<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-30/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0030</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:753">EU:C:2021:753</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20210921">21.9.2021</DATE> – Kawża C‑30/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210921">21 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolamenti (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Proċedura intiża għall-irkupru ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑30/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Lennestadt (il-Qorti Distrettwali ta’ Lennestadt, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20210111">11 ta’ Jannar 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20210119">19 ta’ Jannar 2021</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt.,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">NW,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader (Relatriċi) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt., minn M. Tändler, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u I. Zaloguin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt., kumpannija b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Ungeriż li għandha s-sede tagħha f’Budapest (l-Ungerija), u NW, residenti fil-Ġermanja, dwar talba għall-irkupru ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 15 tar-Regolament Nru 1215/2012 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(10)</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkopri l-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali prinċipali kollha barra ċerti kwistjonijiet definiti sew […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (<HT TYPE="ITALIC">acta iure imperii</HT>).<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru I tal‑1988 dwar iċ-Ċirkulazzjoni fit-Triq (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liġi dwar iċ-Ċirkulazzjoni fit-Triq<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) tipprevedi, fl-Artikolu 33/A(1) tagħha, li l-użu ta’ ċerti toroq huwa suġġett għall-ħlas ta’ tariffa għall-użu. Fil-każ tan-nuqqas ta’ ħlas tagħha, tariffa addizzjonali hija meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Din il-liġi tawtorizza lill-ministru kompetenti sabiex jissuġġetta, permezz ta’ digriet, l-użu ta’ ċerti toroq għal pedaġġ u sabiex jiffissa l-ammont tat-tariffi għall-użu u tat-tariffi addizzjonali li d-detentur irreġistrat ta’ vettura huwa responsabbli għall-ħlas tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar iċ-Ċirkulazzjoni fit-Triq tikkostitwixxi l-bażi legali tad-Digriet tal-Ministru tal-Ekonomija u tat-Trasport Nru 36/2007 dwar it-Tariffa għall-Użu tal-Awtostradi, tat-Toroq Espressi u tat-Toroq Prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Digriet Nru 36/2007<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Digriet Nru 36/2007, l-użu tat-toroq suġġetti għal pedaġġ isir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>fil-kuntest ta’ relazzjoni rregolata mid-dritt privat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-ammont tat-tariffa għall-użu huwa stabbilit fl-Artikolu 6 ta’ dan id-digriet. Skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu, l-ammont ta’ din it-tariffa, għal ġimgħa u għal vettura tal-kategorija D1, jammonta għal <FT TYPE="NUMBER">2975</FT> forint Ungeriż (HUF) (madwar EUR 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7/A(1) tal-imsemmi digriet, it-tariffa addizzjonali hija dovuta jekk jiġi kkonstatat li vettura ma għandhiex permess ta’ pedaġġ validu. Il-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu jipprevedi li din it-tariffa għandha tinġabar minn Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-ammont tat-tariffa addizzjonali huwa stabbilit mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 7/A(10) u tal-punt 1 tal-Anness 1 tad-Digriet Nru 36/2007. Fil-każ ta’ ħlas fi żmien 60 jum wara r-riċezzjoni tal-ordni għall-ħlas, l-ammont ta’ din it-tariffa huwa stabbilit għal HUF <FT TYPE="NUMBER">14875</FT> (madwar EUR 50). Fl-assenza ta’ ħlas fi żmien 60 jum wara r-riċezzjoni ta’ din l-ordni, l-ammont tal-imsemmija tariffa jiżdied għal HUF <FT TYPE="NUMBER">59500</FT> (madwar EUR 190).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali qabbdet lil Ungarische Autobahn Inkasso GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>UAI<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), li s-sede tagħha tinsab f’Eggenfelden (il-Ġermanja), sabiex tidentifika l-vetturi u d-detenturi tagħhom, irreġistrati fil-Ġermanja, li huma kkonċernati mit-tariffa addizzjonali, kif ukoll sabiex tiġbor ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara li tidentifika d-detentur tal-vettura kkonċernata bl-għajnuna tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ din il-vettura, UAI titolbu, permezz tal-ewwel ittra ta’ intimazzjoni, it-tariffa addizzjonali, ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">14875</FT>, flimkien