<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-607/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0607</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1044">EU:C:2020:1044</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20201217">17.12.2020</DATE> – Kawża C‑607/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Husqvarna</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trade marks tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 51(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 55(1)</KEYWORD><KEYWORD>Revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni li ma sarx użu ġenwin minnha matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħames snin</KEYWORD><KEYWORD>Data ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑607/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190812">12 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Husqvarna AB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Lidl Digital International GmbH &amp; Co. KG</HT>, li kienet Lidl E‑Commerce International GmbH &amp; Co. KG,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász (Relatur), C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Husqvarna AB, minn A. Von Mühlendahl, C. Eckhartt u P. Böhner, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Lidl Digital International GmbH &amp; Co. KG, li kienet Lidl E‑Commerce International GmbH &amp; Co. KG, minn M. Wolter u A. Berger, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Peluso, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn É. Gippini Fournier u T. Sauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>) u tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Husqvarna AB u Lidl Digital International GmbH &amp; Co. KG, li kienet Lidl E‑Commerce International GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Lidl<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar azzjoni għall-kontrafazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea mressqa minn Husqvarna kontra Lidl.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 207/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tar-Regolament Nru 207/2009 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Sabiex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet tal-istess [Unjoni], jidher neċessarju li jkun hemm arranġamenti [tal-Unjoni] għar-rigward ta’ trade marks li permezz tagħhom impriża tkun tista’ tikseb trade mark [tal-Unjoni] taħt sistema proċedurali waħda, u li din it-trade mark tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni u tkun effettiva bl-istess mod [fl-Unjoni] kollha. Jinħtieġ li l-prinċipju tal-karattru waħdieni tat-trade [tal-Unjoni], espress f’dan is-sens, japplika dejjem, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>It-trade mark [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>It-trade mark [tal-Unjoni] għandha karattru unitarju. Hija għandha jkollha l-istess effett [fl-Unjoni] kollha: ma tistax tiġi reġistrata, trasferita jew ċeduta, jew tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni li tirrevoka d-drittijiet tal-proprjetarju jew li tiddikjaraha bħala invalida, u lanqas ma jista’ jiġi projbijt l-użu tagħha, sakemm mhux fir-rigward tal-[Unjoni] kollha. Dan il-prinċipju għandu japplika sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-applikazzjoni kumplimentari tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ vjolazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ir-regoli ta’ proċedura applikabbli għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Titolu VI tar-Regolament Nru 207/2009, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ċessjoni, revoka u invalidità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jinkludi t-Taqsima 2, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[b]ażi suffiċjenti għar-revokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li l-Artikolu 51 tagħha, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Raġunijiet għal revoka<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark [tal-Unjoni] għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju [tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)] jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk, għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit-trade mark [fl-Unjoni] f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta’ użu; madanakollu, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fit-trade mark [tal-Unjoni] jiġu revokati jekk, waqt l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba, użu ġenwin tat-trade mark ikun beda jew issokta; il-bidu jew l-issoktar ta’ użu waqt perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba li jkun beda l-iktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin ta’nuqqas ta’ użu għandu, madanakollu, ma jiġix meqjus jekk il-preparamenti għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li l-applikazzjoni jew il-kontrotalba jistgħu jiġu preżentati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk, bħala konsegwenza ta’ atti jew inattività tal-proprjetarju, it-trade mark tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ ta’ prodott jew servizz li għalih tkun reġistrata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk, bħala konsegwenza tal-użu li jkun sar minnha mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, it-trade mark aktarx tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika ta’ dawk il-prodotti jew servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Dan it-Titolu VI jinkludi wkoll it-Taqsima 4, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Konsegwenzi ta’ revoka u ta’ invalidità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li tinkludi l-Artikolu 55 