|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5301 |
14.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12641 – L CATTERTON / ALTAS / FULLSCRIPT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5301)
1.
Fis-6 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
L Catterton Management Limited (“L Catterton”, ir-Renju Unit) ikkontrollata minn Catterton Management Company, L.L.C. (l-Istati Uniti), |
|
— |
Altas Corporation (“Altas”, l-Istati Uniti) ikkontrollata minn APH II ULC. (il-Kanada), |
|
— |
Fullscript Inc. (“Fullscript”, l-Istati Uniti) ikkontrollata minn HGGC, LLC (l-Istati Uniti) u Snapdragon Capital Partners, LLC (l-Istati Uniti). |
L Catterton u Altas Sanad se jakkwistaw, indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Fullscript.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Settembru 2026, iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fl-1 ta’ Ottubru 2026.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
L Catterton hija ditta ta’ investiment iffukata fuq il-konsumatur li l-kumpaniji tal-portafoll tagħha joperaw fin-negozju tal-ħwienet u tar-ristoranti, fin-negozju tal-ikel u x-xorb, fin-negozju tas-servizzi għall-konsumatur u tal-prodotti għall-konsumatur inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ bjankerija tas-sodda, ħwejjeġ u aċċessorji, kożmetiċi u prodotti tal-fwieħa. |
|
— |
Altas hija ditta ta’ investiment iffukata fuq l-akkwist ta’ interessi f’negozji bi kwartieri ġenerali fl-Amerka ta’ Fuq. L-investimenti eżistenti tagħha jinkludu negozji li joperaw f’servizzi industrijali, servizzi finanzjarji, u l-aktar fl-Istati Uniti, ċerti servizzi relatati mal-kura tas-saħħa. |
|
— |
Fullscript topera pjattaforma ta’ distribuzzjoni online għall-provvista ta’ vitamini, minerali u prodotti supplimentari lil prattikanti tal-kura tas-saħħa mhux konvenzjonali u konvenzjonali, u lill-pazjenti jew lill-klijenti tagħhom fl-Istati Uniti u fil-Kanada. Fullscript ma għandha l-ebda operat fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12641 — L CATTERTON / ALTAS / FULLSCRIPT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5301/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)