fiż-żmien tal-applikazzjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzata</HT> hija prevista fl-Artikolu 28(3) <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83. L-istruttura tagħha hija kif ġej: l-applikant jagħżel wieħed mill-Istati Membri, li fih huwa jixtieq jikseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, sabiex jaġixxi bħala l-Istat Membru ta’ riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. Fi żmien 120 ġurnata, l-Istat Membru ta’ riferiment iħejji abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, abbozz ta’ sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u abbozz tat-tikkettjar u l-fuljett tal-pakkett (dawn id-dokumenti flimkien jissejħu, f’dawn il-konklużjonijiet, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>dokumenti relatati mal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). L-Istat Membru ta’ riferiment jibgħat dawk id-dokumenti lill-applikant u lill-Istati Membri kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Artikolu 28(3) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(4), fi żmien 90 ġurnata minn meta jirċievu d-dokumenti relatati tal-prodott, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japprovawhom u għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru ta’ riferiment b’dan. L-Istat Membru ta’ riferiment għandu jirreġistra l-ftehim, jagħlaq il-proċedura u jinforma lill-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28(5) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83, kull Stat Membru li fih ġiet sottomessa applikazzjoni taħt il-proċedura ddeċentralizzata għandu jadotta, fi żmien 30 ġurnata, deċiżjoni f’konformità mad-dokumenti approvati relatati mal-prodott. Sussegwentement huwa fil-fatt permezz ta’ deċiżjonijiet nazzjonali paralleli bħal dawn li tingħata l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq attwali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali fit-territorju ta’ kull Stat Membru individwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Jekk, madankollu, wieħed mill-Istati Membri kkonċernati ma jistax japprova d-dokumenti relatati mal-prodott minħabba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, tiġi attivata l-proċedura speċifika skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2001/83. Fl-ewwel pass, jekk ma jistax jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-kwistjoni tiġi rriferita lil grupp ta’ koordinazzjoni. Fit-tieni pass, jekk anki dak ifalli, il-kwistjoni tiġi rriferita lill-Aġenzija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Artikolu 29(4) u (5) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fil-pendenza tal-eżitu ta’ dik il-proċedura ta’ riferiment, l-Istati Membri li approvaw id-dokumenti relatati mal-prodott, fuq talba tal-applikant, jistgħu jawtorizzaw il-prodott mediċinali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Artikolu 29(6) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83. F’dan il-każ, l-awtorizzazzjoni mogħtija għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-proċedura pendenti dwar l-oġġezzjoni mqajma minn Stat Membru ieħor ikkonċernat.</P></NOTE>, imma għal darba oħra fir-rigward tat-territorju tagħhom biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk, biex tiġi ffinalizzata proċedura ddeċentralizzata konkreta, l-ewwel irid ikun hemm <HT TYPE="ITALIC">ftehim</HT> dwar id-dokumenti relatati mal-prodott mill-awtoritajiet kompetenti involuti. Huwa biss f’dak il-mument, fit-tieni pass, li kull wieħed minn dawk l-awtoritajiet li jkunu qablu jkollu l-obbligu li jadotta l-awtorizzazzjoni <HT TYPE="ITALIC">nazzjonali</HT> ta’ tqegħid fis-suq tiegħu nnifsu. Dawn id-deċiżjonijiet jinħarġu b’mod parallel, mingħajr ebda ordni partikolari, fil-limitu ta’ 30 ġurnata stabbilit fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fil-qosor, it-tħaddim ġenwin tal-proċedura ddeċentralizzata, minkejja li jifforma parti minn reġim indikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>pass importanti sabiex jinkiseb l-objettiv tal-moviment liberu ta’ prodotti mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Premessa 14 tad-Direttiva 2001/83. Ara wkoll il-premessi 4 u 5 tal-istess direttiva kif ukoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Synthon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:565">EU:C:2008:565</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, x’aktarx jibqa’ kemxejn ’il bogħod minn qafas proċedurali unifikat għas-suq intern fil-prodotti mediċinali. B’kuntrast mal-obbligu potenzjali li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti evidenzjarji kollha fl-Istati Membri kkonċernati, il-proċedura ddeċentralizzata ċertament fiha elementi ta’ simplifikazzjoni pożittivi. Madankollu, il-proċedura kif inhi bħalissa ma tistax tiġi deskritta bħala kwalunkwe forma ta’ rikonoxximent reċiproku awtomatiku u kategoriku: l-adozzjoni tad-deċiżjoni nazzjonali finali ssir suġġetta għall-ikkompletar ta’ pass intermedju, jiġifieri l-approvazzjoni tad-dokumenti relatati mal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ninnota ulterjorment li d-Direttiva 2004/27 estendiet dan il-mekkaniżmu f’żewġ stadji għall-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku biex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>jittejbu l-opportunaitajiet ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Skont il-premessa 11 tad-Direttiva 2004/27.</P></NOTE>. L-ispeċifiċitajiet tal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku huma deskritti fl-Artikolu 28(2) tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83. Fi kliem ieħor, ir-rikonoxximent reċiproku u l-proċeduri ddeċentralizzati ta’ wara l-2004 huma inkwadrati bl-istess regoli bażiċi li japplikaw mill-mument meta l-Istat Membru ta’ riferiment jibgħat id-dokumenti rispettivi relatati mal-prodott lill-Istati Membri kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>B’mod speċifiku, il-passi proċedurali skont il-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 28 tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83 huma l-istess. L-eċċezzjoni relatata mas-saħħa pubblika tapplika għaż-żewġ proċeduri wkoll.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Rikonoxximent reċiproku jew kodeċiżjoni?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-punt essenzjali ta’ din il-kawża huwa d-determinazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju ta’ konstatazzjoni magħmula fi proċedura ddeċentralizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kif ġie spjegat fit-taqsima preċedenti, mill-bidu tagħha fl-2004, din il-proċedura kienet b’mod ċar ta’ natura ibrida. Uħud mill-partijiet f’din il-kawża argumentaw li l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Synthon fir-rigward tal-proċedura ta’ <HT TYPE="ITALIC">rikonoxximent reċiproku ta’ qabel l-2004</HT> għandhom jiġu applikati wkoll għall-proċedura <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzata</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-importanza ġenerali tar-rikonoxximent reċiproku fl-Unjoni ma tantx tista’ tiġi eżaġerata. Għalhekk, ladarba deċiżjoni tkun ġiet debitament <HT TYPE="ITALIC">adottata</HT> minn Stat Membru, l-oħrajn għandhom jirrikonoxxuha, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ir-raġunament u l-loġika jistgħu jiġu applikati teknikament biss ladarba <HT TYPE="ITALIC">jkun hemm deċiżjoni</HT> maħruġa minn