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-konsegwenzi ta’ revoka u ta’ invalidità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>It-trade mark [tal-Unjoni] għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tal-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista’ tiġi iffissata data preċedenti meta waħda mir-raġuinijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Titolu X tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-ġurisdizzjoni u l-proċedura f’kawżi li jirrigwardaw trade marks [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi t-Taqsima 2, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[t]ilwim li jirrigwarda l-vjolazzjoni u l-validità ta’ trade marks [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Din it-taqsima tinkludi, b’mod partikolari, l-Artikolu 101 ta’ dan l-istess regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li skontu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="101.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati tat-trade marks [tal-Unjoni] għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="101.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kwistjonijiet kollha li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, il-qorti tat-trade marks [tal-Unjoni] għandha tapplika l-liġi nazzjonali tagħha, u dan jinkludi d-dritt internazzjonali privat tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="101.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, il-qorti tat-trade marks [tal-Unjoni] għandha tapplika r-regoli ta’ proċedura li jirregolaw l-istess tip ta’ azzjoni fir-rigward ta’ trade mark nazzjonali fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament 2017/1001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-premessa 24 tar-Regolament 2017/1001:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>M’hemm ebda ġustifikazzjoni għall-protezzjoni ta’ trademarks tal-[Unjoni] jew, kontrihom, protezzjoni favur trademark li tkun ġiet irreġistrata qabel trademark tal-[Unjoni], ħlief fejn it-trademarks ikunu fil-fatt qed jintużaw.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-applikazzjoni kumplimentari tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Ir-regoli ta’ proċedura applikabbli għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tal-Titolu X.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kapitolu VI tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Ċessjoni, revoka u invalidità<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jinkludi t-Taqsima 2, dwar ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[r]aġunijiet għar-revokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li l-Artikolu 58 tagħha, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Raġunijiet għal revoka<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trademark tal-[Unjoni] għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati malli ssir applikazzjoni lill-[EUIPO] jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ ksur:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk, għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit-trade mark fl-Unjoni f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta’ użu; madanakollu, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fit- trademark tal-[Unjoni] jiġu revokati jekk, waqt l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba, użu ġenwin tat-trade mark ikun beda jew issokta; il-bidu jew l-issoktar ta’ użu waqt perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata tal-applikazzjoni jew tal-kontrotalba li jkun beda l-iktar kmieni mal-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu għandu, madanakollu, ma jiġix meqjus jekk il-preparamenti għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li l-applikazzjoni jew il-kontrotalba jistgħu jiġu preżentati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk, bħala konsegwenza ta’ atti jew inattività tal-proprjetarju, it-trade mark tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ ta’ prodott jew servizz li għalih tkun reġistrata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk, bħala konsegwenza tal-użu li jkun sar mit-trademark mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, it-trade mark aktarx tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew tal-oriġini ġeografika ta’ dawk il-prodotti jew servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kapitolu X ta’ dan l-istess regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-ġurisdizzjoni u l-proċedura f’kawżi li jirrigwardaw trademarks tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jinkludi t-Taqsima 2, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[t]ilwim li jirrigwarda l-ksur u l-validità ta’ trademarks tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din it-taqsima tinkludi, b’mod partikolari, l-Artikolu 129 tar-Regolament 2017/1001, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li skontu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="129.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati għat-trademarks tal-[Unjoni] għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="129.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dwar il-kwistjonijiet kollha relattivi għat-trademarks mhux koperti minn dan ir-Regolament, il-qorti rilevanti għat-trademark tal-[Unjoni] għandha tapplika d-dritt nazzjonali.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="129.