<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-461/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0461</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:729">EU:C:2021:729</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Saugmandsgaard Øe – Kawża C‑461/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Advania Sverige u Kammarkollegiet</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑461/20</P><P>Advania Sverige AB,</P><P>Kammarkollegiet</P><P>vs</P><P>Dustin Sverige AB</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 72(1)(d)(ii)</KEYWORD><KEYWORD>Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ ftehimiet qafas wara d-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-parti kontraenti inizjali</KEYWORD><KEYWORD>Parti kontraenti ġdida</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>modifika sostanzjali tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni għall-applikazzjoni ta’ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża, relatata mad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, tirrigwarda waħda mill-eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti, jiġifieri meta d-detentur tal-kuntratt isir insolventi matul l-eżekuzzjoni tiegħu. L-eċċezzjoni msemmija tinsab fl-Artikolu 72(1)(d)(ii) tad-Direttiva 2014/24 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>dispożizzjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistoqsija dwar il-kundizzjonijiet li fihom tapplika din l-eċċezzjoni u, b’mod iktar partikolari, dwar jekk dawn il-kundizzjonijiet jeħtiġux li s-sostitut tal-parti kontraenti inizjali jieħu f’idejh mhux biss il-kuntratt ikkonċernat, iżda wkoll mill-inqas parti mill-attività ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tqum fil-kuntest ta’ tilwima bejn minn naħa l-Kammarkollegiet, l-Aġenzija Svediża tas-Servizzi Legali, Finanzjarji u Amministrattivi, u Advania Sverige AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Advania<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), is-sostitut tal-parti kontraenti inizjali, u min-naħa l-oħra Dustin Sverige AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dustin<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kumpannija kkonċernata mill-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Din tal-aħħar tikkontesta t-trasferiment lil Advania ta’ ftehimiet qafas inizjalment attribwiti lil Misco AB, wara li din il-parti kontraenti inizjali ġiet iddikjarata falluta, mingħajr sejħa għal offerti<?PAGE NO="2"?> konformement mad-Direttiva 2014/24 u mingħajr ma dan it-trasferiment ġie akkumpanjat mit-trasferiment mill-inqas ta’ parti mill-attività ta’ Misco, jiġifieri dik li tippermetti l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-ftehimiet qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-insolvenza tal-offerent rebbieħ inizjali segwita mis-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar b’parti kontraenti ġdida hija sitwazzjoni li, bħala prinċipju, ma hijiex mistennija u hija straordinarja, peress li normalment jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tiġi żgurata s-solvenza tal-offerenti. Madankollu din hija problema li kultant jaffaċċjaw l-awtoritajiet kontraenti fil-ħajja tal-impriżi, kif tikkonferma l-kawża prinċipali, u li l-leġiżlatur iddeċieda li jkopri għall-ewwel darba fid-dispożizzjoni kontenzjuża. Il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistiedna tirrifletti dwar jekk din id-dispożizzjoni tippermettix li parti kontraenti ġdida tiġi magħżula, b’mod partikolari minn amministratur legali, mingħajr ftuħ mill-ġdid ta’ sejħa għal offerti u mingħajr obbligu għall-parti kontraenti l-ġdida li tieħu f’idejha parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali, u madankollu mingħajr ma jiġu ppreġudikati l-prinċipji li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li d-Direttiva 2014/24 għandha l-għan li żżomm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fi tmiem l-analiżi tiegħi, ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-eċċezzjoni prevista mid-dispożizzjoni kontenzjuża ma teħtieġx li l-parti kontraenti l-ġdida, li tiġi attribwita l-kuntratt billi tissostitwixxi lill-parti kontraenti inizjali, għandha takkwista wkoll parti mill-attività ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessi 107 u 110 tad-Direttiva 2014/24 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(107)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skont liema, il-modifiki għal kuntratt matul it-twettiq tiegħu jeħtieġu proċedura ta’ akkwist [proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt] ġdida, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija meħtieġa proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każ ta’ bidliet materjali fil-kuntratt inizjali, b’mod partikolari għall-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-partijiet, inkluża d-distribuzzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. Dawn il-bidliet juru l-intenzjoni tal-partijiet li jerġgħu jinnegozjaw it-termini jew il-kondizzjonijiet essenzjali ta’ dak il-kuntratt. Dan ikun il-każ b’mod partikolari jekk il-kondizzjonijiet emendati kien ser ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(110)</NO.P><TXT>F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux, pereżempju fejn kuntratt jiġi mitmum minħabba nuqqasijiet fil-prestazzjoni, jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent li jwettaq il-kuntratt għandu jkun jista’, b’mod partikolari fejn il-kuntratt ikun ingħata lill-aktar minn impriża waħda, li jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħar-riorganizzazzjonijiet purament interni, takeovers, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ta’ akkwist ġodda għall-kuntratti pubbliċi kollha mwettqa minn dak l-offerent.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Prinċipji tal-akkwist [ta’ għoti ta’ kuntratti]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jiddisponi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.</ALINEA><ALINEA>It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57(4)(b) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jeskludu mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-akkwist [ta’ għoti ta’ kuntratt] kwalunkwe operatur ekonomiku fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew huwa soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn jinsab fi ftehim ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu huma sospiżi jew qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 tad-Direttiva 2014/24 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist [ta’ għoti ta’ kuntratt] f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti bħala konsegwenza ta’ wieħed minn dawn:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, inkluż it-teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni, akkwist jew insolvenza ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, mhumiex sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 4.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="072.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, kienu jippermettu d-dħul ta’ kandidati oħra minbarra dawk inizjalment magħżula jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura ta’ akkwist;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt inizjali jew il-ftehim qafas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-awtorità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Svediż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-lag (2016:1145) om offentlig upphandling (il-Liġi (2016:1145) dwar il-Kuntratti Pubbliċi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>LOU<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Il-qorti tar-rinviju tindika li minn dak iż-żmien din il-liġi ġiet imħassra.