Stat Membru li oħrajn jirrikonoxxu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-iskop ta’ din l-introduzzjoni pjuttost twila u ddettaljata huwa biex jintwera li meta mqabbla mal-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ qabel l-2004, il-proċedura ddeċentralizzata hija sempliċiment ta’ tip u natura differenti. Fi proċedura ddeċentralizzata, l-Istati Membri kollha <HT TYPE="ITALIC">jipparteċipaw</HT> fl-elaborazzjoni tad-deċiżjoni tagħhom <HT TYPE="ITALIC">fl-istess ħin</HT>. Metaforikament, jingħad li t-tisjir mal-ħbieb ma huwiex l-istess bħal meta taqsam l-ikliet li diġà jkunu ġew ippreparati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-approċċ għall-kawża preżenti sempliċiment jeħtieġ li jiġi sfumat fid-dawl tan-natura mibdula tal-proċedura inkwistjoni. L-Artikoli 28 u 29 attwali tad-Direttiva 2001/83 huma differenti minn dawk applikabbli fi żmien il-fatti rilevanti għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Synthon. Dik il-kawża ġiet evalwata fid-dawl tal-verżjoni ta’ qabel l-2004 tad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-evoluzzjoni mill-verżjoni ta’ qabel l-2004 għal dik ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83 kienet immarkata dl-inklużjoni ta’ pass intermedju li daħħal lill-Istati Membri kkonċernati kollha fil-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ qabel l-awtorizzazzjoni. Jekk, fid-dawl tal-għan iddikjarat tal-emendi tal-2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Iktar ’il fuq, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 24.</P></NOTE>, dan kienx fil-fatt pass ’il quddiem f’termini ta’ armonizzazzjoni tar-regoli ta’ awtorizzazzjoni u l-proċeduri milħuqa qabel, jista’ jitħalla għall-evalwazzjoni tal-ġuristi. Minkejja dan, huwa ċar għall-iskop tal-każ preżenti li r-regoli tal-logħba nbidlu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li din is-sistema f’żewġ passi li tikkonsisti f’approvazzjoni kollettiva, li tiġi segwita minn awtorizzazzjonijiet nazzjonali għat-tqegħid fis-suq maħruġa b’mod parallel, tapplika taħt il-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83 mhux biss għall-proċedura ddeċentralizzata, iżda għar-rikonoxximent reċiproku wkoll. Għalkemm din il-proċedura tal-aħħar ma hijiex inkwistjoni fil-kawża preżenti, ninnota li l-loġika ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ qabel l-2004 tidher li mxiet lejn dak li jidher bħala mekkaniżmu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>kodeċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li jippreċedi kronoloġikament u huwa separat b’mod ċar mill-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li, għall-finijiet tal-kawża preżenti li tirrigwarda proċedura <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzata</HT>, l-approċċ meħud mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Synthon jibqa’ applikabbli b’analoġija biss mill-mument li jkun intlaħaq il-ftehim fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati (u l-Istat Membru ta’ riferiment) dwar id-dokumenti relatati mal-prodott. Madankollu, sakemm isir tali ftehim, l-obbligu li tingħata deċiżjoni sempliċiment ma jkunx attivat. Wisq inqas hemm <HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni</HT> li għandha tiġi rrikonoxxuta li tista’ tattiva l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Għal darba oħra ħlief fil-każ tax-xenarju skont l-Artikolu 29(6) fil-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE>. L-obbligu li tiġi adottata deċiżjoni, jew pjuttost id-deċiżjonijiet nazzjonali paralleli, jiġi attivat biss sussegwentement, ladarba jintlaħaq il-ftehim imsemmi iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat ukoll li ladarba l-ftehim dwar id-dokumenti relatati mal-prodott ikun intlaħaq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jistgħux b’mod unilaterali jeżaminaw u jevalwaw mill-ġdid dawk l-istess dokumenti. Ladarba jaqblu, ikunu marbuta. Huma għandhom obbligu espliċitu u preċiż biex jadottaw l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq tagħhom stess fit-terminu ta’ 30 ġurnata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda: Is-setgħat tal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fil-proċedura ta’ deċentralizzazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-awtorità kompetenti ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati tistax tevalwa, <HT TYPE="ITALIC">unilateralment</HT>, il-konstatazzjoni dwar l-iskadenza tal-perijodu ta’ esklużività tad-data miftiehem preċedentement fil-kuntest tal-proċedura ddeċentralizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kif diġà ssuġġerit iktar ’il fuq, ladarba l-Istati Membri kollha jkunu laħqu ftehim, huma ma jistgħux jibdew sussegwentement u unilateralment jeżaminawh mill-ġdid. Il-partijiet kollha fil-ftehim huma marbutin bit-termini ta’ dak il-ftehim. B’mod simili għal dak li nnotat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Franza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑145/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:490">EU:C:2012:490</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Din il-kawża kienet tirrigwarda dispożizzjoni analoga tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3).</P></NOTE>, huwa minn dan il-mument (approvazzjoni tad-dokumenti relatati mal-prodott) li l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati ma jistgħux jirrifjutaw li jsegwu jew jitbiegħdu mir-riżultat ta’ dak il-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Dik il-loġika bbażata fuq is-sentenza Synthon għadha valida. Madankollu tirrispondi biss nofs id-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali. It-tieni parti tad-domanda hija effettivament dwar id-dmirijiet u r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> ma jkun intlaħaq il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Sabiex nissuġġerixxi risposta għat-tieni parti ta’ dik id-domanda, li hija rilevanti wkoll għall-kwistjoni tal-ammissibbiltà u l-portata ta’ stħarriġ ġudizzjarju potenzjali, l-ewwel ser neżamina n-natura eżatta tal-kompetenza li l-Istati Membri kkonċernati jgawdu fil-proċedura (1). Imbagħad ser ngħaddi għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>riskju serju potenzjali għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>: skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2001/83, li hija l-unika oġġezzjoni possibbli li awtorità kompetenti tista’ tqajjem f’dan il-kuntest (2).