mal-ispejjeż ta’ rkupru. Fl-assenza ta’ ħlas wara din l-ewwel ittra ta’ intimazzjoni, l-ammont tat-tariffa addizzjonali ssir HUF <FT TYPE="NUMBER">59500</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>NW huwa detentur ta’ vettura rreġistrata fil-Ġermanja. Fid‑<DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, huwa għamel vjaġġ qasir b’din il-vettura fuq triq suġġetta għal pedaġġ fl-Ungerija, qabel ma xtara l-permess ta’ pedaġġ meħtieġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ta’ intimazzjoni tal‑<DATE ISO="20200310">10 ta’ Marzu 2020</DATE>, UAI talbet lil NW iħallas it-tariffa addizzjonali, flimkien mal-ispejjeż ta’ rkupru. Fl-assenza ta’ reazzjoni min-naħa ta’ NW, fit‑<DATE ISO="20200513">13 ta’ Mejju 2020</DATE>, intbagħatlu t-tieni ittra għall-irkupru tat-tariffa addizzjonali miżjuda, flimkien ma’ spejjeż għat-trattament tal-fajl, spejjeż ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-vettura, ammont fiss ta’ spejjeż u t-taxxa fuq il-valur miżjud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, ir-rikorrenti b’hekk titlob lil NW iħallas somma totali ta’ EUR 260.76. Hija tqis li t-tilwima hija bbażata fuq relazzjoni ġuridika kuntrattwali rregolata mid-dritt privat u tippreċiża li hija għandha tissuġġetta ruħha għar-regoli tad-dritt komuni sabiex tirkupra d-dejn tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, sabiex isir magħruf jekk proċedura bħal dik fil-kawża prinċipali taqax taħt dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont dik il-qorti, peress li l-utent ta’ triq suġġetta għal pedaġġ ma kienx xtara permess ta’ pedaġġ, it-tariffa addizzjonali għandha titqies li tikkostitwixxi sanzjoni imposta unilateralment skont regola tad-dritt pubbliku u ma hijiex limitata għal sempliċi korrispettiv għal servizz ipprovdut, fis-sens tal-punt 36 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pula Parking</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑551/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:193">EU:C:2017:193</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. L-istabbiliment u l-ġbir ta’ din it-tariffa li, skont l-imsemmija qorti, għandha natura kriminali għandhom, għaldaqstant, jiġu kklassifikati bħala atti ta’ awtorità pubblika u, konsegwentement, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Lennestadt (il-Qorti Distrettwali ta’ Lennestadt, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament [Nru 1215/2012] għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ġudizzjarja mibdija minn kumpannija statali kontra persuna fiżika ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ ġbir ta’ imposta ta’ natura kriminali minħabba l-użu mhux awtorizzat ta’ triq suġġetta għal pedaġġ, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru permezz ta’ rimedju ġudizzjarju ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ, mibdija minn kumpannija b’mandat skont il-liġi, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jinsab fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li, sabiex jiġu żgurati, sa fejn huwa possibbli, l-ugwaljanza u l-uniformità tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament għall-Istati Membri u għall-persuni kkonċernati, dan il-kunċett ma għandux jiġi interpretat bħala sempliċi riferiment għad-dritt intern ta’ Stat Membru. L-imsemmi kunċett għandu jitqies bħala kunċett awtonomu li għandu jiġi interpretat b’riferiment, minn naħa, għall-għanijiet u għall-istruttura tal-imsemmi regolament u, min-naħa l-oħra, għall-prinċipji ġenerali li joħorġu mill-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali kollha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Gradbeništvo Korana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:162">EU:C:2019:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni taqax jew le taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, u konsegwentement fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, hemm lok li tiġi identifikata r-relazzjoni legali eżistenti bejn il-partijiet fit-tilwima u s-suġġett tagħha jew, alternattivament, li jiġu eżaminati l-bażi u l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tal-azzjoni mressqa (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Movic <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑73/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:568">EU:C:2020:568</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm ċertu tilwim bejn awtorità pubblika u persuna rregolata mid-dritt privat jista’ jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 meta l-azzjoni ġudizzjarja tirrigwarda atti mwettqa <HT TYPE="ITALIC">iure gestionis</HT>, dan ma jkunx il-każ meta l-awtorità pubblika taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika tagħha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Obala i lučice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:236">EU:C:2021:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika minn waħda mill-partijiet fit-tilwima, minħabba l-eżerċizzju