</P></NOTE> kienet tipprevedi fl-Artikolu 13 tal-Kapitolu 17 tagħha li kuntratt jew ftehim qafas jista’ jiġi mmodifikat minħabba l-fatt li fornitur ikun ġie ssostitwit b’fornitur ieħor mingħajr sejħa għal offerti ġdida, meta jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>il-fornitur il-ġdid jissostitwixxi, kompletament jew parzjalment, lill-fornitur inizjali wara operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni tal-kumpannija, b’mod partikolari ta’ teħid ta’ pussess, ta’ amalgamazzjoni, ta’ akkwist jew ta’ insolvenza, u</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>il-fatt li fornitur ġdid jissostitwixxi, kompletament jew parzjalment, lill-fornitur inizjali ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li mit-tieni kundizzjoni jirriżulta li tali sostituzzjoni ta’ fornitur tippreżumi li l-fornitur il-ġdid ma għandux jiġi eskluż skont il-motivi ta’ esklużjoni previsti minn din il-liġi u li din tissodisfa l-kriterji ta’ għażla stabbiliti fil-kuntratt inizjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-Kammarkollegiet kienet ħarġet sejħa għal offerti għall-forniment ta’ materjal informatiku, b’mod partikolari kompjuters, skrins tal-kompjuters u tablets, permezz ta’ proċedura ristretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Din il-proċedura hija spjegata fid-dettall fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>, konformement mal-LOU.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Sbatax-il kandidat, fosthom Advania, kienu wrew li kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa. Konformement mar-regoli dwar il-proċedura ristretta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2014/24, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Tnaqqis tan-numru ta’ kandidati kwalifikati mod ieħor li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></NOTE>, il-Kammarkollegiet kienet ipprevediet li jekk iktar minn disa’ kandidati jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet, l-ewwel disa’ kklassifikati biss jiġu mistiedna jippreżentaw offerta. Advania ma kinitx tagħmel parti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Kienu ġew iffirmati ftehimiet qafas ma’ sitt fornituri f’oqsma differenti. Misco ġiet attribwita erba’ ftehimiet qafas li kienu jkopru l-oqsma kollha kkonċernati. Dustin ġiet attribwita ftehimiet qafas fi tnejn minn dawn l-oqsma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20171204">4 ta’ Diċembru 2017</DATE>, Misco talbet lill-Kammarkollegiet tawtorizza t-trasferiment tal-erba’ ftehimiet qafas tagħha lil Advania. Fit‑<DATE ISO="20171212">12 ta’ Diċembru 2017</DATE>, Misco ġiet iddikjarata fi stat ta’ falliment. Fit‑<DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, l-amministratur legali kkonkluda ftehim ma’ Advania li kien jipprevedi t-trasferiment tal-erba’ ftehimiet qafas. It-trasferiment ġie awtorizzat mill-Kammarkollegiet fix-xahar ta’ Frar 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Wara dan it-trasferiment, Dustin adixxiet lill-Förvaltningsrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja), bit-talba li l-ftehimiet qafas bejn Advania u l-Kammarkollegiet jiġu ddikjarati nulli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Din il-qorti ċaħdet din it-talba. Hija ddeċidiet li Advania kienet kisbet il-ftehimiet qafas u akkwistat il-fergħat tal-attività ta’ Misco li jippermettu l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-ftehimiet qafas, kif jeħtieġ l-Artikolu 13 tal-Kapitolu 17 tal-LOU.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Dustin ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Kammarrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Stokkolma, l-Isvezja), li laqgħet dan l-appell filwaqt li kkonkludiet dwar in-nullità tal-erba’ ftehimiet qafas bejn Advania u l-Kammarkollegiet. Il-Kammarrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Stokkolma) ikkonstatat li l-Kammarkollegiet kienet awtorizzat it-trasferiment tal-ftehimiet qafas minħabba l-insolvenza ta’ Misco. Madankollu hija qieset, għall-kuntrarju tal-qorti tal-ewwel istanza, li, ħlief għall-ftehimiet qafas inkwistjoni, Misco prattikament ma kinitx ittrasferixxiet l-attività lil Advania u, għaldaqstant, li Advania ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala li ssuċċediet b’mod universali jew partikolari lil Misco, fis-sens tal-Artikolu 13 tal-Kapitolu 17 tal-LOU. Din il-qorti tal-appell irrilevat b’mod partikolari li impjegat wieħed biss ta’ Misco kien sussegwentement ingħaqad ma’ Advania, li l-lista tal-klijenti ta’ Misco ttrasferita lil Advania ma kinitx kompletament aġġornata jew rilevanti, u li ma kien hemm l-ebda element li jagħti prova li Advania kienet ħadet f’idejha s-subappaltaturi ta’ Misco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Advania u l-Kammarkollegiet ippreżentaw appell minn din is-sentenza tat-tieni istanza quddiem il-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja). Fl-appell tagħhom, huma ma jikkontestawx l-evalwazzjoni tal-qorti tal-appell fir-rigward tal-elementi misluta mill-massa fallimentari u inklużi fit-trasferiment. Madankollu, huma jsostnu li tali trasferiment jissodisfa l-kundizzjoni ta’ suċċessjoni universali jew parzjali skont l-Artikolu 13 tal-Kapitolu 17 tal-LOU u d-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont Advania u l-Kammarkollegiet, la l-LOU u lanqas id-Direttiva 2014/24 ma jeżiġu li tiġi ttrasferita lill-fornitur il-ġdid, minbarra l-ftehimiet qafas, attività ta’ ċerta natura jew ta’ ċertu portata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dustin tqis, min-naħa tagħha, li mill-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jissuċċedi b’mod universali jew partikolari lill-fornitur inizjali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> assoċjat mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpannija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li jinsab fid-dispożizzjoni kontenzjuża, jirriżulta li l-parti kontraenti l-ġdida għandha tieħu f’idejha, flimkien mal-ftehim qafas, l-attività kollha jew parti minnha tal-parti kontraenti inizjali stabbilita fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Bit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-interpretazzjonijiet differenti, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li hija għandha bżonn tingħata kjarifika dwar il-portata tad-dispożizzjoni kontenzjuża u b’mod partikolari dwar x’għandu jinftiehem b’sostituzzjoni wara <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, inkluż it-teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni, akkwist jew insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-fatt li fornitur ġdid daħal fid-drittijiet u l-obbligi tal-fornitur inizjali li jirriżultaw minn ftehim qafas wara li dan il-ftehim ġie ttrasferit lilu mill-istralċjarju wara li l-fornitur inizjali ġie ddikjarat insolventi, jimplika li l-fornitur il-ġdid għandu jitqies bħala li ssuċċeda għall-fornitur inizjali fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72(1)(d)(ii) tad-Direttiva [2014/24]?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari, bid-data tal‑<DATE ISO="20200915">15 ta’ Settembru 2020</DATE>, tressqet lill-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Advania, il-Kammarkollegiet, Dustin, il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-portata tad-dispożizzjoni kontenzjuża, infakkar qabel kollox, kif qieset il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza pressetext Nachrichtenagentur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tad‑<DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE> (C‑454/06, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>pressetext<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:351">EU:C:2008:351</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ser neżamina iktar fid-dettall il-konsegwenzi ta’ din is-sentenza fil-punti 70 sa 78 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li l-bidla ta’ kontroparti kontraenti tikkostitwixxi, b’mod ġenerali, tibdil ta’ wieħed mit-termini essenzjali tal-kuntratt pubbliku. Din il-kunsiderazzjoni kienet ġiet riprodotta fl-Artikolu 72(4)(d) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, is-sostituzzjoni tal-offerent rebbieħ inizjali tikkostitwixxi modifika sostanzjali tal-kuntratt li twassal għal proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza pressetext, punt 47, u l-Artikolu 72(1)(e) tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>, konformement mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament li huma fil-bażi tal-obbligu ta’ kompetizzjoni bejn il-kandidati potenzjalment interessati tal-Istati Membri differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Finn Frogne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:634">EU:C:2016:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dawn il-prinċipji u l-obbligu ta’ kompetizzjoni huma mfakkra fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Bħala eċċezzjoni, id-dispożizzjoni kontenzjuża tipprevedi l-possibbiltà li jiġi nnominat sostitut għall-offerent rebbieħ inizjali, fil-każ ta’ insolvenza ta’ dan