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kompetenza tal-Istati Membri kkonċernati fil-proċedura ddeċentralizzata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet magħmula mill-partijiet f’din il-kawża qanqlu diversi approċċi għall-evalwazzjoni tal-portata tal-kompetenza tal-awtoritajiet kompetenti involuti fi proċedura ddeċentralizzata. B’ċertu grad ta’ simplifikazzjoni, jistgħu jiġu identifikati żewġ approċċi ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Taħt l-ewwel approċċ, il-loġika ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>rikonoxximent reċiproku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tidher ukoll li testendi għall-istadju ta’ qabel l-approvazzjoni. L-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jitqiesu bħala sempliċi awtoritajiet li jifformalizzaw, li ma humiex suppost li jintervjenu ġenwinament fl-evalwazzjoni magħmula matul l-istadju ta’ approvazzjoni minn qabel. Huma għandhom l-obbligu li japprovaw id-dokumenti li jintbagħtulhom mill-Istat Membru ta’ riferiment. Din hija, essenzjalment, il-pożizzjoni ta’ Helm, il-Gvern Ġermaniż u Spanjol, l-Irlanda, il-Gvern Finlandiż u Norveġiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Taħt it-tieni approċċ, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jaġixxu bħala parteċipanti fil-proċess tal-approvazzjoni. Huma jagħmlu iktar minn sempliċi approvazzjoni formali. Huma mistennija li jikkooperaw. Peress li huma intitolati li jżidu kontribut sostantiv dwar il-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni, dawn isiru responsabbli b’mod konġunt għall-eżitu. B’dan il-mod, il-proċess ta’ approvazzjoni jitqies bħala djalogu kooperattiv, iktar milli eżerċizzju mekkaniku copy-paste ta’ dak li inkella jitħejja mill-Istat Membru ta’ riferiment. Essenzjalment, din hija il-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni. F’dan is-sens, il-Kummissjoni tinnota li d-determinazzjoni tal-perijodu tal-protezzjoni tad-data tifforma parti mill-ftehim ġenerali li japprovaw l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proċedura ddeċentralizzata. Ladarba dan il-ftehim ikun intlaħaq, dawn<?PAGE NO="11"?> l-awtoritajiet ma’ jistgħux jitbiegħdu minnu. Bil-maqlub, Astellas Pharma tikkunsidra li hemm obbligu għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati biex jeżaminaw il-perijodu tal-protezzjoni tad-data meta jiddeċiedu dwar l-awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq. Bl-istess mod, il-Gvernijiet tal-Belġju u tar-Renju Unit jikkunsidraw li dawn l-awtoritajiet għandhom is-setgħa li jagħmlu din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, it-test, il-kuntest u l-loġika tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-verżjoni ta’ wara l-2004 tad-Direttiva 2001/83 jindikaw li dak li kellha f’moħħha l-leġiżlatura fil-proċess ta’ approvazzjoni qabel ma tintlaħaq deċiżjoni konġunta kien l-aħħar approċċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, li kieku is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kienu limitati għall-approvazzjoni mekkanika mingħajr ebda intervent fuq is-sustanza, ftit jagħmel sens li dawn jingħataw ukoll is-setgħa li jimblukkaw il-ftehim kollu darbtejn (l-ewwel il-kwistjoni tiġi rrinvijata lill-grupp ta’ koordinazzjoni u, fin-nuqqas ta’ ftehim hemmhekk, lill-Aġenzija). Għalfejn għandhom jiġu stabbiliti proċeduri pjuttost kumplessi fl-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/83, li l-iskop tagħhom huwa li jingħeleb in-nuqqas ta’ qbil fost l-awtoritajiet kompetenti, li kieku dawn l-awtoritajiet ma kinux mistennija jlissnu t-tħassib tagħhom, jekk iħossu li huwa xieraq?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>It-tieni nett, kull wieħed mill-Istati Membri huwa mistenni li jadotta awtorizzazzjoni separata ta’ tqegħid fis-suq fi tmiem il-proċess kollu. Li kieku r-rwol tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati kellu jkun ċċirkoskritt għal ikkupjar mekkaniku, ikun iktar loġiku li sempliċement jiġi pprovdut l-obbligu li tiġi rrikonoxxuta l-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq (fir-rigward tal-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku) jew id-dokumenti relatati mal-prodott kif stabbilit mill-Istat Membru ta’ riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Bħala kwistjoni ta’ prattika, jidher li l-applikant jidħol fi proċess informali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>validazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-applikazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati kollha (inkluż l-Istat Membru ta’ riferiment) sabiex jikkonferma li l-applikazzjoni li għandha tiġi sottomessa ma fihiex difetti li jagħmluha mhux tajba għall-proċedura. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Il-validazzjoni hija maqsuma bejn [l-Istat Membru ta’ riferiment] (kontroll sħiħ tal-validazzjoni) u CMS [l-Istat Membru kkonċernat] (lista limitata). Kemm is-CMS kif ukoll [l-Istat Membru ta’ riferiment] jibdew jivvalidaw b’mod parallel bl-użu tal-listi ta’ kontroll rispettivi. […]. CMS għandu jinforma kemm lill-applikant kif ukoll [lill-Istat Membru ta’ riferiment] permezz ta’ posta elettronika dwar kwalunkwe kwistjoni ta’ validazzjoni billi tuża l-lista ta’ kontroll ta’ CMS<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Ara d-dokument <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Procedural advice: Automatic validation of MR/Repeat-use/DC Procedures<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, Coordination Group for Mutual Recognition and Decentralised Procedures — Human, Ottubru 2016, Doc. Ref.: CMDh/040/2001/Rev.5, <HT TYPE="ITALIC">p. 1</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-adozzjoni tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali rispettivi ta’ tqegħid fis-suq, kull waħda minnhom b’validità territorjali proprja, għandha ssir fit-termini stabbiliti fl-Artikolu 28(5) tad-Direttiva 2001/83. Ninnota li, f’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti jitqiegħdu fuq l-istess livell, inkluż l-Istat Membru ta’ riferiment kif jixhed il-fatt li d-Direttiva 2001/83 ma tipprovdix għall-adozzjoni ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq li jseħħu f’ordni kronoloġiku stabbilit minn qabel. Għaldaqstant jista’ jiġri wkoll li l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fl-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati tinħareġ <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ riferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, huwa ċertament veru li l-Istat Membru ta’ riferiment għandu rwol distint fil-proċess kollu, kif issottomettew xi wħud mill-partijiet f’din il-proċedura. Huwa jipprepara l-abbozz ta’ dokumenti relatati mal-prodott. Il-linji gwida tal-Coordination Group for Mutual Recognition and Decentralised Procedures — Human (il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għal Rikonoxximent Reċiproku u Proċeduri Ddeċentralizzati – Bniedem) jissuġġerixxu wkoll li l-Istati Membri kkonċernati għandhom joqogħdu fuq l-evalwazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferiment li jistabbilixxi d-djalogu bejniethom u l-applikant<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Best Practice Guide for decentralised and mutual recognition procedures, Coordination Group for Mutual Recognition and Decentralised Procedures – Human, April 2013, Dok. Ref.: CMDh/068/1996/Rev.1, ara p. 2, speċjalment il-punti 10 u 11.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, għal darba oħra, dan ma jfissirx li l-Istati Membri kkonċernati ma għandhom l-ebda rwol f’dan. Huma jibqgħu taħt l-obbligu li jikkomunikaw kull riskju serju għas-saħħa pubblika u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>punti għal kunsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, p. 2, punt 10.</P></NOTE>. Bħala riżultat, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jitqiesu bħala postijiet tal-evalwazzjoni sekondarja tal-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Istat Membru ta’ riferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Ir-rapporti għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu evalwazzjoni sekondarja minn esperti ta’ Stati Membri oħra.