|
25.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/49 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Mogħdija lejn sistema tal-ikklerjar tal-UE aktar b’saħħitha”
(COM(2022) 696 final)
u dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni”
(COM(2022) 697 final — 2022/0403 (COD))
(2023/C 184/09)
|
Relatur: |
Florian MARIN |
|
Konsultazzjoni |
Kunsill, 31.1.2023 Parlament Ewropew, 1.2.2023 Kummissjoni Ewropea, 8.2.2023 |
|
Bażi legali |
Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
2.3.2023 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
22.3.2023 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
577 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
201/1/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat jilqa’ l-proposta għal regolament (1) u l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura l-awtonomija strateġika tas-swieq kapitali tagħna, iżżid il-kapaċità interna ta’ kklerjar, u tagħmel is-sistema tal-ikklerjar tal-UE aktar sigura u robusta. Il-Kumitat jemmen li huwa essenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tas-swieq kapitali tal-UE li jkollna sistema tal-ikklerjar kompetittiva u effiċjenti. |
|
1.2. |
Il-KESE jissuġġerixxi li l-kmamar tal-ikklerjar ibbażati fl-UE għandhom jiżviluppaw, ifasslu u jinvestu fit-titjib tal-oqfsa tal-kapaċità tagħhom biex iħeġġu lill-operaturi tas-suq jikklerjaw l-operazzjonijiet tagħhom fl-UE. |
|
1.3. |
Il-Kumitat jemmen li kellu jiġu implimentat pjan komprensiv biex jinkoraġġixxi t-tranżizzjoni lejn operaturi tal-ikklerjar ibbażati fl-UE immedjatament wara l-Brexit, u jinsab diżappuntat dwar il-proċess kajman ta’ teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ suq tad-derivattivi ta’ EUR 81 triljun. Il-KESE kien qiegħed jistenna pożizzjoni aktar ċara dwar it-tnaqqis tal-esponiment għal kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit u regoli u inċentivi aktar speċifiċi biex jiġi xprunat iċ-ċaqliq lejn kontropartijiet ċentrali bbażati fl-UE. |
|
1.4. |
Il-KESE jqis li huwa kruċjali li jkun hemm data speċifika dwar is-sistema ta’ kklerjar tal-UE li tkopri l-klassijiet u l-volumi tal-assi kollha, u jemmen li għandu jsir aktar f’dan ir-rigward. Ir-relazzjoni bejn id-data miġbura u d-dinamika tar-riskju għandha titqies fuq bażi regolari sabiex ikun hemm fehim aktar preċiż tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Il-KESE japprezza li minbarra r-riskju finanzjarju, il-mudelli tar-riskju jridu jqisu r-riskji soċjali, ta’ governanza u ambjentali tal-kontropartijiet ċentrali, u għandhom ikunu daqstant ieħor importanti fi ħdan xenarji u analiżi tar-riskji differenti. |
|
1.5. |
Il-KESE jitlob li ssir valutazzjoni komprensiva ta’ spejjeż addizzjonali potenzjali għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u entitajiet oħrajn tal-UE rigward il-forza tax-xogħol, is-sistemi tal-IT, it-timijiet superviżorji konġunti u l-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ propost. |
|
1.6. |
Fid-dawl tas-setgħat addizzjonali li ngħataw lill-ESMA bit-tibdil tal-2019 għar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (Regolament EMIR) u l-proposta attwali għal regolament, il-KESE jixtieq jara sistema ta’ kontrokontrolli fir-rigward tal-attività tal-ESMA. Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-ESMA għandha tagħmel aktar biex tistabbilixxi li proporzjon sinifikanti tas-servizzi pprovduti lill-klijenti tal-UE tagħhom għandhom jiġu kklerjati mill-kontropartijiet ċentrali tal-UE. |
|
1.7. |
Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet intragrupp, il-Kumitat japprezza d-deċiżjoni li entitajiet minn pajjiżi elenkati bħala ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa u dawk elenkati bħala ġuridizzjonijiet b’riskju għoli għal finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament kontra t-terroriżmu ma jiġux eżentati mill-obbligi ta’ kklerjar u r-rekwiżiti tal-marġni. |
|
1.8. |
Il-KESE jinsab diżappuntat li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni komprensiva tal-qafas eżistenti u ta’ kif inbidlet l-attraenza tas-suq tal-UE f’dawn l-aħħar snin, peress li l-aħħar li r-Regolament ġie emendat kien aktar minn tliet snin ilu. Il-Kumitat jilqa’ l-introduzzjoni tal-Artikolu 7b, u jitlob lill-ESMA tippreżenta rapport dwar ir-raġunijiet ewlenin għall-użu ta’ kontropartijiet ċentrali mhux tal-UE sena wara li jidħol fis-seħħ ir-Regolament. |
|
1.9. |
Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-kontropartijiet ċentrali tal-UE jridu jkunu trasparenti dwar it-tariffi, l-appelli għall-marġni u l-azzjonijiet tagħhom matul perjodi ta’ stress fis-suq, sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà tal-parteċipanti kollha tas-suq. |
|
1.10. |
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex tispjega d-definizzjoni speċifika tat-terminu “b’mod urġenti” fil-modifiki ssuġġeriti għall-Artikolu 20, u jitlob lill-koleġiżlaturi biex jistabbilixxu liema eżenzjonijiet huma meqjusa bħala deċiżjonijiet “urġenti”. |
|
1.11. |
Il-KESE jappoġġja l-modifiki proposti għall-Artikolu 23 rigward il-ħolqien ta’ timijiet superviżorji konġunti u l-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-Kumitat jipproponi li s-soċjetà ċivili tkun involuta fil-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ stabbilit fl-Artikolu 23c, u li l-KESE jkun parti minnu bħala osservatur. |
|
1.12. |
Il-KESE jqis li l-iskadenza ta’ ħames snin biex il-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni tar-Regolament hija twila wisq. Huwa jqis ukoll li għandu jsir aktar biex jitnaqqas iż-żmien meħtieġ għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet jew biex jiġu estiżi attivitajiet u servizzi, kif ukoll biex tinbena bażi ta’ data ċentrali. Il-KESE jitlob għal aktar interoperabbiltà fis-sistema tal-ikklerjar Ewropea, kif ukoll piż amministrattiv imnaqqas u soluzzjonijiet ta’ aċċess aktar sempliċi. |
|
1.13. |
Il-Kumitat japprova ż-żieda fit-trasparenza li joffru l-modifiki għall-Artikolu 38, li jistipula li l-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar għandhom jinfurmaw lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali tagħhom dwar il-mudelli tal-marġni u dwar it-telf potenzjali jew kostijiet oħrajn. |
2. Sfond
|
2.1. |
L-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU), li tnediet fl-2015 mill-Kummissjoni Ewropea, hija proġett ambizzjuż fuq perjodu ta’ żmien twil li huwa ffukat fuq l-iżgurar ta’ fluss liberu tal-kapital fl-Unjoni, wieħed mill-erba’ libertajiet fundamentali tas-suq uniku. Il-Brexit wassal għal tnaqqis drastiku fir-rwol globali tal-Ewropa fis-swieq kapitali, li naqas minn 22 % tal-attività globali qabel il-Brexit għal 14 % biss (2). Tletin sena wara li tnieda s-suq uniku, għoxrin sena wara l-introduzzjoni tal-euro u seba’ snin wara l-introduzzjoni tal-inizjattiva tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-UE għadha qed taħdem biex toħloq suq uniku kapitali. |
|
2.2. |