tal-aħħar, mingħajr ma tiġi implimentata tali proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li tqum hija dik dwar f’liema kundizzjonijiet preċiżament tapplika din l-eċċezzjoni u, b’mod partikolari, jekk huwiex neċessarju li s-sostitut jieħu f’idejh mill-inqas parti mill-attività tal-offerent rebbieħ inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati żewġ interpretazzjonijiet diverġenti tad-dispożizzjoni kontenzjuża lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel interpretazzjoni, difiża mill-Kammarkollegiet, Advania u l-Gvern Awstrijak, id-dispożizzjoni kontenzjuża għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sostituzzjoni tal-parti kontraenti inizjali, wara l-insolvenza tagħha, ma teħtieġx li t-trasferiment tal-kuntratt lill-parti kontraenti l-ġdida jiġi akkumpanjat mit-teħid minn din tal-aħħar ta’ parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali. Huma jikkunsidraw li għalkemm dawn it-termini għandhom jiġu mifhuma fis-sens li għandu jkun hemm trasferiment ta’ kwalunkwe attività, l-applikabbiltà tad-dispożizzjoni inkwistjoni hija limitata ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tieni interpretazzjoni, difiża minn Dustin u l-Kummissjoni, tibbaża għall-kuntrarju fuq il-preżunzjoni li l-parti kontraenti l-ġdida tieħu f’idejha mill-inqas parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali. Dustin tikkunsidra li, fin-nuqqas ta’ dan, dan kważi jwitti t-triq għat-traffikar ta’ ftehimiet li jkunu s-suġġett ta’ sejħiet għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont Dustin u l-Kummissjoni, huwa importanti, sabiex ma jiġux ippreġudikati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza u, għaldaqstant, bl-għan li tiġi ggarantita l-kompetizzjoni, li l-identità materjali tal-offerent rebbieħ inizjali tinżamm, jiġifieri li l-assi użati għall-eżekuzzjoni tal-ftehim qafas, jew mill-inqas parti minnhom, jiġu ttrasferiti lis-sostitut, sabiex ikun hemm kontinwità bejn il-parti kontraenti inizjali u s-sostitut tagħha. Il-Kummissjoni tammetti li dan jista’ jkun impossibbli meta l-attività tal-parti kontraenti inizjali tiġi kompletament likwidata. Iżda, jibqa’ għalhekk neċessarju, fil-fehma tagħha, f’tali sitwazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament bejn l-offerenti inizjali, li l-awtorità kontraenti tagħti prijorità lilhom, billi timxi, pereżempju, skont l-ordni ta’ klassifikazzjoni wara l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Hemm interessi sinjifikattivi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistiedna tippreċiża l-marġni ta’ manuvra li għandha l-awtorità kontraenti fil-każ ta’ insolvenza tal-offerent rebbieħ inizjali sabiex tissostitwixxi lil dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, it-test tad-dispożizzjoni kontenzjuża ma jippermettix interpretazzjoni, bħal dik proposta minn Dustin u l-Kummissjoni. Iktar ’il quddiem fl-analiżi tiegħi, ser nipprova nuri li din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem konformement mal-ewwel interpretazzjoni, billi nibbaża fuq il-formulazzjoni tagħha (Taqsima A), fuq il-kuntest intern u estern tagħha, jiġifieri fuq id-dispożizzjonijiet li jirregolawha u fuq ix-xogħol preparatorju (Taqsima B), kif ukoll fuq l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur (Taqsima C).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-formulazzjoni tad-dispożizzjoni kontenzjuża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Nirrileva, qabel kollox, li l-formulazzjoni tal-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2014/24 tipprevedi li l-ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt f’ħames każijiet elenkati fil-punti (a) sa (e) ta’ din id-dispożizzjoni. Il-punt (d)(ii), li huwa suġġett għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, isemmi b’mod espliċitu l-insolvenza tal-parti<?PAGE NO="8"?> kontraenti inizjali bħala li hija wieħed mill-każijiet li fihom ftehim qafas jista’ jiġi attribwit lil parti kontraenti ġdida mingħajr ma ssir proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratti, għalkemm din il-bidla tikkostitwixxi modifika sostanzjali tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni kontenzjuża tissuġġetta l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni inkwistjoni għal diversi kundizzjonijiet, iżda dawn ma jinkludux b’mod espliċitu t-trasferiment ta’ parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dawn il-kundizzjonijiet huma tlieta, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Il-parti kontraenti l-ġdida hija operatur ekonomiku li <HT TYPE="ITALIC">jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva</HT>. Huwa stabbilit li din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta f’sitwazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha l-parti kontraenti l-ġdida, f’dan il-każ Advania, kienet parti mill-impriżi kkunsidrati bħala li jikklassifikaw bħala kandidati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-punt 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Is-sostituzzjoni mill-parti kontraenti l-ġdida ma twassalx <HT TYPE="ITALIC">għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt</HT>. Din il-kundizzjoni lanqas ma jidher li tqajjem dubju fil-kawża prinċipali kif ippreżentata mill-qorti tar-rinviju.</P></ITEM><ITEM><P>Is-sostituzzjoni mill-parti kontraenti l-ġdida <HT TYPE="ITALIC">ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24</HT>. Is-sostituzzjoni inkwistjoni ma għandhiex tkun mod kif l-awtorità kontraenti ddur mal-proċedura biex tagħżel il-parti kontraenti tal-għażla tagħha, mingħajr sejħa għal offerti tal-kandidati interessati. Jien ser nerġa’ niġi lura għal din l-aħħar kundizzjoni li hija intiża sabiex jiġi evitat l-evitar tar-regoli ta’ għoti ta’ kuntratt previsti minn din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-punti 84 u 86 u 87 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Madankollu nippreċiża, qabel kollox, li ma ġiex issuġġerit mill-qorti tar-rinviju li, fil-kawża prinċipali, in-nomina tal-parti kontraenti l-ġdida kienet intiża sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dustin u l-Kummissjoni jsostnu, madankollu, li n-neċessità tat-trasferiment ta’ mill-inqas parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali tirriżulta b’mod impliċitu mill-kliem stess tad-dispożizzjoni kontenzjuża li jgħid li l-parti kontraenti inizjali tiġi ssostitwita minn operatur ekonomiku ieħor wara <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/><HT TYPE="ITALIC">suċċessjoni universali jew parzjali</HT> fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara <HT TYPE="ITALIC">operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv</HT>, inkluż it-teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni, akkwist jew insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Nirrileva li l-kliem użat ivarja ftit minn verżjoni lingwistika għal oħra tad-dispożizzjoni kontenzjuża. Għalhekk, fil-verżjoni tal-lingwa Ingliża u Franċiża ta’ din id-dispożizzjoni, jintuża l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>suċċessjoni universali jew parzjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, filwaqt li fil-verżjoni tal-lingwa Svediża tad-dispożizzjoni kontenzjuża, jingħad li operatur ekonomiku ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jissostitwixxi għalkollox jew parzjalment<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> lill-fornitur inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest inkwistjoni, dan il-kliem jidhirli fil-biċċa l-kbira ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Mill-enfasi magħmula mill-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jirriżulta, fil-fehma tiegħi, ġustament, li l-parti kontraenti l-ġdida tissuċċedi b’mod universali jew partikolari lill-parti kontraenti inizjali. Il-verżjoni tal-lingwa Ingliża terġa’ toħroġ din l-idea billi tispeċifika li s-sostituzzjoni sseħħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>bħala konsegwenza<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ suċċessjoni universali jew parzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-verżjoni tal-lingwa Ingliża tgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>as a consequence of universal or partial succession into the position of the initial contractor<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-parti kontraenti l-ġdida tieħu f’idejha l-patrimonju kollu jew parti minnu tal-parti kontraenti