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> Ara l-Best Practice Guide on the Assessment Report for mutual recognition and decentralised procedures, Coordination Group for Mutual Recognition and Decentralised Procedures – Human, Jannar 2017, <HT TYPE="ITALIC">Doc. Ref.: CMDh/073/2003</HT>, Rev.5, p. 3.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ikkunsidra l-fatt li awtorità ta’ Stat Membru kkonċernat tikkontribwixxi għal, u tista’ tieħu pożizzjoni awtonoma fi ħdan il-proċess ta’ approvazzjoni. Dan joħroġ ukoll permezz tal-possibbiltà, mogħtija fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva 2001/83, għal ċerti Stati Membri kkonċernati li joħorġu awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq, b’mod partikolari, dawk li approvaw id-dokumenti relatati mal-prodott, fil-każ li Stat Membru kkonċernat ieħor kien qajjem oġġezzjoni relatata mas-saħħa, u dik l-oġġezzjoni kienet għadha suġġetta għall-proċedura applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>B’hekk, bl-emendi tal-2004, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa djalogu orizzontali bejn l-awtoritajiet rispettivi. L-awtoritajiet nazzjonali ngħataw il-possibbiltà li jintervjenu sakemm il-proċess ta’ approvazzjoni jkun miftuħ, jiġifieri, sakemm jiġu approvati d-dokumenti relatati mal-prodott<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Jista’ jingħad ukoll li n-natura kooperattiva tal-proċess ikkontemplata toħroġ ukoll mill-istorja leġiżlattiva tal-emenda tal-2004, jiġifieri mid-deskrizzjoni magħmula f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni fil-Proposta COM (2001) 404 finali (proposta li eventwalment wasslet għad-Direttiva 2004/27) fejn ġie ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku ġiet ikkritikata minħabba diffikultajiet li nqalgħu fil-prattika. Taħt is-sistema preżenti, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu awtorizzazzjoni inizjali mogħtija mill-Istat Membru ta’ riferiment. Huwa <HT TYPE="ITALIC">dejjem iktar diffiċli li wieħed imur lura għal deċiżjoni xjentifika milli tittieħed deċiżjoni inizjali konġunta bħala parti minn proċedura ta’ kooperazzjoni xjentifika</HT>. Ikun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Membri qabel ma tittieħed id-deċiżjoni fuq il-bażi tal-evalwazzjoni mwettqa minn wieħed minnhom<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (enfasi miżjuda) [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-qosor: is-sistema pprovduta fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83 hija sistema bbażata fuq il-loġika ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>kodeċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. F’dik is-sistema, l-awtoritajiet parteċipanti kollha għandhom jilħqu ftehim dwar it-tliet tipi ta’ dokumenti msemmija f’dik id-dispożizzjoni. Huwa biss ladarba dak il-ftehim ikun intlaħaq (bħala att intermedju, preparatorju u intern) li l-awtoritajiet kompetenti jipproċedu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali individwali ta’ tqegħid fis-suq. Filwaqt li kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti għandha taġixxi konformement mad-dokumenti approvati relatati mal-prodott, il-passi suċċessivi tagħhom fis-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom huma fil-biċċa l-kbira indipendenti minn xulxin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">X’inhu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Wara li ġiet iċċarata n-natura tal-proċedura skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83, issa ngħaddi għall-kwistjoni tal-oġġezzjoni(jiet) li tista’ titqajjem (jistgħu jitqajmu) fl-istadju ta’ qabel il-ftehim. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati jistgħu effettivament ilissnu kwalunkwe tħassib dwar kalkolu potenzjalment skorrett tal-perijodu tal-protezzjoni tad-data mill-awtorità tal-Istat Membru ta’ riferiment?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2001/83 jipprovdi tip wieħed biss ta’ oġġezzjoni potenzjali li tista’ titqajjem mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) f’dak il-proċess: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Jiena prontament nirrikonoxxi li oġġezzjoni potenzjali fformulata b’dan il-mod ma tidhirx, mad-daqqa ta’ għajn, wiesgħa żżejjed. Sa ċertu punt, il-formulazzjoni ta’ dik l-eċċezzjoni tidher li għandha għeruq sodi fil-vokabularju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ qabel l-2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>B’mod simili għas-sitwazzjoni ta’ qabel l-2004. Ara l-Artikolu 29 tal-verżjoni ta’ qabel l-2004 tad-Direttiva 2001/83 u s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Synthon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:565">EU:C:2008:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, bħal fil-każ ta’ elementi oħra tad-Direttiva 2001/83 fil-verżjonijiet tagħha ta’ qabel l-2004 u ta’ wara l-2004, il-qoxra ta’ barra ma tikkorrispondix għal kollox mal-kontenut ta’ ġewwa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalkemm il-lingwa ta’ dik l-eċċezzjoni għadha fl-isfera ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>rikonoxximent reċiproku<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> ta’ qabel l-2004, il-Linja Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 maħruġa skont l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva 2001/83 li tlaħħam dak il-kunċett hija kunsiderevolment iktar ġeneruża fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Linja gwida dwar id-definizzjoni ta’ riskju serju potenzjali għas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2001/83, Linja gwida dwar id-definizzjoni ta’ riskju serju potenzjali għas-saħħa pubblika fil-kuntest tal-Artikolu 29(1) u (2) tad-Direttiva 2001/83/KE — Marzu 2006 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 C 133, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. B’analoġija ma’ dak li ddikjarajt banda oħra, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni ċertament ma humiex vinkolanti legalment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi għall-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑629/15 P u C‑630/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:1003">EU:C:2016:1003</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) fejn għamilt riferiment għall-istess pożizzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali Wahl għall-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Olainfarm</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑104/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:342">EU:C:2014:342</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu l-Linja Gwida tal-Kummissjoni inkwistjoni tipprovdi kjarifika utli dwar il-kamp ta’ applikazzjoni possibbli tal-kunċett inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Meta titqies il-portata ta’ dak li jista’ jaqa’ taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, il-Linja Gwida tal-2006 xejn ma hija restrittiva. Ninnota li l-Linja Gwida tinkludi lista komprensiva ta’ kull aspett possibbli li jista’ jiġi eżaminat biex jiġi skopert jekk il-prodott mediċinali partikolari jirrappreżentax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Minbarra kwistjonijiet bħall-effikaċja, is-sigurtà, il-kwalità u l-evalwazzjoni kumplessiva tar-riskju u l-benefiċċju, ma’ dawk kollha (kunċetti li huma diġà pjuttost wiesgħin u indeterminati) barra li huma wkoll sempliċement illustrattivi, ninnota li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>informazzjoni dwar prodott<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>qarrieqa jew skorretta kemm għal dawk li jippreskrivu jew il-pazjenti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, hija wkoll fost il-kwistjonijiet eżaminati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Tista’ l-kwistjoni tal-perijodu ta’ esklużività tad-data taqa’ taħt kunċett ta’ saħħa pubblika kkonċepit b’mod tant wiesa’?