minn din ta’ setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi, jeskludi tali tilwima mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Supreme Site Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:638">EU:C:2020:638</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-għan pubbliku ta’ ċerti attivitajiet ma jikkostitwixxix, fih innifsu, element suffiċjenti sabiex dawn l-attivitajiet jiġu kklassifikati bħala mwettqa <HT TYPE="ITALIC">iure imperii</HT>, sa fejn dawn ma jikkorrispondux għall-eżerċizzju ta’ setgħat eżorbitanti fid-dawl tar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Supreme Site Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:638">EU:C:2020:638</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, f’dak li jirrigwarda s-suġġett tal-azzjoni fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din tirrigwarda l-irkupru ta’ dejn li jikkorrispondi għal tariffa addizzjonali għall-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ. Fil-fatt, wara n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li titħallas it-tariffa għall-użu ta’ tali triq, żidiet fl-ammont inizjali jkunu previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Is-somma mitluba f’dan il-każ tikkorrispondi għal din it-tariffa addizzjonali flimkien ma’ spejjeż oħra, marbuta mal-proċedura ta’ identifikazzjoni tad-detentur tal-vettura u ta’ rkupru. Din l-azzjoni, mibdija mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tirrigwarda relazzjoni rregolata mid-dritt privat fis-sens tad-Digriet Nru 36/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, kemm l-ammont tat-tariffa għall-użu inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll dak tat-tariffa addizzjonali huma previsti minn dak id-digriet, peress li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma għandha l-ebda setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, għalkemm it-tariffa addizzjonali twassal għal żieda sinjifikattiva tas-somma inizjalment dovuta, mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li din tikkostitwixxi sanzjoni għal ksur ta’ xi regolament<?PAGE NO="6"?> tat-traffiku. Fil-fatt, kif tippreċiża l-imsemmija rikorrenti fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-obbligu li titħallas it-tariffa għall-użu u t-tariffa addizzjonali huwa differenti mis-setgħa tal-awtorità kompetenti li timponi multa li l-ammont tagħha jista’ jvarja minn HUF <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> sa HUF <FT TYPE="NUMBER">300000</FT> (madwar EUR 25 sa EUR 830), abbażi tal-Artikolu 21(2) tal-Liġi dwar iċ-Ċirkulazzjoni fit-Triq, meta l-proprjetarju tal-vettura ma josservax l-obbligu tiegħu li jħallas it-tariffi tat-toroq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-bażi u tal-modalitajiet ta’ eżerċizzju tal-azzjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li l-irkupru tat-tariffa addizzjonali huwa mitlub mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali skont ir-regoli tad-dritt komuni, fil-kuntest tal-proċedura mibdija quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, proċedura taqa’ taħt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, jekk ir-rikorrent ma jagħtix titolu eżekuttiv lilu nnifsu, b’deroga mir-regoli tad-dritt komuni, iżda jkun sempliċement awtorizzat, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jirkupra t-tariffi addizzjonali, flimkien mal-ispejjeż marbuta ma’ dan l-irkupru u li jibda proċedura ġudizzjarja għal dan l-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sunico <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:545">EU:C:2013:545</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pula Parking</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑551/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:193">EU:C:2017:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Obala i lučice</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:236">EU:C:2021:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li la r-relazzjoni legali eżistenti bejn il-partijiet f’azzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali u lanqas il-bażi u l-modalitajiet ta’ tali azzjoni ma jistgħu jitqiesu li jiżvelaw l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li azzjoni ta’ dan it-tip għandha titqies li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, u tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru permezz ta’ rimedju ġudizzjarju ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ, mibdija minn kumpannija b’mandat skont il-liġi, li tikklassifika r-relazzjoni mnissla mill-imsemmi użu bħala rregolata mid-dritt privat, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru permezz ta’ rimedju ġudizzjarju ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ, mibdija minn kumpannija b’mandat skont il-liġi, li tikklassifika r-relazzjoni mnissla mill-imsemmi użu bħala rregolata mid-dritt privat, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><?PAGE NO="7"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>