inizjali. Madankollu nenfasizza li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma huwiex iddefinit fid-dispożizzjoni kontenzjuża. Il-parti tista’ tkun xi ftit jew wisq kbira skont l-avveniment li jwassal għal din is-suċċessjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-punti 46 u 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Il-qari letterali ta’ dan il-kliem jippermetti għalhekk li jiġi kkunsidrat li l-parti kontraenti l-ġdida tista’ tieħu f’idejha biss kuntratt pubbliku jew ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju nippreċiża li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li tista’ tiġi ttrasferita parti biss minn kuntratt jew minn ftehim qafas għax dan jikkostitwixxi bidla sinjifikattiva tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas u jmur kontra l-kundizzjoni li tgħid li ma għandux ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>modifiki sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> oħra. Tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas, fil-fatt, fil-fehma tiegħi, jista’ b’mod ċar jimmodifika l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt favur il-parti kontraenti l-ġdida b’mod li ma kienx previst fil-ftehim qafas inizjali u, għaldaqstant, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>modifika sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 72(4)(b) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-parti kontraenti l-ġdida li tissostitwixxi lill-offerent rebbieħ inizjali, billi tissuċċedih, għandha tieħu f’idejha l-ftehim qafas jew il-kuntratt pubbliku kollu kemm hu. Fi kliem ieħor, hija għandha taċċetta d-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw minn dan il-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Nosserva li dan il-punt ma huwiex ikkontestat. Dustin tenfasizza li l-ftehim qafas ma jistax jiġi ttrasferit parzjalment biss lill-parti kontraenti l-ġdida.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kif huwa speċifikat, fil-kumplament tad-dispożizzjoni kontenzjuża, l-avveniment li jwassal għas-suċċessjoni għandu jkun ristrutturazzjoni tal-kumpannija, li tista’ tieħu diversi forom. Il-leġiżlatur jelenka erba’ eżempji u għalhekk b’mod mhux eżawrjenti. Nikkonstata, bħall-Kummissjoni, li l-ewwel tliet eżempji ċċitati, jiġifieri t-teħid ta’ pussess, l-amalgamazzjoni u l-akkwist għandhom ċertu xebh. Fit-tliet każijiet, l-operazzjonijiet intiżi jimplikaw it-tkomplija tal-impriża kkonċernata, jiġifieri t-tkomplija tal-attività tagħha kif ukoll tal-mezzi materjali u umani neċessarji għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fil-każ ta’ insolvenza, imsemmija bħala r-raba’ eżempju, l-impriża ma tibqax neċessarjament teżisti. Jistgħu jiġu previsti diversi sitwazzjonijiet. L-impriża tista’ ċertament tkompli tiġi operata kollha kemm hi, iżda hija tista’ wkoll tiġi likwidata u l-assi tagħha mibjugħa, jekk ikun il-każ, wieħed wieħed. F’dan l-aħħar każ, ftehim qafas li jikkostitwixxi wieħed mill-assi tal-impriża jista’ jiġi ttrasferit waħdu lil terz, mingħajr ma dan jieħu l-ebda assi ieħor ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Bil-qari tal-formulazzjoni biss tad-dispożizzjoni kontenzjuża, ma nara xejn li jwassal biex wieħed jaħseb li, fil-każ ta’ insolvenza tal-parti kontraenti inizjali, minbarra t-trasferiment ta’ ftehim qafas li kienet id-detentur tiegħu, parti tal-assi l-oħra li kellha għandha neċessarjament tiġi ttrasferita lill-parti kontraenti l-ġdida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għalhekk ma naqbilx mal-perspettiva tal-Kummissjoni li tgħid li l-fatt li l-ewwel tliet eżempji jimplikaw iż-żamma tal-attività tal-offerent rebbieħ inizjali u li l-insolvenza hija, fi kliemha, imqiegħda fuq l-istess livell bħal dawn l-eżempji, jippreżupponi wkoll kontinwità totali jew mill-inqas parzjali tal-attività sottostanti tal-parti kontraenti inizjali. Għalhekk, skont din l-istituzzjoni, il-leġiżlatur ma pprevediex il-każ fejn l-attività tal-parti kontraenti inizjali tiġi kompletament likwidata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Inqis, min-naħa tiegħi, li fl-assenza ta’ limitazzjoni espliċita, fit-test tad-Direttiva 2014/24, tal-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, dan it-terminu ma jistax jinftiehem bil-mod tant ristrett kif tipproponi l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Dan il-qari, fil-fehma tiegħi, huwa kkonfermat mill-kuntest tad-dispożizzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kuntest tad-dispożizzjoni kontenzjuża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Ix-xogħol preparatorju juri fil-fehma tiegħi li l-insolvenza ma tikkostitwixxix eżempju ta’ ristrutturazzjoni li jixbah it-teħid ta’ pussess, l-amalgamazzjoni u l-akkwist, li minnhom jirriżulta li l-parti kontraenti l-ġdida għandu jkollha identità materjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>identità materjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bejn l-operaturi ekonomiċi jintuża fil-kuntest tal-verifika tal-konformità ma’ offerti ppreżentati mill-offerenti u huwa marbut mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>identità legali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Għandu jkun hemm identità legali u materjali bejn l-operaturi ekonomiċi magħżula minn qabel u dawk li jippreżentaw l-offerti (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160524">24 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>MT Højgaard u Züblin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑396/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:347">EU:C:2016:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Telecom Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑697/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:599">EU:C:2019:599</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)). Madankollu nenfasizza li dan ir-rekwiżit huwa meħtieġ fl-istadju tal-għoti ta’ kuntratti u mhux f’dak tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti.</P></NOTE> mal-parti kontraenti inizjali u, konsegwentement, iżżomm il-parti tal-attività li din tal-aħħar kienet allokat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Għall-kuntrarju, minn dan ix-xogħol jirriżulta li l-leġiżlatur, mill-bidu nett, ippreveda l-insolvenza f’sens wiesa’, bħala li tikkostitwixxi sitwazzjoni distinta mit-teħid ta’ pussess, l-amalgamazzjoni u l-akkwist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ninnota qabel kollox li fil-Ktiba Ħadra dwar l-akkwist pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ktiba Ħadra tal-Kummissjoni tas‑<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE> dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku – Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti (KUMM(2011) 15 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Ktiba Ħadra<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</P></NOTE>, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jesprimu ruħhom b’mod speċifiku dwar il-modifiki li jikkonċernaw lill-offerent rebbieħ meta s-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar tinbidel wara inċidenti li jkollhom effett fuq il-kapaċità ta’ twettiq tal-kuntratt, bħall-falliment. Il-Kummissjoni enfasizzat li kellha ssir diskussjoni biex jiġi aċċertat jekk l-istrumenti fil-livell tal-Unjoni kinux meħtieġa biex jgħinu lill-awtoritajiet kontraenti jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet b’mod xieraq. Hija għalhekk kienet talbet lil dawn il-partijiet interessati jekk kinux jikkunsidraw li d-dritt tal-Unjoni kellu jipprevedi l-obbligu jew id-dritt espliċitu tal-awtoritajiet kontraenti biex ibiddlu l-fornituri jew itemmu l-kuntratt f’ċerti ċirkustanzi u jekk kellux jistabbilixxi wkoll proċeduri speċifiċi dwar kif il-fornitur ġdid għandu jintgħażel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Mistoqsija 41 tal-Ktiba Ħadra.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kienet tipprevedi b’mod partikolari l-possibbiltà li tiġi ssostitwita l-parti kontraenti inizjali, fl-ipoteżi fejn din issir insolventi, permezz ta’ proċedura ssemplifikata jew jinħatar min ġie fit-tieni post fil-proċedura oriġinali tas-sejħa għall-offerti jew anki li tinfetaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni biss bejn l-offerenti li pparteċipaw fil-proċedura oriġinali, sakemm il-proċedura ta’ qabel ma tkunx seħħet wisq żmien qabel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-paġna 27 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 61 tal-Ktiba Ħadra.