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Ir-risposta intuwittiva inizjali għal dik il-mistoqsija x’aktarx li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>le<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. L-iskadenza tal-protezzjoni tad-data ta’ parti terza tista’ tkun kwistjoni tal-applikazzjoni korretta tal-liġi, inċentivi xierqa biex tiġi stimulata l-innovazzjoni, jew id-dritt għall-proprjetà. Iżda ma hijiex verament kwistjoni ta’ saħħa pubblika għall-iskop tar-reġistrazzjoni ta’ prodott mediċinali ġeneriku ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Madankollu, hemm livell iktar profond għall-evalwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>riskju potenzjali serju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Peress li dak li qed jintalab huwa l-awtorizzazzjoni ta’ prodott ġeneriku, dan il-proċess jiddependi fuq id-data eżistenti tal-prodott ta’ riferiment. Issa jekk il-perijodu tal-protezzjoni tad-data ma jkunx għadu skada, allura ma hemmx data li wieħed jista’ jistrieħ fuqha. Jekk id-data rilevanti għadha ma tistax tiġi kkonsultata, huwa loġikament impossibbli li ssir kwalunkwe evalwazzjoni xjentifika tal-prodott mediċinali ġeneriku inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Għalhekk naqbel fis-sustanza ma’ argumenti mressqa mill-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Renju Unit fis-sottomissjonijiet tagħhom. L-impossibbiltà li jsir riferiment għad-data ta’ prodott mediċinali ta’ riferiment loġikament ifixkel, fil-fehma tiegħi, l-evalwazzjoni ta’ riskju għas-saħħa pubblika tal-prodott ġeneriku. B’dan il-mod, il-ftehim dwar l-iskadenza tal-perijodu ta’ esklużività tad-data huwa, b’ċertu mod, parti preliminari, iżda indispensabbli, mill-proċess ta’ approvazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, inqis li, b’risposta għall-ewwel domanda preliminari magħmula, l-Artikoli 28(5) u 29(1) tad-Direttiva 2001/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, waqt li taġixxi fil-proċedura ddeċentralizzata għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali ġeneriku, ma hijiex kompetenti, meta toħroġ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq bis-saħħa tal-Artikolu 28(5) tad-Direttiva 2001/83, biex tiddetermina unilateralment iż-żmien li minnu jibda jgħaddi l-perijodu ta’ esklużività tad-data għall-prodott mediċinali ta’ riferiment. Madankollu, din l-awtorità tieħu sehem f’dik l-evalwazzjoni fi stadju iktar kmieni fil-proċedura ddeċentralizzata bis-saħħa tal-Artikolu 28(3) u (4) tad-Direttiva 2001/83. Il-parteċipazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat fil-proċess ta’ approvazzjoni tagħmel dik l-awtorità koresponsabbli għad-dokumenti approvati f’dik il-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda: Ammissibbiltà u kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju fl-Istat Membru kkonċernat</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ma jistgħux jiddeċiedu b’mod unilaterali dwar kwistjonijiet koperti mid-dokumenti approvati, bħall-perijodu ta’ esklużività tad-data. Dawn il-kwistjonijiet jiġu ddeterminati b’mod kollettiv, permezz tal- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>mekkaniżmu ta’ kodeċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83. F’dak il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>mekkaniżmu ta’ kodeċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jikkoapprovaw u jsiru koresponsabbli għad-dokumenti li jirriżultaw relatati mal-prodott, li sussegwentement għandhom jiġu inkorporati f’awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq paralleli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Peress li r-risposta ssuġġerita għall-ewwel domanda preliminari titlaq parzjalment (jew pjuttost tmur lil hinn) mill-kliem eżatt tad-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali, hemm bżonn li tingħata risposta għat-tieni domanda preliminari. It-tieni domanda magħmula mill-qorti nazzjonali tistaqsi dwar l-ammissibbiltà u l-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-kontenut ta’ dokumenti relatati mal-prodott, bħad-determinazzjoni tal-perijodu ta’ esklużività tad-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda r-risposta għat-tieni domanda, is-sottomissjonijiet magħmula f’dawn il-proċeduri wkoll ivarjaw kunsiderevolment. Raġunament wieħed isostni li l-istħarriġ ġudizzjarju għandu jkun <HT TYPE="ITALIC">iċċentralizzat</HT> quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ riferiment. Din hija essenzjalment il-pożizzjoni li tieħdu Helm, kif ukoll il-Gvern Ġermaniż u Spanjol, l-Irlanda u l-Gvern Finlandiż u Norveġiż. Hemm sfumatura ulterjuri f’din il-linja ta’ raġunament ibbażata fuq id-distinzjoni dwar jekk reviżjoni bħal din għandhiex titwettaq fir-rigward ta’: (i) ir-rapport ta’ evalwazzjoni approvat mill-awtoritajiet nazzjonali parteċipanti kollha; jew (ii) id-deċiżjoni nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq adottata mill-Istat Membru ta’ riferiment. Taħt iż-żewġ xenarji, imma forsi b’mod iktar qawwi f’dan tal-aħħar, il-kwistjoni li jmiss li tirrigwarda t-tnejn għandha tkun kif jiġu attivati effetti legali transkonfinali ta’ stħarriġ bħal dan. Jekk kien hemm, wara l-istħarriġ ġudizzjarju fl-Istat Membru ta’ riferiment, modifika tad-deċiżjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq nazzjonali adottata f’dak l-Istat Membru ta’ riferiment, għalfejn u kif għandu jiġi kkunsidrat l-eżitu tiegħu fi kwalunkwe Stat Membru kkonċernat ieħor? Fil-kuntest ta’ din il-kawża partikolari, x’effett potenzjali jista’ stħarriġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq Daniż li tirrigwarda lil Alkybend ikollu fuq l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq adottata fl-2014 mill-FIMEA?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Din il-linja ta’ raġunament tidher li hija bbażata fuq il-premessa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Diskussa iktar ’il fuq fil-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> li fi ħdan il-proċedura ddeċentralizzata, l-Istat Membru ta’ riferiment għandu rwol ċentrali u konklużiv fl-evalwazzjoni xjentifika tal-applikazzjoni. Għalhekk, kwalunkwe żball allegat fid-dokumenti approvati għandu jkun attribwibbli għal u kontestabbli biss f’dak l-Istat Membru. Jekk jirnexxi, ir-riżultat ta’ dik<?PAGE NO="15"?