Ir-Refit tal-EMIR (3) u r-Regolamenti EMIR 2.2 (4) ipprovdew trasparenza msaħħa rigward il-kontropartijiet ċentrali minn pajjiżi terzi, introduċew tibdil għall-mandat tal-ikklerjar u taw setgħat addizzjonali lill-ESMA, l-awtorità superviżorja tal-UE. Din il-proposta għal regolament tagħti saħansitra aktar setgħat lill-ESMA. Peress li l-kapaċità tal-ikklerjar hija parti importanti tas-CMU, is-swieq finanzjarji Ewropej qegħdin jitqiegħdu f’riskju mid-dipendenza żejda fuq servizzi pprovduti minn kontropartijiet ċentrali minn pajjiżi terzi, speċjalment tar-Renju Unit (UK). Bħala parti mill-ftehim tal-Brexit, l-UE tippermetti lil clearers mir-Renju Unit biex ikomplu jipprovdu servizzi lil parteċipanti fis-suq tal-UE sal-aħħar ta’ Ġunju 2022. L-iskadenza ġiet estiża bi tliet snin minħabba t-theddida għall-istabbiltà tas-suq finanzjarju, bl-intenzjoni li jitħalla biżżejjed żmien għal trasferiment gradwali tal-operazzjonijiet ta’ kklerjar fl-UE. |
|
2.3. |
Il-proposta għal regolament għandha l-għan li tipprovdi aktar stabbiltà, previdibbiltà u proporzjonalità għall-operaturi kollha b’obbligi ta’ kklerjar, u tintroduċi rekwiżiti għall-parteċipanti tas-suq li jiddikjaraw kemm jiddependu minn pajjiżi terzi għall-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet ta’ derivattivi tagħhom. L-emendi proposti jiffukaw ukoll fuq miżuri biex il-kontropartijiet ċentrali tal-UE jsiru aktar attraenti u jitnaqqas il-piż amministrattiv, jiġi promoss l-ikklerjar ċentrali fl-UE billi l-operaturi tal-ikklerjar ikunu obbligati jkollhom kont attiv mal-kontropartijiet ċentrali tal-UE, u biex l-awtoritajiet lokali jiġu mogħtija s-setgħat meħtieġa biex jissorveljaw ir-riskju relatat ma’ tranżazzjonijiet transfruntiera. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE ilu żmien twil jappella għal leġiżlazzjoni li ssaħħaħ is-swieq kapitali tal-UE u li tagħmilhom aktar stabbli u attraenti (5). Fid-dawl tal-iżviluppi ġeopolitiċi reċenti (l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, tensjonijiet ġeopolitiċi f’ħafna partijiet tad-dinja, u l-pandemija tal-COVID-19) u l-effetti immedjati fuq l-ambjent ekonomiku, il-KESE jirrimarka li hija meħtieġa azzjoni rapida biex tiġi ssalvagwardjata u tiżdied l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-UE. Il-KESE jqis li huwa kruċjali għall-istabbiltà finanzjarja tas-swieq kapitali tal-UE li jkollhom sistema ta’ kklerjar kompetittiva u effiċjenti. |
|
3.2. |
Il-Kumitat jilqa’ l-proposta għal regolament u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġixxi biex tiżgura l-awtonomija strateġika tas-swieq kapitali tagħna, biex b’hekk tibni l-kapaċità ta’ kklerjar interna tagħna u tiżgura li s-sistema ta’ kklerjar tkun aktar sikura u reżiljenti. It-tisħiħ tas-suq ta’ kklerjar tal-UE għandu jqis l-ispejjeż iġġenerati mill-migrazzjoni tal-kapital minn swieq ta’ kklerjar mhux tal-UE, il-ħtieġa li jiġi protett l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, kif ukoll l-interdipendenza bejn is-swieq finanzjarji mhux tal-UE u dawk tal-UE. |
|
3.3. |
Il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament EMIR qiegħda tasal wara ż-żieda drammatika fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Ewropa, ikkawżata prinċipalment mill-attakk mhux ġustifikat tar-Russja fuq l-Ukrajna; dan iġġenera instabbiltà fis-swieq tal-ikklerjar, b’uħud mill-kumpaniji mhux qed ikunu kapaċi jipprovdu kollateral fuq il-kuntratti tad-derivattivi tagħhom. Il-KESE jħeġġeġ biex il-konsolidazzjoni tas-settur tal-ikklerjar fl-UE tibqa’ prijorità. Għandhom jitqiesu l-prezz, il-likwidità, ir-riskju, il-marġnijiet, ir-regolamentazzjoni u l-effiċjenza bil-għan li s-sistema ta’ kklerjar tal-UE ssir aktar kompetittiva. Il-Kumitat jaqbel mal-ħtieġa li jitnaqqas iż-żmien meħtieġ biex jingħataw awtorizzazzjonijiet jew biex jiġu estiżi attivitajiet u servizzi, kif ukoll li tinbena bażi ta’ data ċentrali. |