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, il-qorti għat-trademarks tal-[Unjoni] għandha tapplika r-regoli ta’ proċedura li jirregolaw l-istess tip ta’ azzjoni fir-rigward ta’ trade mark nazzjonali fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikoli 211 u 212 ta’ dan ir-regolament, bit-titoli, rispettivament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Tħassir<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Dħul fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jipprevedu li r-Regolament Nru 207/2009 huwa mħassar u li r-Regolament 2017/1001 għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, jiġifieri fis‑<DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, u li dan għandu japplika mill‑<DATE ISO="20171001">1 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(2) tal-Gesetz über den Schutz von Marken und sonstigen Kennzeichen (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Trade marks u Sinjali Distintivi Oħra), tal‑<DATE ISO="19941025">25 ta’ Ottubru 1994</DATE> (BGBl. 1994 I, p. 3082, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>MarkenG<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>), tipprevedi li, fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ revoka matul proċeduri, it-terminu ta’ użu ta’ ħames snin għandu jiġi kkalkolat billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tat-tressiq tal-azzjoni. Madankollu, meta l-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu jintemm biss wara li titressaq l-azzjoni, hemm lok, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 25(2) tal-MarkenG, li tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tal-għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 55(3) tal-MarkenG tipprevedi li, għall-azzjoni mressqa mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti rreġistrata, huwa l-perijodu ta’ ħames snin ikkalkolat mill-għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali li, fil-każ ta’ eċċezzjoni mqajma mill-konvenut, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kwistjoni tan-nuqqas ta’ użu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Husqvarna timmanifattura apparat kif ukoll għodod tal-ġardinaġġ u ta’ tisbiħ tal-pajsaġġ. Hija l-proprjetarja tat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni, irreġistrata fis‑<DATE ISO="20000126">26 ta’ Jannar 2000</DATE> taħt in-numru 456244 għall-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>bexxiexa<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Lidl ipproponiet għall-bejgħ, mix-xahar ta’ Lulju 2014 sax-xahar ta’ Jannar 2015, sett ta’ pajp tal-ġnien spirali, li kien jinkludi pajp tal-ġnien spirali, żennuna għat-tisqija u sokit ta’ konnessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li kienet tqis li l-prodott ikkummerċjalizzat minn Lidl kien jikkostitwixxi kontrafazzjoni tat-trade mark li hija kienet il-proprjetarja tagħha, Husqvarna ressqet azzjoni għal kontrafazzjoni kontra Lidl quddiem il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), bil-għan, b’mod partikolari, li twaqqaf il-kontrafazzjoni u li tikseb il-ħlas tad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Lidl, bħala kontrotalba, talbet li d-drittijiet ta’ Husqvarna marbuta mat-trade mark inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġu rrevokati, minħabba nuqqas ta’ użu ta’ din it-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf) laqgħet it-talbiet ta’ Husqvarna msemmija fil-punt 20 ta’ din is-sentenza u ċaħdet il-kontrotalba mressqa minn Lidl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Lidl appellat mis-sentenza ta’ dik il-qorti quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), li, wara l-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali li nżammet quddiemha fl‑<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>, annullat l-imsemmija sentenza u ddikjarat id-drittijiet ta’ Husqvarna marbuta mat-trade mark inkwistjoni fil-kawża prinċipali bħala rrevokati mill‑<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) qieset li d-data rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu kontinwu ta’ nuqqas ta’ użu ma kinitx dik li fiha Lidl kienet ressqet il-kontrotalba tagħha, jiġifieri matul ix-xahar ta’ Settembru 2015, iżda dik tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali li kienet inżammet quddiemha, li nżammet fl‑<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>. Issa, din il-qorti kkonstatat li l-prodotti protetti mit-trade mark inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kinux baqgħu jiġu kkummerċjalizzati mix-xahar ta’ Mejju 2012, u li minn dan kellu jiġi dedott li, fid-data tal-kontrotalba għal revoka, il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 kien għadu ma skadiex, filwaqt li dan il-perijodu kien skada fid-data ta’ din l-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Husqvarna ppreżentat appell fuq punt ta’ liġi quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li s-soluzzjoni għat-tilwima pendenti quddiemha tiddependi, qabelxejn, fuq it-tweġiba għall-kwistjoni dwar jekk id-determinazzjoni tad-data rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu ta’ ħames snin imsemmi fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 hijiex irregolata minn dawn ir-regolamenti u, sussegwentement, jekk dan ikun il-każ, fuq id-determinazzjoni ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Hija tqis li la l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u lanqas l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 ma jindikaw id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin previst f’dawn id-dispożizzjonijiet meta t-talba għar-revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni kkonċernata ssir fuq il-bażi ta’ kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tqis li din il-kwistjoni hija ta’ natura proċedurali u li, fl-assenza ta’ kull preċiżazzjoni fir-Regolament Nru 207/2009 u fir-Regolament 2017/1001, din taqa’ taħt id-dritt nazzjonali. Din l-evalwazzjoni tirriżulta mill-qari flimkien tal-Artikolu 14(3) u tal-Artikolu 101(3) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll minn dak tal-Artikolu 17(3) u tal-Artikolu 129(3) tar-Regolament 2017/1001, hekk kif jirriżulta mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nikolajeva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:467">EU:C:2016:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, skont id-dritt Ġermaniż tal-proċedura ċivili, il-qorti għandha tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-argumenti u l-fatti kollha invokati qabel id-data tal-għeluq tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali. Għall-eċċezzjoni ta’ revoka mressqa fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja għal kontrafazzjoni, id-dritt Ġermaniż tat-trade marks jipprevedi, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(2) tal-MarkenG, li t-terminu ta’ użu ta’ ħames snin għandu jiġi kkalkolat billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tat-tressiq tal-azzjoni. Jekk, madankollu, il-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu jintemm biss wara li titressaq l-azzjoni, hemm lok, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 25(2) tal-MarkenG, li tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tal-għeluq tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Barra minn hekk, it-tieni sentenza tal-Artikolu 55(3) tal-MarkenG tipprevedi li, fir-rigward tal-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark minħabba l-eżistenza ta’ trade mark preċedenti, il-proprjetarju tat-trade mark għandu, fil-każ ta’ eċċezzjoni mqajma mill-konvenut, jipproduċi l-prova li din it-trade mark intużat matul l-aħħar ħames snin qabel it-tmiem tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta tkun li kemm ir-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ir-Regolament 2017/1001 jiddeterminaw id-data li fiha l-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin għandha tiġi evalwata, il-qorti tar-rinviju tqis li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali li nżammet quddiem il-qorti tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tindika li tali soluzzjoni hija kkonfermata mill-premessa 24 tar-Regolament 2017/1001, li tipprovdi li huwa ġġustifikat li jiġu protetti t-trade marks tal-Unjoni biss jekk dawn ikunu effettivament użati. Il-qorti tar-rinviju żżid li t-teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali għall-kalkolu tal-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin<?PAGE NO="7"?> tat-trade mark tal-Unjoni jissodisfa r-rekwiżit ta’ ekonomija tal-ġudizzju, sa fejn l-awtur tal-kontrotalba ma jkunx meħtieġ iressaq talba ġdida fil-każ li l-iskadenza tal-imsemmi perijodu sseħħ matul il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>1.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni […] mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, id-determinazzjoni tad-data rilevanti sabiex jiġi kkalkolat il-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu fil-kuntest tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament [Nru 207/2009] u tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament [2017/1001] hija rregolata mill-imsemmija regolamenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni […] mressqa qabel ma jkun iddekorra l-perijodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu, il-kalkolu tal-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 għandu jsir billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tat-tressiq tal-kontrotalba jew id-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali tal-appell?<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fil-każ ta’ kontrotalba għal revoka, kif prevista fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fl-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet ikunx wasal fi tmiemu hijiex prevista minn dawn ir-regolamenti u, fl-affermattiv, liema hija din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 101 tar-Regolament Nru 207/2009, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Il-liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jipprevedi, qabel kollox, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-qrati tat-trade marks tal-Unjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament. Sussegwentement, l-Artikolu 101(2) jindika li, għall-kwistjonijiet fil-qasam ta’ trade marks li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni għandha tapplika d-dritt nazzjonali tagħha, inkluż id-dritt internazzjonali privat tagħha. Fl-aħħar, l-Artikolu 101(3) jippreċiża li, sakemm l-imsemmi regolament ma jipprovdix mod ieħor, il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni għandha tapplika r-regoli ta’ proċedura applikabbli għall-istess tip ta’ azzjonijiet relatati ma’ trade mark nazzjonali fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu din il-qorti tinsab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-qasam ta’ revoka, l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi li d-drittijiet ta’ proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni għandhom jiġu ddikjarati bħala rrevokati, b’mod partikolari, fuq kontrotalba f’azzjoni għal kontrafazzjoni, jekk, matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit-trade mark fl-Unjoni għall-prodotti jew għas-servizzi li għalihom din hija rreġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet iġġustifikati għan-nuqqas ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 207/2009 ma jindikax b’mod espliċitu d-data rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dan il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 li jistabbilixxu l-qafas tal-iskema applikabbli jirriżulta li d-data li fiha għandu jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu jkunx wasal fi tmiemu hija d-data tat-tressiq tat-talba kkonċernata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009, it-trade