> il-kontestazzjoni jiġi (jew saħansitra għandu jiġi) imbagħad irreplikat mill-Istati Membri l-oħra kkonċernati kollha fl-awtorizzazzjonijiet nazzjonali tagħhom ta’ tqegħid fis-suq. F’din il-kawża, dan ikun ifisser li l-istħarriġ ġudizzjarju jkun ammissibbli biss fid-Danimarka, u r-riżultati potenzjali tiegħu għandhom jitqiesu fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Ir-raġunament l-ieħor jaċċetta l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri kkonċernati. Dawn jistgħu jkunu differenti fil-kuntest ta’ dak l-istħarriġ, iżda huwa aċċettat li hekk kif kull Stat Membru jadotta d-deċiżjonijiet amministrattivi nazzjonali individwali tiegħu, għandu jkun hemm ukoll, bħala kwistjoni ta’ prinċipju, il-possibbiltà li jiġu mistħarrġa dawn id-deċiżjonijiet f’kull wieħed mill-Istati Membri li jadottahom. Din il-pożizzjoni ġiet sostnuta essenzjalment minn Astellas Pharma, mill-Gvern tar-Renju Unit, kif ukoll mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Ikolli nammetti li għal numru ta’ raġunijiet ta’ prinċipju kif ukoll prattiċi, naqbel mar-raġunament ta’ dawn tal-aħħar: ma narax għażla oħra ħlief li nissuġġerixxi li fi proċedura <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzata</HT>, fejn kull waħda mill-awtoritajiet nazzjonali tadotta deċiżjoni formalment indipendenti amministrattiva valida esklużivament fit-territorju nazzjonali tagħha, għandu jkun disponibbli <HT TYPE="ITALIC">stħarriġ ġudizzjarju</HT> ddeċentralizzat fir-rigward ta’ kull waħda mid-deċiżjonijiet amministrattivi nazzjonali individwali. Loġikament, in-natura tal-istħarriġ għandha ssegwi n-natura tad-deċiżjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Proċedura amministrattiva <HT TYPE="NORMAL">ddeċentralizzata</HT> bi stħarriġ ġudizzjarju <HT TYPE="NORMAL">ċċentralizzat</HT>?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Hemm żewġ problemi sostanzjali fil-proposti li jaqgħu taħt l-ewwel approċċ stabbilit iktar ’il fuq fil-punt 83 ta’ dawn il-konklużjonijiet. L-ewwel waħda hija l-assenza ta’ kwalunkwe bażi legali bil-miktub għal kwalunkwe waħda minn dawk il-proposti. It-tieni, anki li kieku wieħed kien lest li jinjora problemi bħal dawn, <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>, hemm numru ta’ problemi prattiċi li jista’ jqajjem tip ta’ stħarriġ ġudizzjarju tabilħaqq ġdid bħal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Ngħaddi l-ewwel għas-suġġeriment dwar il-possibbiltà li jiġi kkontestat ir-rapport ta’ evalwazzjoni (jew dokumenti oħra relatati mal-prodott), preżumibbilment fl-Istat Membru ta’ riferiment, kif jargumentaw il-Gvern Spanjol u dak Finlandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ninnota li l-proċess ta’ approvazzjoni jikkonsisti f’komunikazzjoni (kemxejn ifformalizzata) fost l-awtoritajiet amministrattivi rispettivi tal-Istati Membri kkonċernati u l-Istat Membru ta’ riferiment. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq jista’ lanqas biss ikun konxju tal-fatt li tkun inbdiet proċedura ddeċentralizzata u li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>mekkaniżmu ta’ kodeċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> jkun ġie attivat. Jekk id-detentur ikun konxju, x’aktarx ma jkunx parti fil-proċedura skont id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83, huwa biss l-applikant għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li jiġi mgħarraf mill-awtorità tal-Istat Membru ta’ riferiment dwar il-ftehim milħuq fil-proċedura.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Anki jekk id-detentur isir konxju ta’ dak il-fatt (minħabba li, fuq livell prattiku, dak id-detentur x’aktarx jipprevedi l-mument tal-iskadenza tal-perijodi ta’ esklużività tad-data differenti tal-prodotti mediċinali tiegħu), x’aktarx li jinħolqu diffikultajiet ġeneralment f’numru ta’ sistemi legali tal-Istati Membri fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tiegħu. Naturalment tkun kwistjoni tal-liġi proċedurali tal-Istat Membru ta’ riferiment partikolari jekk id-detentur huwiex permess li jikkontesta r-rapport ta’ evalwazzjoni jew le. F’għadd ta’ Stati Membri, huwa pjuttost probabbli li dak ir-rapport jista’ jiġi kklassifikat bħala att preparatorju u għalhekk mhux suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju. Hija l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq finali, ifformalizzata, f’dak l-Istat Membru li x’aktarx titqies bħala att ikkontestabbli taħt id-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Għal kwistjonijiet simili fil-qasam tal-akkwist pubbliku, ara l-konklużjonijiet tiegħi għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marina del Mediterráneo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑391/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:651">EU:C:2016:651</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, ir-regoli dwar il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> x’aktarx li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk, l-interpretazzjoni tas-sistema ta’ stħarriġ ġudizzjarju fi proċedura ddeċentralizzata dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat Membru ta’ riferiment, li jista’, ipotetikament, jiġi eżerċitat fir-rigward ta’ dokument bħar-rapport ta’ evalwazzjoni, bilfors toħloq lakuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>B’kuntrast, dawn il-kwistjonijiet ma għandhomx, bħala prinċipju, jinqalgħu fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju dirett kontra d-<HT TYPE="ITALIC">deċiżjoni nazzjonali</HT> (finali) <HT TYPE="ITALIC">ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq</HT> adottata mill-Istat Membru ta’ <HT TYPE="ITALIC">riferiment</HT>. Madankollu, f’dan l-aħħar każ, imbagħad tqum sensiela ta’ kwistjonijiet serji oħra, relatati man-natura territorjali ta’ kull waħda mill-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq u n-natura territorjali korrelatata meħtieġa tal-istħarriġ ġudizzjarju mwettaq f’dawk l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Bħala punt tat-tluq, ma huwiex ċar għalija x’inhu dak li d-detentur tal-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq suppost jikkontesta fix-xenarju bħal dak fil-kawża prinċipali. Astellas Pharma tixtieq tikkontesta d-deċiżjoni tal-FIMEA. Bilfors wieħed jistaqsi għalfejn tali azzjoni għandha tinbeda fid-Danimarka. Anki li kieku wieħed kellu jikkunsidra s-suġġeriment li l-qrati Daniżi jistgħu (indirettament jew saħansitra direttament?) jevalwaw il-legalità ta’ deċiżjoni adottata minn regolatur Finlandiż, huwa diffiċli li wieħed jipperċepixxi kif l-effetti (b’mod ċar extraterritorjali) ta’ tali deċiżjoni jiġu sussegwentement <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>trasposti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> fil-Finlandja. Xi jkunu eżattament l-effetti ta’ sentenza mogħtija minn qorti Daniża fil-Finlandja? Tista’, b’interpretazzjoni pjuttost espansjonista tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali u sinċiera fost l-Istati Membri, tikkawża awtomatikament l-annullament tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq Finlandiża? Minn min? Jew il-FIMEA jkollha l-obbligu li tibda proċeduri <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> biex tannulla u/jew tirrevedi d-deċiżjoni tagħha stess?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Huma kemm huma problematiċi, tali kunsiderazzjonijiet ikunu limitati għal każijiet fejn illegalità potenzjali tkun preżenti fiż-żewġ deċiżjonijiet jew dawk kollha paralleli adottati mill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi. Imma xi jkun il-mod korrett li wieħed jipproċedi li kieku ried jikkontesta l-partijiet tad-deċiżjoni tal-FIMEA li huma <HT TYPE="ITALIC">purament nazzjonali</HT>? Eżempji jinkludu difetti proċedurali, jew determinazzjoni sostantiva li ma tkunx koperta mid-dokumenti approvati relatati mal-prodott, pereżempju, it-tul tal-perijodu ta’ esklużività tad-data, li fir-reġim tranżitorju ta’ qabel l-2004 jew wara l-2004 jista’ jkun differenti minn Stat Membru għal ieħor. L-applikant f’każijiet bħal dawn għandu jkun obbligat li jmur quddiem il-qrati Daniżi sabiex jikkontesta l-irregolaritajiet potenzjali li jirrigwardaw biss l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq Finlandiża? Dan jagħmel lill-qrati Daniżi kompetenti sabiex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet tad-dritt Finlandiż?