|
3.4. |
Il-Kumitat iqis li l-kontropartijiet ċentrali bbażati fl-UE għandhom joħolqu, ifasslu u jinvestu f’titjib tal-oqfsa tal-kapaċità tagħhom sabiex jikkonvinċu lill-operaturi tas-suq biex jikklerjaw l-operazzjonijiet tagħhom fl-UE, b’mod partikolari billi jsaħħu t-teknoloġija u l-kapaċitajiet operazzjonali tagħhom, jiżguraw kooperazzjoni aħjar bejn il-parteċipanti tas-suq u jtejbu l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju. Sabiex itejbu l-prevedibbiltà, il-kontropartijiet ċentrali jeħtiġilhom ikunu trasparenti dwar it-tariffi, l-appelli għall-marġni u l-azzjonijiet tagħhom waqt perjodi ta’ stress fis-suq. |
|
3.5. |
Swieq kapitali stabbli jirrikjedu suq tax-xogħol bilanċjat u stabbli. Il-KESE huwa konxju li minbarra r-riskju finanzjarju, il-mudelli tar-riskju jridu jqisu r-riskji soċjali, ta’ governanza u ambjentali tal-kontropartijiet ċentrali, u japprezza li dawn għandhom ikunu daqstant ieħor importanti fi ħdan xenarji u analiżi tar-riskji differenti. |
|
3.6. |
Il-KESE japprezza l-konsultazzjoni li l-Kummissjoni wettqet fil-bidu tal-2022, il-laqgħat mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew, mas-servizzi finanzjarji u mal-kumitati ekonomiċi u finanzjarji, kif ukoll il-laqgħat bilaterali ma’ partijiet interessati rilevanti. |
|
3.7. |
Il-KESE huwa diżappuntat li l-iskadenza biex kmamar tal-ikklerjar ibbażati fir-Renju Unit ikollhom aċċess illimitat għal partijiet interessati bbażati fl-UE ġiet estiża bi tliet snin, sat-30 ta’ Ġunju 2025. Huwa jqis li kellu jiġi stabbilit pjan dettaljat biex jinċentiva ċ-ċaqliq lejn operaturi tal-ikklerjar ibbażati fis-suq tal-UE minnufih wara l-Brexit. Il-Kumitat jikkritika n-nuqqas ta’ reazzjoni, il-konsultazzjoni limitata u l-proċess kajman għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-passat rigward suq tad-derivattivi ta’ EUR 81 triljun. |
|
3.8. |
Il-banek Ewropej jibbenefikaw minn pool ta’ diversi muniti tas-suq tar-Renju Unit, u l-bidla lejn il-kmamar tal-ikklerjar Ewropej tiġġenera proċess tal-ikklerjar ibbażat fuq l-euro, bi spejjeż sinifikanti għas-sistema bankarja. Għalkemm il-KESE jappoġġja din il-bidla, u jqis li din għandha ssir malajr kemm jista’ jkun, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajba sabiex il-banek ma jitħallewx jaqilbu għal swieq oħra. Għandhom jitqiesu inċentivi aktar immirati u adattati biex jiġi kkonsolidat is-settur tal-ikklerjar fl-UE. |
|
3.9. |
Peress li ħafna operaturi tas-suq tal-UE jikklerjaw it-tranżazzjonijiet tad-derivattivi tagħhom f’pajjiżi oħrajn, il-KESE kien qiegħed jistenna pożizzjoni aktar ċara kontra din ix-xejra u regoli u inċentivi aktar speċifiċi li jiskattaw iċ-ċaqliq lejn kontropartijiet ċentrali bbażati fl-UE. Il-Kumitat kien jistenna li mill-inqas l-entitajiet pubbliċi jkunu meħtieġa li jikklerjaw fl-UE, u jappella għal viżjoni ċara biex tintemm din id-dipendenza mill-aktar fis possibbli. |
|
3.10. |
Il-KESE jqis li l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ kklerjar fl-UE għandu jikkunsidra l-katina ta’ provvista kollha, għall-benefiċċju tal-parteċipanti tas-suq. Il-likwidità tas-suq għandha tiġi ġestita b’attenzjoni meta jitnaqqas l-esponiment għall-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit, flimkien ma’ perspettiva aktar fit-tul u standardizzazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-aċċess għas-suq tal-ikklerjar tal-UE. Għandha tiġi kkunsidrata l-preparazzjoni tal-klijenti għall-ikklerjar, u għandhom isiru diversi simulazzjonijiet għall-benefiċċju ta’ dawk il-klijenti. Il-Kumitat iqis ukoll li l-ESMA għandha tadatta l-miżuri bir-reqqa għall-parteċipanti tas-suq ta’ daqs żgħir u medju. |