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-proposta inizjali tagħha għal direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (KUMM (2011)896 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>proposta għal direttiva<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>).</P></NOTE>, imfassla bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-kummenti li waslu dwar il-Ktiba Ħadra tagħha, il-Kummissjoni pproponiet li l-eċċezzjoni għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku tapplika fil-każ ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpannija <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-proposta għal direttiva, l-Artikolu 72(3).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni għalhekk għamlet distinzjoni ċara bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet billi ppreċiżat fil-preambolu tal-proposta tagħha għal direttiva t-tipi ta’ sitwazzjonijiet previsti, ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>bidliet strutturali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jiġifieri r-riorganizzazzjoni interna, l-amalgamazzjonijiet u l-akkwisti kif ukoll l-insolvenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-premessa 47 tal-proposta għal direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-fatt li r-redazzjoni finali tad-dispożizzjoni kontenzjuża ma tagħmilx din id-distinzjoni b’mod espliċitu u li l-leġiżlatur ipprefera jelenka l-eżempji ta’ sitwazzjonijiet previsti, ma jimplikax, fil-fehma tiegħi, li qiegħed fuq l-istess livell l-insolvenza, minn naħa, u t-teħid ta’ pussess, l-amalgamazzjoni u l-akkwist, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-trasferiment ta’ attività lill-parti kontraenti l-ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-analiżi tiegħi hija kkonfermata mis-sens tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>operazzjonijiet ta’ ristrutturar<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li ma huwiex limitat għall-każijiet fejn jinżammu l-attivitajiet tal-impriża kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Kif jirriżulta mill-opinjoni tal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) (Taqsima tal-Finanzi) tat‑<DATE ISO="20000708">8 ta’ Lulju 2000</DATE> (Trasferiment ta’ kuntratti – Nru 141654), operazzjoni ta’ ristrutturazzjoni tista’ tirriżulta mit-tmiem tad-detentur inizjali tal-kuntratt pubbliku.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għalhekk inqis li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jippreċiża fid-dispożizzjoni kontenzjuża stess u mhux biss fil-preambolu tad-Direttiva 2014/24, kif propost preċedentement, it-tipi ta’ sitwazzjonijiet previsti, mingħajr madankollu ma jagħti x’jifhem li dawn kollha għandhom karatteristiċi simili fir-rigward tat-teħid tal-attività tal-parti kontraenti inizjali li tippermetti l-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-kuntest intern tad-dispożizzjoni kontenzjuża fi ħdan id-Direttiva 2014/24 jikkonferma, fil-fehma tiegħi, din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni kontenzjuża tagħmel parti mill-Artikolu 72 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li jiddeskrivi bir-reqqa fid-diversi paragrafi tiegħu l-eċċezzjonijiet għall-obbligu li jiġu osservati r-regoli proċedurali tal-għoti ta’ kuntratt u l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħhom. Il-paragrafi 1 u 2 tiegħu jelenkaw il-każijiet li fihom il-kuntratti u l-ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt u l-paragrafu 5 tiegħu jerġa’ jenfasizza li fil-każijiet ta’ modifiki minbarra dawk previsti f’dawn iż-żewġ paragrafi, tkun meħtieġa proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt. Il-paragrafu 4 tiegħu jippreċiża x’jikkostitwixxi modifika sostanzjali ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas billi jenfasizza li n-nomina ta’ parti kontraenti ġdida tikkostitwixxi tali modifika <HT TYPE="ITALIC">ħlief</HT>, fost oħrajn, fil-każijiet previsti fil-paragrafu 1(d) u għalhekk, b’mod partikolari, fil-każ ta’ insolvenza kif ippreċiżat fid-dispożizzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 72 jippreċiża għal kull każ previst il-kundizzjonijiet li fihom japplikaw l-eċċezzjonijiet għall-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt. Issa, kif diġà rrilevajt, dawn ma jsemmux l-obbligu li tiġi ttrasferita mill-inqas parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali lill-parti kontraenti l-ġdida, fil-każ tal-insolvenza tal-parti kontraenti inizjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ eċċezzjoni għar-regola ġenerali ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, id-dispożizzjoni kontenzjuża għandha ċertament tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta fir-rigward tal-kunċett ta’ insolvenza. Madankollu, din l-interpretazzjoni ma tistax iċċaħħad l-eċċezzjoni mill-effett utli tagħha. Issa, dan ikun il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Fuq il-ksur tal-effett utli tad-dispożizzjoni kontenzjuża, ara wkoll il-punti 92 sa 94 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, fil-fehma tiegħi, kieku l-kunċett ta’ insolvenza kien limitat għas-sitwazzjonijiet li fihom l-operat tal-impriża kkonċernata jkun jista’ jitkompla, mill-inqas parzjalment, u ma kienx mifhum fis-sens abitwali iktar wiesa’ tiegħu. Nenfasizza f’dan ir-rigward li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tintuża b’mod ġenerali u li fil-fehma tiegħi ma tistax tkopri s-sitwazzjonijiet kollha ta’ insolvenza msemmija fl-Artikolu 57(4)(b) tad-Direttiva 2014/24<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 8 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk inqis li l-eċċezzjoni dwar l-insolvenza tapplika mingħajr kundizzjoni oħra minbarra t-tlieta msemmija fid-dispożizzjoni kontenzjuża u mfakkra fil-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-premessa 110 ta’ din id-direttiva tissostanzja din l-analiżi billi tistabbilixxi li, fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ċerti bidliet strutturali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tal-offerent rebbieħ matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li fosthom hemm l-insolvenza, il-ftuħ ta’ proċedura ġdida ma jkunx awtomatikament neċessarju. L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ċerti bidliet strutturali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> twassal, bil-mod ġenerali tagħha, biex il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jinftehmu f’sens partikolarment wiesa’. L-eżempji ċċitati jiġbru inċidenti jew avvenimenti li jistgħu jaffettwaw l-istruttura nnifisha ta’ kumpannija u huma wkoll differenti mir-ristrutturazzjoni purament interna jew l-insolvenza, permezz tat-teħid ta’ pussess ta’ kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni li nipproponi tad-dispożizzjoni kontenzjuża, li tgħid li ma huwiex possibbli li mill-formulazzjoni u mill-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni jiġi dedott li parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali għandha tiġi ttrasferita lill-parti kontraenti l-ġdida sabiex tkun tista’ tapplika l-eċċezzjoni marbuta mal-insolvenza tal-parti kontraenti inizjali, hija kkonfermata wkoll mill-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-għanijiet tad-Direttiva 2014/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur jirriżultaw mill-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Filwaqt li jikkonferma l-għan li tiġi żgurata l-kompetizzjoni bejn il-kandidati fl-Istati Membri kollha u li jerġa’ jafferma, għal dan l-għan, il-prinċipji ta’ transparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-leġiżlatur xtaq, l-ewwel, jieħu inkunsiderazzjoni għanijiet oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>B’mod partikolari l-protezzjoni ambjentali, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali (ara l-punt 1 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal direttiva).</P></NOTE> u, it-tieni, jintroduċi doża ta’ flessibbiltà u ta’ semplifikazzjoni fl-applikazzjoni tar-regoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara l-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal direttiva.