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Peress li dan huwa argument li ma tantx jista’ jiġi difiż, ġiet diskussa ċerta għażla <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>intermedja<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fis-sottomissjonijiet ta’ xi partijiet u waqt is-seduta. Din l-għażla essenzjalment tkun qed taqsam l-istħarriġ ġudizzjarju f’żewġ partijiet: (i) il-parti tad-deċiżjoni li materjalment hija koperta mill-kuntest tad-dokumenti relatati mal-prodott approvati fil-proċedura ddeċentralizzata; u (ii) il-parti purament nazzjonali. L-istħarriġ tal-ewwel parti għandu jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>iċċentralizzat<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, jiġifieri, isir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta’ riferiment. L-istħarriġ tat-tieni parti jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>iddeċentralizzat<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, jiġifieri, ikun kwistjoni għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Ċertament, suġġeriment bħal dan itaffi wħud mill-kwistjonijiet identifikati minn qabel, għallinqas fuq il-livell ta’ prinċipju. Madankollu, apparti mill-problema persistenti tan-nuqqas ta’ bażi legali għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-argumenti, għandi riżervi kunsiderevoli dwar il-possibbiltà prattika li naqta’ linji ċara u prevedibbli bejn elementi purament nazzjonali u oħrajn. Xi ngħidu dwar elementi li għandhom ċerta bażi fil-ftehim oriġinali, iżda li ġew żviluppati ulterjorment? Xi ngħidu dwar l-elementi ta’ diskrezzjoni? U fuq kollox, kif jista’ d-detentur inizjali tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq iħoll dawn l-elementi kollha, sabiex jiddeċiedi fejn għandha titressaq il-kawża?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Mhux ta’ b’xejn li r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni, sew fl-allokazzjoni tal-kompetenza b’mod vertikali (bejn l-Unjoni u l-Istati Membri) kif ukoll b’mod orizzontali (fost l-Istati Membri) għandhom tendenza li jkunu primarjament ibbażati fuq l-element formali tal-awtur ta’ att (min ħareġ l-att li qed jiġi kkontestat) iktar milli jkun hemm tentattiv biex jinħallu l-elementi sostantivi individwali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Finalment, dawk il-kwistjonijiet problematiċi kollha kienu bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-atturi individwali kollha jaqblu, jirrikonoxxu l-awtorità ta’ xulxin, u jikkooperaw u jikkonformaw <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>. Imma x’jiġri li kieku ma jagħmlux hekk? Immaġina li fl-Istat Membru ta’ riferiment, l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa f’dak l-istat tista’ tiġi mistħarrġa u l-qorti tasal għall-konklużjoni li l-awtorità amministrattiva inkwistjoni applikat il-liġi b’mod żbaljat. Madankollu, meta jaqraw dik id-deċiżjoni, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux ma’ din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe ordinament ġuridiku funzjonali speċifiku, huwa f’dan il-mument li l-awtorità formali tipprevali fuq raġunijiet sostantivi. Deċiżjoni ġudizzjarja finali għandha tiġi segwita mill-awtorità amministrattiva li topera fl-istess ordinament ġuridiku irrispettivament min-nuqqas ta’ qbil sostantiv ta’ din tal-aħħar. Fil-qosor, l-ostakolu bażiku u li ma jistax jingħeleb għar-risposta għat-tieni domanda magħmula mill-qorti nazzjonali fil-mod propost mill-ewwel raġunament huwa l-assenza sempliċi ta’ kwalunkwe awtorità formali aħħarija bħal din<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Jiena lest li naċċetta t-tikketta (ċertament negattiva ħafna għal xi wħud) ta’ avukat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>tradizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> jew saħansitra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>pożittivist<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li jemmen li sabiex sistema legali taħdem b’mod korrett, l-awtorità formali u l-ġerarkija huma importanti. Intriganti kemm huma fuq livell ta’ argumenti astratti fit-teorija legali, m’iniex ċert li risposta li trid timplementa l-prinċipji (ikun x’ikun il-fluss) ta’ pluraliżmu legali Ewropew tkun ta’ għajnuna kbira għall-qorti nazzjonali f’din il-kawża (biex ma ngħidu xejn dwar l-għoti ta’ gwida konkreta u utli għax-xogħol tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali fl-evalwazzjoni tagħhom ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni).</P></NOTE> fuq livell orizzontali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Għall-finijiet ta’ kompletezza, jista’ jingħad li r-risposta proposta minn xi partijiet f’din il-kawża hija li, kieku kien hemm xi tilwima dwar il-kalkolu tal-perijodu ta’ esklużività tad-data u l-validità tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa għall-prodott mediċinali ta’ riferiment fil-każ individwali bejn żewġ Stati Membri jew iktar, dik id-domanda jkollha tintbagħat b’mod obbligatorju lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE. Dan ma jipprovdix risposta strutturali. Il-funzjoni tal-mekkaniżmu tat-talba għal deċiżjoni preliminari mwaqqaf mit-Trattat hija li tiġi pprovduta interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni u l-evalwazzjoni tal-validità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mhux biex jiġu solvuti każijiet individwali quddiem il-qrati nazzjonali, u inqas u inqas biex ikun hemm arbitraġġ f’tilwim essenzjalment fattwali bejn l-Istati Membri f’każijiet individwali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Proċedura <HT TYPE="NORMAL">ddeċentralizzata</HT> tfisser stħarriġ <HT TYPE="NORMAL">iddeċentralizzat</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Dan kollu jwassalni għal konklużjoni sempliċi: proċedura amministrattiva <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzata</HT> għandha tiġi segwita minn stħarriġ ġudizzjarju <HT TYPE="ITALIC">ddeċentralizzat</HT>. Ċertament, ma hemm ebda dubju li l-bażi tal-awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq aħħarija hija waħda komuni, maqbuda fid-dokumenti approvati relatati mal-prodott li l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri parteċipanti huma marbuta li jinkludu f’deċiżjonijiet nazzjonali. Madankollu, ma hemm ebda dubju wkoll li l-atti aħħarija li jiġġeneraw effetti legali fit-territorju ta’ kull Stat Membru involut huma, u jibqgħu, l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali rispettivi ta’ tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet kollha spjegati fit-taqsima preċedenti, mhux biss fir-rigward tal-osservanza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, iżda pjuttost bħala kwistjoni ta’ loġika bażika tas-sistema, jien ma narax għażla oħra għajr li nafferma l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju parallel u sħiħ tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq rispettiva maħruġa fi kwalunkwe Stat Membru bħala riżultat tal-proċedura ddeċentralizzata, b’mod speċifiku fl-Istati Membri ta’ riferiment u kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-perspettiva tal-istruttura ġenerali tal-proċedura, ma hemm xejn rivoluzzjonarju f’dak l-argument jekk wieħed iqis il-parteċipazzjoni preċedenti tal-Istati Membri kkonċernati kollha fil-proċedura ddeċentralizzata. Kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tipparteċipa fil-proċedura. Kull waħda minnhom għandha tapprova d-dokumenti relatati mal-prodott. Jekk ma<?PAGE NO="18"?