|
3.11. |
Il-KESE jisħaq fuq kemm huwa importanti r-rwol tal-kontropartijiet ċentrali minn pajjiżi terzi għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE. Huwa vitali li jitnaqqsu r-riskji ta’ konċentrazzjoni u li jiġi żgurat li r-relazzjonijiet ma’ dawn il-kontropartijiet ċentrali jkunu msejsa fuq approċċ trasparenti, prevedibbli, proporzjonali u orjentat lejn ir-riskju. Din il-proposta għal regolament ser tagħti lill-ESMA saħansitra aktar setgħat u l-KESE jixtieq jara sistema ta’ kontrokontrolli fuq l-attività tal-ESMA fis-seħħ. |
|
3.12. |
Il-KESE jissuġġerixxi li sabiex ikun hemm stampa ċara għall-finijiet ta’ monitoraġġ, huwa importanti li jkun hemm data speċifika dwar is-sistema tal-ikklerjar tal-UE; din id-data trid tkun komparabbli u tkopri l-klassijiet u l-volumi kollha tal-assi. Huwa importanti li tinġabar id-data t-tajba biex ikun hemm stampa preċiża tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja, u s-sinerġija bejn id-data miġbura u d-dinamika tar-riskju għandha tiġi kkunsidrata fuq bażi sistematika. Il-KESE jqis li għandu jsir aktar f’dan ir-rigward. |
|
3.13. |
Għandhom jiġu kkunsidrati aktar sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ kklerjar u l-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP). L-ESAP jippromovi l-finanzi mmexxija mid-data u jtejjeb b’mod konsiderevoli l-aċċess minn kumpaniji, negozji u istituzzjonijiet finanzjarji għal data u informazzjoni dwar entitajiet, kif ukoll jadatta l-ekonomija għall-futur diġitali, isaħħaħ is-sovranità diġitali, iħaffef il-pass tal-fluss tal-informazzjoni u jistabbilixxi standards komuni, b’enfasi fuq id-data, it-teknoloġija u l-infrastruttura (6). |
|
3.14. |
Il-KESE jaqbel mal-proposta li r-regoli tal-EMIR dwar id-derivattivi jiġu mtaffija u li jkun permess li garanziji bankarji u ittri ta’ kreditu jiġu aċċettati bħala kollateral ta’ likwidità għolja, peress li alternattivi mhux abbażi ta’ flus kontanti jiżguraw il-likwidità tas-suq u huma diġà użati fuq skala kbira fi swieq kapitali aktar avvanzati, bħal dak tal-Istati Uniti. Il-KESE jappoġġja r-rwol akbar tal-banek ċentrali fil-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE. |
|
3.15. |
Il-KESE jappoġġja t-tibdil propost għall-Artikoli 11, 14, 15 u 17 rigward il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ erba’ xhur għall-kontropartijijet mhux finanzjarji li għall-ewwel darba huma mitluba jiskambjaw il-kollateral, kif ukoll rigward proċeduri iqsar u inqas kumplessi għall-kontropartijiet ċentrali biex jespandu l-prodotti tagħhom. Il-Kumitat jilqa’ l-bidliet proposti billi dawn se jissemplifikaw il-proċess għall-estensjoni tal-attivitajiet u tas-servizzi u għall-għoti jew għar-rifjut ta’ awtorizzazzjonijiet. Hija meħtieġa aktar interoperabbiltà fis-sistema ta’ kklerjar Ewropea, flimkien ma’ piż amministrattiv imnaqqas u soluzzjonijiet għall-aċċess aktar sempliċi. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li “Din l-inizjattiva leġiżlattiva mhux se jkollha impatt fuq l-infiq għall-ESMA jew għal korpi oħrajn tal-Unjoni Ewropea”, u jqis li l-ispejjeż ser jiżdiedu f’oqsma bħall-forza tax-xogħol, is-sistemi tal-IT, it-timijiet superviżorji konġunti u l-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ. Il-Kumitat josserva li, fl-emenda proposta għall-Artikolu 90, il-Kummissjoni titlob lill-ESMA biex tirrapporta dwar “il-ħtiġijiet għal persunal u riżorsi”. Għaldaqstant, il-KESE jappella għal valutazzjoni dettaljata tal-ispejjeż addizzjonali, bil-kalkoli u t-tħabbir tal-implikazzjonijiet baġitarji stmati. |