</P></NOTE>. Il-proposta għal direttiva tenfasizza għalhekk ir-rieda li jitnaqqas il-formaliżmu u li tingħata soluzzjoni b’mod prammatiku għall-problemi konkreti li jaffaċċjaw l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Kif enfasizzat fil-kummentarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, b’mod partikolari, Treumer, S., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Contract changes and the duty to retender under the new EU public procurement Directive<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <HT TYPE="ITALIC">Public Procurement Law Review</HT>, 2014, 3, p. 148.</P></NOTE>, filwaqt li d-direttivi fil-qasam tal-kuntratt pubbliku kienu preċedentement iffokati fuq ir-regoli applikabbli għall-<HT TYPE="ITALIC">għoti ta’ kuntratti</HT> <HT TYPE="ITALIC">pubbliċi</HT> u, b’mod partikolari, għas-sejħa għal offerti tal-kandidati <HT TYPE="ITALIC">qabel</HT> l-għoti ta’ kuntratti fil-veru sens tal-kelma,<?PAGE NO="13"?> id-Direttiva 2014/24<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Dawn il-kummenti japplikaw bl-istess mod għad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="243" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 243</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tirrigwarda wkoll <HT TYPE="ITALIC">l-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi</HT> u, għaldaqstant, il-fażi ta’ <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> l-għoti ta’ kuntratt, li tinkludi l-modifika eventwali tal-kuntratti matul l-eżekuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, id-Direttiva 2014/24 tieħu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja billi tikkodifikaha. Iżda, kif ser nuri, din marret ferm iktar lil hinn. Huwa utli li tiġi eżaminata din il-ġurisprudenza u l-mod kif hija riflessa fid-direttiva sabiex jiġu evalwati l-elementi ġodda introdotti minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Is-sentenza pressetext<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> hija determinanti f’dan ir-rigward. Il-kawża li wasslet għal din is-sentenza kienet tirrigwarda l-modifika ta’ kuntratt pubbliku matul l-eżekuzzjoni tiegħu u kienet tikkonċerna b’mod partikolari lill-offerent rebbieħ. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li d-direttiva eżistenti ma kinitx tittratta l-kwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-punt 30 tas-sentenza pressetext. Din kienet id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat‑<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).</P></NOTE>, għalkemm kien fiha indikazzjonijiet rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk enfasizzat li din id-direttiva kienet intiża sabiex tiżgura kemm it-trasparenza tal-proċeduri kif ukoll l-ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u tilħaq għalhekk l-għan prinċipali ta’ ftuħ għall-kompetizzjoni fl-Istati Membri kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punti 31 u 34 tas-sentenza pressetext.</P></NOTE>. Minn dan iddeduċiet li modifiki tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt pubbliku matul il-perijodu ta’ validità tiegħu jikkostitwixxu għoti ġdid ta’ kuntratt, meta jkollhom karatteristiċi sostanzjalment differenti minn dawk tal-kuntratt inizjali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat x’kellu jinftiehem b’<HT TYPE="ITALIC">modifiki sostanzjali</HT> billi indikat li dawn ikopru l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet li, kieku kienu preżenti fil-proċedura inizjali ta’ għoti ta’ kuntratt, kienu jwasslu għall-aċċettazzjoni ta’ offerenti oħra barra minn dawk inizjalment aċċettati jew kienu jippermettu li tintgħażel offerta differenti minn dik inizjalment magħżula<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-punt 35 tas-sentenza pressetext.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li, b’mod ġenerali, <HT TYPE="ITALIC">is-sostituzzjoni ta’ parti kontraenti ġdida</HT> għal dik li l-awtorità kontraenti kienet inizjalment attribwixxiet il-kuntratt għandha tkun ikkunsidrata bħala li tammonta għal tibdil ta’ wieħed mit-termini essenzjali tal-kuntratt pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punt 40 tas-sentenza pressetext.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Is-sentenza pressetext tippreċiża s-sitwazzjonijiet fejn ċerti bidliet li jaffettwaw lill-offerent rebbieħ madankollu ma jikkostitwixxux modifika essenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd meta, bħal fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, l-attività tal-offerent rebbieħ tiġi ttrasferita lil waħda mis-sussidjarji tiegħu li huwa jikkontrolla 100 %, li huwa jmexxi u li għaliha huwa responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> u meta s-servizz komplessiv eżistenti ma jinbidilx. Arranġament bħal dan ma hu xejn ħlief <HT TYPE="ITALIC">riorganizzazzjoni interna</HT> tal-parti kontraenti li ma tbiddilx b’mod essenzjali t-termini tal-kuntratt inizjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 45 tas-sentenza pressetext.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd ukoll meta l-offerent rebbieħ ikun persuna ġuridika kkostitwita fil-forma ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata kkwotata fil-Borża. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li jirriżulta, fil-fatt, min-natura stess ta’ tali kumpannija li l-azzjonisti tagħha jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe mument. Minn dan jirriżulta li, bħala prinċipju, sitwazzjoni bħal din ma tpoġġix fid-dubju l-validità tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku lil kumpannija bħal din<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-punt 51 tas-sentenza pressetext.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li din il-konklużjoni tapplika wkoll għall-persuni ġuridiċi kkostitwiti fil-forma ta’ kooperattiva rreġistrata b’responsabbiltà limitata, bħal fil-kawża li wasslet għas-sentenza pressetext. Tibdil eventwali fil-kompożizzjoni tal-grupp tas-soċji ta’ kooperattiva bħal din bħala prinċipju ma jinvolvix modifika sostanzjali tal-kuntratt mogħti lilha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-punt 52 tas-sentenza pressetext.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma riflessi bis-sħiħ fid-Direttiva 2014/24, minn naħa, fid-dispożizzjoni kontenzjuża u, min-naħa l-oħra, fil-premessi 107 u 110. Il-premessa 107 tirreferi b’mod espliċitu għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-premessa 110 ssemmi kemm ir-ristrutturazzjonijiet purament interni kif ukoll it-teħid ta’ pussess, l-amalgamazzjonijiet u l-akkwisti, li jimplikaw bidla fl-azzjonisti jew fis-soċji u, għaldaqstant, fil-proprjetarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Nenfasizza madankollu li d-Direttiva 2014/24 ma tillimitax ruħha għat-teħid inkunsiderazzjoni tat-tagħlimiet tas-sentenza pressetext u li din tindirizza tipi oħra ta’ sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat is-sitwazzjonijiet fejn bidla li taffettwa lill-offerent rebbieħ ma <HT TYPE="ITALIC">tikkostitwixxix modifika sostanzjali</HT> u, għaldaqstant, ma tagħtix lok għal proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, id-Direttiva 2014/24 tispeċifika barra minn hekk fid-dispożizzjoni kontenzjuża l-każijiet fejn bidla relatata mal-offerent rebbieħ, filwaqt li tikkostitwixxi normalment <HT TYPE="ITALIC">modifika sostanzjali</HT>, madankollu lanqas ma teħtieġ ftuħ mill-ġdid ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>L-istess jgħodd, b’mod partikolari, fil-każijiet ta’ teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist, sakemm il-kundizzjonijiet elenkati fid-dispożizzjoni kontenzjuża jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fuq kollox, fir-rigward ta’ dak li jinteressa lill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, id-Direttiva 2014/24 tipprevedi b’mod speċifiku l-każ tal-insolvenza li kien għadu ma ġiex suġġett għall-evalwazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din l-aħħar sitwazzjoni jikkostitwixxi innovazzjoni fir-rigward kemm tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-ġurisprudenza eżistenti fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/24. Dan jissodisfa problema prattika affaċċjata fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Din il-problema hija dik li jiġi żgurat li, meta l-awtorità kontraenti ssib ruħha f’pożizzjoni fejn offerent rebbieħ ma jkunx għadu jista’ jonora l-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku minħabba l-insolvenza tiegħu, ikun jista’ jiġi nnominat sostitut, mingħajr ma ġġarrab dewmien sporporzjonat u lanqas iżżid l-ispiża b’mod sproporzjonat tal-kuntratt ikkonċernat permezz ta’ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt. Id-dispożizzjoni kontenzjuża hija intiża sabiex twieġeb din il-problema billi tipprevedi soluzzjoni fl-interess kemm tal-awtorità kontraenti kif ukoll tal-offerent rebbieħ u tal-kredituri tiegħu. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-problema maħluqa mis-sitwazzjoni ta’ insolvenza ma tkunx inqas sinjifikattiva skont jekk l-impriża li saret insolventi<?PAGE NO="15"?> tibqax teżisti parzjalment jew tiġix kompletament likwidata. F’kull każ, għandu jinstab sostitut. Għalhekk, billi ma jagħmilx differenzi espliċiti bejn dawn is-sitwazzjonijiet, jidher li l-leġiżlatur xtaq jagħti soluzzjoni b’mod prammatiku għal dawn is-sitwazzjonijiet kollha filwaqt li jiżgura l-osservanza tal-prinċipji li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, b’mod partikolari l-projbizzjoni għall-awtorità kontraenti li tillimita artifiċjalment il-kompetizzjoni billi tevita l-applikazzjoni tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dan l-aħħar rigward, nenfasizza qabel kollox li, fil-każ fejn l-offerent rebbieħ inizjali jsir insolventi, il-ftehim qafas diġà kien is-suġġett ta’ sejħa għal offerti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara Treumer, S., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Regulations of contract changes leading to a duty to retender the contract: the European Commission’s proposals of December, 2011<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, <HT TYPE="ITALIC">Public Procurement Law Review</HT>, 2012, 5, p. 135 sa 166, li jenfasizza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>r-regoli tal-kuntratt pubbliku diġà kellhom ir-rwol tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</P></NOTE> u li l-offerta li kienet ġiet aċċettata ma tistax tiġi mmodifikata b’mod sostanzjali. Kif tistabbilixxi b’mod espliċitu d-dispożizzjoni kontenzjuża, jekk jiġu introdotti modifiki sostanzjali oħra, minbarra l-bidla tal-kontroparti kontraenti, waħda mit-tliet kundizzjonijiet previsti fid-dispożizzjoni kontenzjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara t-tieni kundizzjoni msemmija fil-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> ma tkunx osservata u għandha ssir proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-okkorrenza tal-insolvenza tal-offerent rebbieħ, mingħajr ma hija avveniment rari, tikkostitwixxi sitwazzjoni straordinarja li, normalment, la hija prevista mill-awtorità kontraenti jew mill-offerent rebbieħ inizjali, u lanqas hija mixtieqa. Infakkar li l-kapaċità ekonomika u finanzjarja hija waħda mit-tliet kriterji ta’ għażla tal-kandidati previsti fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24. Barra minn hekk, l-insolvenza ta’ operatur ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 57(4)(b) ta’ din id-direttiva hija raġuni ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, fakultattiva jew obbligatorja, skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Din in-natura straordinarja tas-sitwazzjoni ta’ insolvenza jkollha, b’mod ġenerali, l-effett li tevita li s-sostituzzjoni tal-offerent rebbieħ b’parti kontraenti ġdida tikkostitwixxi manuvra min-naħa tal-awtorità kontraenti sabiex tevita l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24. Nirrimarka li r-riskju ta’ tali manuvra huwa inqas u inqas probabbli meta jkun ġie maħtur amministratur legali, bħal fil-kawża prinċipali, li ma jirrappreżentax l-interessi tal-awtorità kontraenti, iżda dawk tal-kredituri tal-offerent rebbieħ u jeżerċita l-attività tiegħu taħt il-kontroll ta’ qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li l-partijiet ikkonċernati ma wettqux tali manuvra. Hija b’mod partikolari għandha tivverifika li l-eżami tal-kriterji ta’ għażla, bħal dawk relatati mal-kapaċità finanzjarja tal-offerent rebbieħ, kien twettaq tajjeb. Id-data li fiha saret l-insolvenza, b’mod partikolari jekk din hija qrib id-data li fiha ġie konkluż il-kuntratt, tista’ tkun indizju li l-verifika tal-osservanza ta’ dan il-kriterju kwalitattiv ma kinitx twettqet b’mod korrett. Fir-rigward ta’ kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ninnota li ma ngħatat l-ebda preċiżjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan is-suġġett, iżda li l-qorti tar-rinviju bl-ebda mod ma ssuġġerixxiet li l-partijiet ikkonċernati kellhom l-intenzjoni li jevitaw l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Nikkonstata, finalment, li, meta amministratur legali jkun ġie maħtur sabiex jamministra l-assi tal-offerent rebbieħ li sar insolventi, l-għażla tal-parti kontraenti l-ġdida taqa’ fl-ewwel lok fuq dak l-amministratur u mhux fuq l-awtorità kontraenti. Issa, infakkar li skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/24 dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, l-għoti ta’ kuntratt huwa ddefinit bħala l-akkwist ta’ provvisti jew servizzi permezz ta’ kuntratt pubbliku minn awtorità kontraenti mingħand operaturi ekonomiċi <HT TYPE="ITALIC">magħżula</HT> minn dawk l-awtoritajiet kontraenti.<?PAGE NO="16"?> Għalhekk fl-assenza ta’ għażla mill-awtorità kontraenti, l-għoti ta’ kuntratt pubbliku ma jkunx meħtieġ fir-rigward tad-Direttiva 2014/24, minkejja li hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-kontroparti kontraenti mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ kuntratt li jimplika obbligi reċiproċi bejn il-parti kontraenti l-ġdida u l-awtorità kontraenti, din l-approvazzjoni, mingħajr ma hija prevista mid-Direttiva 2014/24, hija fil-fatt neċessarja, konformement mad-dritt tal-Istati Membri fil-qasam tal-kuntratti. L-awtorità kontraenti tista’ wkoll tkun ġiet ikkonsultata jew tkun ipparteċipat f’ċerti negozjati qabel in-nomina tal-parti kontraenti l-ġdida kif jidher li kien il-każ fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-punt 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Dan ma huwiex biżżejjed, fil-fehma tiegħi, sabiex jiġi kkunsidrat li l-awtorità kontraenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għażlet<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> il-kontroparti kontraenti fis-sens tad-Direttiva 2014/24<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sue Arrowsmith tikkunsidra, madankollu, li jekk l-awtorità kontraenti żżomm il-possibbiltà li tinfluwenza d-determinazzjoni tal-kontroparti kontraenti għal raġunijiet minbarra dawk relatati mal-kapaċità teknika jew finanzjarja tagħha, hija tagħżel lil din tal-aħħar u din l-għażla għandha tkun suġġetta għal proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti; ara <HT TYPE="ITALIC">The law of Public and Utilities procurement: Regulations in the EU and UK</HT>, Sweet and Maxwell, it-tielet edizzjoni, 2014, punt 6 sa 290.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Huwa ċar li l-possibbiltà li tiġi nnominata parti kontraenti ġdida fil-każ ta’ insolvenza tal-parti kontraenti inizjali, mingħajr proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt, tintroduċi marġni ta’ manuvra sinjifikattiv fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. Iżda, din tikkorrispondi, fil-fehma tiegħi, għall-intenzjoni tal-leġiżlatur filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, sakemm it-tliet kundizzjonijiet, imfakkra fil-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li jirregolaw l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, ikunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ta’ Dustin u tal-Kummissjoni li tgħid li l-parti kontraenti l-ġdida tista’ għalhekk tiġi nnominata biss jekk tieħu f’idejha mill-inqas il-parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali li tippermetti l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, minbarra li ma hijiex prevista b’mod espliċitu mil-leġiżlatur u, fil-fehma tiegħi, tmur lil hinn mis-sens tad-dispożizzjoni kontenzjuża, toħloq iktar problemi milli ssolvi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Nosserva, fl-ewwel lok, li l-obbligu li tittieħed parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali jnaqqas b’mod sinjifikattiv il-portata tal-eċċezzjoni dwar l-insolvenza, peress li f’diversi każijiet l-impriża tiġi kompletament likwidata. Wieħed jista’ jistaqsi, barra minn hekk, liema proporzjon tal-attivitajiet tal-parti kontraenti inizjali għandu jiġi ttrasferit sabiex l-eċċezzjoni tkun applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, tali obbligu jista’ jrendi l-kompitu tal-amministratur legali partikolarment diffiċli. Dan jista’ wkoll imur kontra s-setgħat mogħtija lilu, konformement mad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-insolvenza, biex jinnegozja fl-interessi tal-kredituri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Mill-proċess f’din il-kawża jirriżulta li tali setgħat huma previsti mid-dritt nazzjonali fl-Isvezja u fl-Awstrija. Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE> dwar proċedimenti ta’ insolvenza (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 141, p. 19</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 349, p. 9</REF.DOC.OJ>) jenfasizza, fil-premessa 22 tiegħu, li jeżistu liġijiet sostantivi tal-Istati Membri f’dan il-qasam li huma differenti ħafna minn xulxin. Ara, ukoll f’dan ir-rigward, id-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE> dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar [u] l-insolvenza) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 172, p. 18</REF.DOC.OJ>), b’mod partikolari l-premessi 1, 4, 7, 8 u 12 tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, naqbel mal-perspettiva tal-Gvern Awstrijak, li tgħid li l-fatt li jiġu ttrasferiti biss kuntratti jew ftehimiet qafas jista’ jkun jew le komuni skont is-settur tal-attività. Fil-kuntest tal-insolvenza ta’ impriża tal-kostruzzjoni, pereżempju, it-trasferiment ta’ ċerti siti kbar tal-kostruzzjoni jista’ possibbilment jimplika t-trasferiment ta’ materjali u ta’ persunal. Għall-kuntrarju, dan ma huwiex neċessarjament il-każ għas-servizzi informatiċi jew il-forniment<?PAGE NO="17"?> ta’ materjal informatiku. Nenfasizza, barra minn hekk, bħal dan il-gvern, li xi drabi impriża li saret insolventi tista’ madankollu tkompli bl-operat tagħha, bil-kundizzjoni li ċċedi kuntratt pubbliku. Issa, kieku din il-possibbiltà kellha tiġi eskluża, dan mhux talli jrendi impossibbli s-sostituzzjoni tal-parti kontraenti, talli jista’ jipperikola wkoll l-ilħuq tal-għanijiet tal-proċedura ta’ insolvenza li tippreserva kemm jista’ jkun l-impriża eżistenti fl-interessi tal-kredituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-impożizzjoni ta’ tali trasferiment ta’ patrimonju bl-għan li jiġi evitat evitar tar-regoli tal-kompetizzjoni ma tkunx biss soluzzjoni oneruża, iżda wieħed jista’ wkoll jistaqsi hijiex neċessarja peress li t-trasferiment tal-kuntratt pubbliku huwa, fi kwalunkwe każ, suġġett għall-kundizzjoni stabbilita fid-dispożizzjoni kontenzjuża li ma jikkostitwixxix mezz li jevita l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Ser nittratta, fir-raba’ lok, il-problemi speċifiċi li tqajjem il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ obbligu għall-amministratur legali li javviċina lill-offerenti inizjali fil-każ ta’ tmiem totali tal-attività tal-offerent rebbieħ inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont il-Kummissjoni, l-intenzjoni tal-leġiżlatur ma kinitx li jipprevedi l-każ fejn l-attività tal-parti kontraenti inizjali tiġi kompletament likwidata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-punt 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Iżda din l-istituzzjoni tammetti li tali sitwazzjoni tista’ sseħħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-punt 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> u li kuntratt pubbliku jkun l-uniku assi li jifdal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>F’tali każ, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjoni kontenzjuża tista’ tiġi interpretata fis-sens li tapplika l-eċċezzjoni għat-tnedija ta’ proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt, bil-kundizzjoni li l-kuntratt pubbliku jkun propost lill-offerenti inizjali kollha li jissodisfaw il-kriterji ta’ għażla, b’mod nondiskriminatorju u ekwivalenti, pereżempju billi dawn jiġu indirizzati skont l-ordni ta’ klassifikazzjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Il-Kummissjoni tindika li d-dritt Taljan jidher li adotta soluzzjoni ta’ dan it-tip. Nirrimarka li fil-kummenti tagħhom dwar il-leġiżlazzjoni Taljana li tittrasponi d-Direttiva 2014/24, Marion Comba u Sara Richetto jsemmu li dan l-Istat Membru ppreveda, fl-Artikolu 110 D Lgs 50/2016, il-<HT TYPE="ITALIC">possibbiltà</HT> għall-awtorità kontraenti li tavviċina lill-offerenti inizjali skont l-ordni ta’ klassifikazzjoni tagħhom (ara Treumer, S., u Comba, M., <HT TYPE="ITALIC">Modernising Public Procurement: The approach of EU member States</HT>, Elgar, 2018, Kapitolu 7, p. 149).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Madankollu, nenfasizza, l-ewwel, li tali kundizzjoni ma tinsabx fid-dispożizzjoni kontenzjuża u li din tidher li tmur kontra r-rieda tal-leġiżlatur. Fil-fatt, kif indikajt fil-punti 53 u 54 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni kienet ipprevediet, matul ix-xogħol preparatorju, il-possibbiltà li proċedura speċifika tapplika fil-każ ta’ falliment, billi pprevediet b’mod partikolari li l-awtorità kontraenti tindirizza mill-ġdid lill-offerenti inizjali. Finalment, id-Direttiva 2014/24 ma adottatx din il-proposta u ma ssostitwixxietha bl-ebda test ieħor. Minn dan niddeduċi li l-leġiżlatur ċaħad b’mod ċar tali obbligu li jiġu indirizzati l-offerenti inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>It-tieni, jekk il-kuntratt pubbliku jew il-ftehim qafas għandu jiġi propost lill-offerenti inizjali skont l-ordni ta’ klassifikazzjoni tagħhom, dan jimplika li għandu jiġi attribwit lill-ewwel wieħed minnhom li jaċċettah. Iżda, dan l-approċċ ma jiħux inkunsiderazzjoni l-approvazzjoni neċessarja tal-parti kontraenti l-ġdida mill-awtorità kontraenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 89 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Offerent preċedenti, minkejja li jokkupa l-ogħla pożizzjoni fil-klassifikazzjoni wara l-offerent rebbieħ inizjali ma għandux dritt awtomatiku sabiex jikseb il-kuntratt f’tali ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>It-tielet, jekk l-amministratur legali jkun marbut javviċina wkoll lill-offerenti inizjali, dan jista’ jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jfittex lill-akkwirent li joffri l-iktar, fl-interessi tal-kredituri. Issa, mid-Direttiva 2014/24 bl-ebda mod ma jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jirrestrinġi għalhekk is-setgħat eventwalment mogħtija lill-amministraturi legali mid-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Nippreċiża li minn dan ma jirriżultax li kull diffikultà finanzjarja tal-offerent rebbieħ inizjali tista’ twassal għan-nomina ta’ sostitut, mingħajr sejħa ġdida għal offerti konformement mad-Direttiva 2014/24. Xorta jkun meħtieġ li tkun inbdiet proċedura formali ta’ insolvenza, bħal fil-kawża prinċipali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Għalhekk ma nistax naqbel mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif jirriżulta mill-analiżi preċedenti, inqis li, sa fejn it-tliet kundizzjonijiet previsti fid-dispożizzjoni kontenzjuża u mfakkra fil-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet huma ssodisfatti, l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fis-sens li din tippermetti t-trasferiment lil parti kontraenti ġdida tal-uniku ftehim qafas jew kuntratt pubbliku mogħti preċedentement, mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi implimentata proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt u mingħajr ma din il-parti kontraenti l-ġdida tkun marbuta tieħu f’idejha attività oħra tal-parti kontraenti inizjali, issolvi problema konkreta tal-ħajja tal-impriżi filwaqt li tosserva l-prinċipji li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratt pubbliku stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja) bil-mod li ġej:</TXT><P>L-Artikolu 72(1)(d)(ii) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li parti kontraenti ġdida daħlet fid-drittijiet u l-obbligi tal-parti kontraenti inizjali li jirriżultaw minn ftehim qafas wara li dan il-ftehim ġie ttrasferit lilha mill-amministratur legali wara li l-parti kontraenti inizjali ġiet iddikjarata insolventi, jimplika li l-parti kontraenti l-ġdida għandha titqies bħala li ssuċċediet kompletament jew parzjalment għall-parti kontraenti inizjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Ma huwiex neċessarju li dan it-trasferiment ikun akkumpanjat minn trasferiment lill-parti kontraenti l-ġdida ta’ parti mill-attività tal-parti kontraenti inizjali ddedikata għall-eżekuzzjoni tal-ftehim qafas.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>