> jaqblux, kull waħda minnhom hija intitolata li timblokka l-proċess u titlob li tibda l-proċedura ta’ konċiljazzjoni l-ewwel, jew saħansitra wara li l-kwistjoni titressaq quddiem l-Aġenzija. Kull waħda minnhom għandha l-obbligu li tagħti deċiżjoni nazzjonali separata li tittrasforma dak li ġie miftiehem preċedentement f’att amministrattiv nazzjonalment rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>F’kuntest bħal dan, jidhirli li huwa raġonevoli u ġust li kull waħda minn dawn l-awtoritajiet tista’ tintalab tiddefendi l-eżitu tad-deliberazzjoni konġunta tagħhom quddiem il-qrati nazzjonali rispettivi tagħhom. Biex niġi lura għall-metafora tat-tisjir: l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jistgħux jitqiesu li huma obbligati jservu ikla li kienet sfurzata fuqhom. Huma kienu fil-kċina meta kienet qed tiġi ppreparata u setgħu jgħidu tagħhom fuq x’kien qed jissajjar. Huma għalhekk koresponsabbli għall-kwalità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Nirrikonoxxi li s-soluzzjoni li nirrakkomanda tista’ twassal għal partikolariżmu. Il-qrati ta’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jadottaw il-fehma tagħhom stess dwar kwistjonijiet bħad-determinazzjoni korretta tal-perijodu ta’ esklużività tad-data. Jista’ jkun hemm sentenzi kunfliġġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Madankollu, hemm żewġ tweġibiet għal din l-oġġezzjoni, apparti mill-fatt bażiku tan-nuqqas ta’ alternattivi aħjar. Fl-ewwel lok, din hija sempliċiment il-konsegwenza neċessarja ta’ sistema ddeċentralizzata skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/83. Din hija l-konsegwenza ta’ sistema komposta minn awtorizzazzjonijiet nazzjonali separati ta’ tqegħid fis-suq. Il-fatt li dawn kollha huma relatati ma’ dokumenti sottostanti relatati mal-prodott ippreparati u approvati b’mod kollettiv ma jneħħix in-natura poliċentrika tal-fażi aħħarija tal-proċess sħiħ ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Jekk, kif numru ta’ intervenjenti f’din il-kawża ssuġġerew, hemm il-ħtieġa imperattiva li jiġi stabbilit suq intern kompletament operattiv u unifikat għal prodotti mediċinali, li għalih l-istħarriġ ġudizzjarju ddeċentralizzat, hekk mifhum, ikun ta’ ostakolu, forsi jkun ideali li jitlissnu dawn il-ħtiġijiet lil-leġiżlatura Ewropea u tinbeda l-adozzjoni ta’ qafas leġiżlattiv xieraq li jirrifletti dawk il-ħtiġijiet. Madankollu nsibha inaċċettabbli li l-ewwel jiġi aċċettat qafas leġiżlattiv li huwa pjuttost iddeċentralizzat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-evoluzzjoni wara l-emenda tal-2004 iktar ’il fuq fil-punti 51 u 69.</P></NOTE>, u wara jintuża l-argument tal-ħtieġa ta’ qafas uniformi biex effettivament l-applikanti individwali jiċċaħħad mill-protezzjoni legali fi ħdan dak il-qafas ippartikolarizzat leġiżlattivament. Fi kliem sempliċi, l-integrazzjoni tas-suq ma hijiex raġuni tajba sabiex jinħolqu abbissi bla qiegħ fil-protezzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ninnota li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinfurmaw lil xulxin abbażi tar-regoli speċifiċi tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-Artikolu 122 tad-Direttiva 2001/83.</P></NOTE> kif ukoll fi ħdan l-obbligu ġenerali ta’ kooperazzjoni leali kif iddefinit fl-Artikolu 4(3) TUE. Għalhekk, jekk xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat tiskopri kwistjoni li tista’ taffettwa l-korrettezza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq mogħtija minn Stati Membri oħra kkonċernati inkluż l-Istat Membru ta’ riferiment, dik l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-kontropartijiet tagħha b’dan. Dan jista’ jwassal għal kunsiderazzjoni mill-ġdid ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq eżistenti permezz, pereżempju, ta’ mekkaniżmu ta’ stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> skont id-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju qajmet domanda sussidjarja speċifika dwar il-kompetenza tal-qorti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tistħarreġ il-legalità tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq oriġinali mogħtija fi Stat Membru ieħor, inkluża l-kompatibbiltà mad-Direttiva 2001/83.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Konformement mal-limiti territorjali li għalihom hija suġġetta l-proċedura ddeċentralizzata u l-loġika ġenerali tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju, jiena tal-fehma li l-legalità għandha tiġi evalwata fl-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li r-risposta għat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tkun li l-qrati tal-Istat Membru kkonċernat huma kompetenti, meta jiddeċiedu dwar appell ippreżentat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali ta’ riferiment, sabiex jistħarrġu determinazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru kkonċernat fir-rigward taż-żmien li minnu jibda jiddekorri l-perijodu ta’ esklużività tad-data. Madankollu, dik il-qorti nazzjonali ma tistax tistħarreġ il-legalità tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq oriġinali mogħtija fi Stat Membru ieħor, peress li dik il-legalità, inkluż taħt id-Direttiva 2001/83, għandha tiġi evalwata fl-Istat Membru li ħareġ dik l-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domanda preliminari magħmula mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 28(5) u 29(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li tkun qed taġixxi fil-proċedura ddeċentralizzata għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali ġeneriku, ma hijiex kompetenti, meta toħroġ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq bis-saħħa tal-Artikolu 28(5) tad-Direttiva 2001/83, biex tiddetermina unilateralment iż-żmien li minnu jibda jiddekorri l-perijodu ta’ esklużività tad-data għall-prodott mediċinali ta’ riferiment. Madankollu, din l-awtorità tieħu sehem f’din l-evalwazzjoni fi stadju iktar kmieni tal-proċedura ddeċentralizzata bis-saħħa tal-Artikolu 28(3) u (4) tad-Direttiva 2001/83. Il-parteċipazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat fil-proċess ta’ approvazzjoni għaldaqstant tagħmel dik l-awtorità koresponsabbli għad-dokumenti approvati f’dik il-proċedura.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat huma kompetenti, meta jiddeċiedu dwar appell ippreżentat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali ta’ riferiment, sabiex jistħarrġu determinazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru kkonċernat fir-rigward taż-żmien li minnu jibda jiddekorri l-perijodu ta’ esklużività tad-data. Madankollu, dik il-qorti nazzjonali ma tistax tistħarreġ il-legalità tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq oriġinali mogħtija fi Stat Membru ieħor, peress li dik il-legalità, inkluż taħt id-Direttiva 2001/83, għandha tiġi evalwata fl-Istat Membru li ħareġ dik l-awtorizzazzjoni inizjali ta’ tqegħid fis-suq.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>