|
4.2. |
Il-KESE jirrikonoxxi u jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi introdott rekwiżit għall-parteċipanti kollha fis-suq soġġetti għall-obbligi tal-ikklerjar biex ikollhom kont mal-kontropartijiet ċentrali tal-UE. Huwa jitlob lill-ESMA sabiex, wara konsultazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea, mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, tistabbilixxi proporzjon sinifikanti mis-servizzi pprovduti lill-klijenti tal-UE tagħhom identifikati bħala ta’ importanza sistemika sostanzjali li jridu jiġu kklerjati f’kontropartijiet ċentrali tal-UE. |
|
4.3. |
Il-Kumitat jilqa’ l-intenzjoni li l-parteċipanti tas-suq jintalbu jirrapportaw iċ-ċifri preċiżi u d-dipendenza fuq clearers barranin. Il-Kumitat jistenna li l-ESMA tiżviluppa malajr standards tekniċi li jispeċifikaw din l-informazzjoni, jistenna bil-ħerqa rapport dettaljat sena wara d-dħul fis-seħħ u jistenna li r-Regolament EMIR jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
4.4. |
Rigward tranżazzjonijiet intragrupp, il-KESE japprezza n-nuqqas ta’ eżenjoni mill-obbligu ta’ kklerjar u mir-rekwiżiti tal-marġni għal entitajiet minn pajjiżi elenkati bħala ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijijet ta’ taxxa u għal dawk elenkati bħala ġuriżdizzjonijiet ta’ riskju għoli għal skopijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u ta’ finanzjament kontra t-terroriżmu. Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-miżuri amministrattivi relatati ma’ dawn il-ġuriżdizzjonijiet u jqis li dawn l-entitajiet jippreżentaw theddida sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-UE. |
|
4.5. |
Għalkemm l-aġġornamenti diġitali jfissru ħtiġijiet baġitarji akbar, il-KESE jqis li huwa vitali li jkun hemm l-investimenti diġitali fis-seħħ biex jappoġġjaw l-aġġornamenti proposti għar-Regolament EMIR. Il-Kumitat japprezza l-proposta għal programm tal-IT avvanzat għas-sottomissjoni ta’ dokumenti superviżorji online, aċċessibbli għall-awtoritajiet relevanti kollha. |
|
4.6. |
Il-KESE jinsab diżappuntat li l-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni dettaljata tal-qafas eżistenti, peress li l-aħħar li r-Regolament ġie emendat kien aktar minn tliet snin ilu. Barra minn hekk, sabiex l-emendi attwali jkunu adattati għall-iskop tagħhom, il-Kumitat kien jistenna analiżi mmirata ta’ kif inbidlet l-attraenza tas-suq tal-UE f’dawn l-aħħar snin, speċjalment b’rabta mal-iżviluppi ġeopolitiċi sinifikanti riċenti. |
|
4.7. |
Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-istandards tekniċi żviluppati taħt l-Artikolu 7 għandhom ikunu trasparenti u inklussivi. L-għażla li jiġu introdotti bidliet bil-għan li dawn l-istandards jiġu adattati malajr ukoll għandha tiġi kkunsidrata. L-għoti ta’ għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet għall-ispejjeż ta’ eżekuzzjoni, l-ispejjeż ta’ kklerjar u l-ispejjeż għall-membri tal-ikklerjar huwa importanti għall-maniġers tal-assi. |
|
4.8. |