mark tal-Unjoni għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data tat-talba għal revoka jew tal-kontrotalba f’azzjoni għal kontrafazzjoni, l-effetti previsti fir-Regolament Nru 207/2009, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew kompletament jew parzjalment irrevokati, u t-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tipprevedi li data preċedenti, li fiha tkun seħħet waħda mir-raġunijiet għar-revoka, tista’ tiġi stabbilita fid-deċiżjoni, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta li interpretazzjoni ta’ dan ir-regolament li skontha, fil-każ ta’ kontrotalba għal revoka, l-evalwazzjoni tal-perijodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu inkluż fl-Artikolu 51(1)(a) tal-imsemmi regolament għandha ssir fid-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali tkun tmur kontra l-konsegwenzi tar-revoka previsti f’dan l-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, min-naħa, evalwazzjoni fid-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali tkun twassal, hekk kif ikkonstatat l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf) fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, sabiex ir-revoka jkollha effett mid-data, matul il-proċeduri, li fiha l-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu 51(1)(a) ikunu ssodisfatti, minkejja li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfatti fil-mument meta titressaq il-kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, f’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, għalkemm l-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi li, bħala eċċezzjoni, il-konsegwenzi tar-revoka jistgħu jiġu stabbiliti f’data preċedenti għal dik tal-kontrotalba, dan ma jagħtix tali possibbiltà għal data sussegwenti għal dik li fiha tressqet din il-kontrotalba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jista’ jitqies li r-rikonoxximent tal-fondatezza tal-kontrotalba minn data sussegwenti għat-tressiq tagħha ma jaffettwax il-fatt li t-trade mark tal-Unjoni għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data ta’ dan it-tressiq, l-effetti previsti mir-regolamenti dwar it-trade mark tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, ma tistax tiġi adottata interpretazzjoni tar-Regolament Nru 207/2009 li skontha, anki meta l-kontrotalba tkun tressqet qabel ma l-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu jkun laħaq tul ta’ ħames snin, ir-revoka jista’ jkollha konsegwenzi għal perijodu li matulu l-kundizzjonijiet sabiex tiġi kkonstatata r-raġuni għal din ir-revoka, imsemmija fl-Artikolu 51(1) (a) ta’ dan ir-regolament, kienu għadhom ma ġewx issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-konsegwenzi tar-revoka kif previsti fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta li huwa fid-data tal-kontrotalba li għandu jiġi eżaminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu tat-trade mark, li jikkostitwixxi waħda miċ-ċirkustanzi li jippermettu li tiġi kkonstatata r-revoka msemmija fl-Artikolu 51(1) ta’ dan ir-regolament, ikunx intlaħaq. It-talba tkun tista’ tiġi milqugħa biss jekk din iċ-ċirkustanza tkun ġiet ikkonstatata f’tali data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi milqugħ l-argument li hemm lok li tittieħed inkunsiderazzjoni d-data tal-aħħar seduta għas-sottomissjonijiet orali fl-istanza tal-appell sabiex jiġi evalwat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu previst fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jkunx wasal fi tmiemu inkwantu din l-għażla tkun tissodisfa l-għan li jiġu protetti trade marks biss jekk dawn ikunu effettivament użati u dak intiż għall-effikaċità tal-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, billi jadotta kriterju li jidderoga minn dak li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-regolament, tali raġunament jista’ jippreġudika l-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni li huwa, konformement mal-premessa 3 u mal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 207/2009, li jiġi żgurat il-karattru waħdieni tat-trade mark tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Tali karattru waħdieni jista’ b’hekk jitqiegħed inkwistjoni jekk il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark li l-proprjetarju tagħha jikseb mid-dritt tal-Unjoni tkun tista’ tvarja, fil-kuntest ta’ kontrotalbiet għal revoka, skont ir-regoli proċedurali speċifiċi għall-Istati Membri li fihom jitressqu dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hekk kif josservaw il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet tagħhom, il-fondatezza ta’ kontrotalba għal revoka minħabba l-perijodu ta’ nuqqas ta’ użu ta’ ħames snin ta’ trade mark tal-Unjoni ma tistax tkun tiddependi fuq it-tul ta’ proċeduri nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sa fejn id-domandi magħmula jirrigwardaw ukoll l-interpretazzjoni tar-Regolament 2017/1001, għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-punt 44 ta’ din is-sentenza, li huwa fid-data tat-tressiq tal-kontrotalba fil-kuntest ta’ azzjoni għal kontrafazzjoni li għandu jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni jkunx wasal fi tmiemu. Issa, sa fejn, fil-kawża prinċipali, il-kontrotalba tressqet f’data li fiha r-Regolament Nru 207/2009 kien għadu applikabbli, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula fir-rigward ta’ dan ir-regolament biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkunx wasal fi tmiemu hija dik tat-tressiq ta’ din it-talba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas‑<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkunx wasal fi tmiemu hija dik tat-tressiq ta’ din it-talba.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>