Il-Kumitat jilqa’ l-introduzzjoni tal-Artikolu 7b li jispeċifika li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kklerjar għandhom jirrapportaw dwar l-ambitu tal-attività ta’ kklerjar f’kontroparti ċentrali mhux tal-UE u l-obbligu li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar il-possibbiltà li kuntratt rilevanti jiġi kklerjat f’kontroparti ċentrali tal-UE. Il-Kumitat jitlob lill-ESMA biex tiżviluppa proċedura ta’ rappurtar standardizzata biex tintuża fl-Istati Membri kollha, u jirrakkomanda li jiġi ppreżentat rapport dwar ir-raġunijiet ewlenin għaliex jintużaw kontropartijiet ċentrali mhux tal-UE sena wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ. Għandu jiġi ġestit ukoll approċċ komuni għall-multi għal operaturi tas-suq sabiex tiġi żgurata proporzjonalità fis-suq uniku. |
|
4.9. |
Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tiċċara t-tifsira preċiża tal-kliem “b’mod urġenti” fil-bidliet proposti għall-Artikolu 20, u jitlob lill-koleġiżlaturi biex jiftiehmu u jispeċifikaw liema eżenzjonijiet jaqgħu taħt id-deċiżjoni “urġenti”. |
|
4.10. |
Il-KESE jaqbel mal-bidliet proposti għall-Artikolu 23 rigward l-istabbiliment ta’ timijiet superviżorji konġunti u l-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ, iżda jinnota li dawn ser ikollhom implikazzjonijiet baġitarji peress li dawn l-awtoritajiet ser jeħtiġilhom iħaddmu aktar persunal, inkluż għall-ESMA. Il-KESE jipproponi li s-soċjetà ċivili tkun involuta fil-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ stabbilit fl-Artikolu 23c, speċjalment rigward id-deċiżjonijiet ta’ politika futuri. |
|
4.11. |
Valutazzjoni tajba tal-interkonnessjonijiet, tar-rabtiet u tar-riskji ta’ konċentrazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Superviżorju tal-kontroparti ċentrali(l-Artikolu 24a) titlob ukoll l-involviment tas-soċjetà ċivili, u l-KESE għandu jkun parti mill-Mekkaniżmu Konġunt ta’ Monitoraġġ bħala osservatur. Il-ħtieġa li titnaqqas id-duplikazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn għadd kbir ta’ awtoritajiet involuti fis-sistema tal-ikklerjar għandha tiġi kkunsidrata. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali għandha tkun effiċjenti u adattata għad-dinamika tar-riskji tas-suq. |
|
4.12. |
L-iskadenza ta’ ħames snin biex il-Kummissjoni tirrevedi b’reqqa l-applikazzjoni tar-Regolament wara d-dħul fis-seħħ tiegħu tidher twila ferm, minħabba l-perjodu bejn l-emendi għar-Regolament EMIR. Barra minn hekk, il-KESE kien qiegħed jistenna r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Refit tal-EMIR u tar-Regolament EMIR 2.2, kif maqbul, fit-2 ta’ Jannar 2023, iżda l-Kummissjoni issa qiegħda tipproponi li tħassru. Il-Kumitat huwa kontra din il-proposta u jqis li tista’ twassal biex l-emendi għall-EMIR ma jiġux ivvalutati, minħabba t-tibdil konsegwenti li diġà sar lir-Regolament EMIR. |
|
4.13. |
Fl-aħħar nett, il-Kumitat jaqbel maż-żieda fit-trasparenza li toffri l-proposta biex jiġi emendat l-Artikolu 38 dwar l-obbligu tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar li jinfurmaw lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali tagħhom dwar il-mudelli tal-marġni u t-telf potenzjali jew kostijiet oħrajn, jekk il-kontroparti ċentrali tieħu miżuri ta’ rkupru. Il-KESE jqis li l-membri tal-ikklerjar ukoll għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tat-trasparenza fi ħdan is-sistema tal-ikklerjar tal-UE. |
Brussell, it-22 ta’ Marzu 2023.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2022) 697 final.
(2) Report – A new vision for EU capital markets (Rapport — Viżjoni ġdida għas-swieq kapitali tal-UE (mhux disponibbli bil-Malti)).
(3) ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42.
(4) ĠU L 322, 12.12.2019, p. 1.