<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-258/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0258</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:252">EU:C:2018:252</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180412">12.4.2018</DATE> – Kawża C-258/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Finnair</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Montreal</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 31</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru għall-bagalji li jkunu għaddew miċ-check-in</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti dwar il-forma u l-kontenut ta’ lment bil-miktub magħmul lit-trasportatur</KEYWORD><KEYWORD>Ilment imressaq b’mod elettroniku u rreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Ilment imressaq f’isem id-destinatarju minn impjegat tat-trasportatur bl-ajru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-258/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160502">2 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160509">9 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Finnair Oyj</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Finnair Oyj, minn T. Väätäinen, asianajaja,</P></ITEM><ITEM><P>għal Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia, minn V. Teiramaa, asianajaja,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Capolupo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Koskinen u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Konvenzjoni ta’ Montreal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Finnair Oyj, kumpannija tal-ajru, u Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Fennia<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija tal-assigurazzjoni, dwar ir-responsabbiltà ta’ dan it-trasportatur bl-ajru minħabba dannu li rriżulta mit-telf ta’ oġġetti li kienu jinsabu f’bagalja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Montreal</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, fil-paragrafu 3 tiegħu jipprovdi li l-Istati parti għal din il-konvenzjoni jirrikonoxxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-importanza li tiġi assigurata l-protezzjoni ta’ l-interessi tal-konsumaturi fit-trasport internazzjonali bl-ajru u l-bżonn għal kumpens ekwu bbażat fuq il-prinċipju ta’ restituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-ħames paragrafu tal-imsemmi preambolu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[…] l-azzjoni kollettiva mill-Istat għal armozzazzjoni u kodifikazzjoni akbar ta’ ċerti regoli li jirregolaw it-trasport internazzjonali bl-ajru permezz ta’ Konvenzjoni ġdida hija l-mezz l-aktar adegwat biex jiġi akkwistat bilanċ ekwu ta’ l-interessi […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Mewt u inġurji tal-passiġġieri – dannu lil bagalji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>It-trasportatur huwa responsabbli għad-danni sofferti fil-każ ta’ distruzzjoni jew telf ta’ jew dannu lil bagalji kkontrollati sakemm biss il-każ li kkawża d-distruzzjoni, it-telf jew id-dannu seħħ abbord l-inġenju ta’ l-ajru jew tul kwalunkwe perijodu li fih il-bagalji kkontrollati kienu fil-kura tat-trasportatur. Madanakollu, it-trasportatur mhuwiex responsabbli jekk, u sa fejn, il-ħsara li tirriżulta mid-difett inerenti, mill-kwalità jew problema tal-bagalja. Fil-każ ta’ bagalji mhux ivverifikati, inklużi oġġetti personali, it-trasportatur huwa responsabbli jekk id-dannu rriżulta mit-tort tiegħu jew tas-servjenti jew l-aġenti tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Notifika fil-ħin tal-pretensjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Riċevuta mill-persuna intitolata għall-kunsinna ta’ bagalji jew merkanzija kkontrollata mingħajr ilment hija prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> li l-istess ġie kkunsinnat f’kondizzjoni tajba u skond id-dokument ta’ trasport jew ir-reġistru ppreservat bil-mezzi l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 u fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ dannu, il-persuna intitolata għall-kunsinna għandha tilmenta lit-trasportatur minnufih wara l-iskoperta tad-dannu, u mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data ta’ l-irċevuta fil-każ ta’ bagalji kkontrollati, u 14-il jum mid-data ta’ l-irċevuta fil-każ ta’ merkanzija. Fil-każ ta’ dewmien, l-ilment għandu jsir mhux aktar tard minn 21 jum mid-data li fiha l-bagalji jew il-merkanzija tqiegħdu għad-disposizzjoni tiegħu jew tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ilment għandu jsir bil-miktub u jingħata jew jintbagħat fiż-żminijiet imsemmija fuq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ma jsir l-ebda lment fiż-żminijiet imsemmija, ma jkun hemm l-ebda azzjoni kontra t-trasportatur, ħlief fil-każ ta’ frodi da parti tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE> dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Regolament Nru 2027/97<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Dan ir-Regolament jimplimenta d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni ta’ Montreal fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru u jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet supplimentari […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2027/97 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru [tal-Unjoni Ewropea] fir-rigward ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Montreal pertinenti għal din ir-responsabbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>K. Mäkelä-Dermedesiotis kienet passiġġiera fuq titjira ta’ Finnair minn Malaga (Spanja) għal Helsinki (il-Finlandja). Mal-wasla tagħha f’Helsinki fl-<DATE ISO="20101101">1 ta’ Novembru 2010</DATE> hija sabet li xi oġġetti kienu neqsin mill-bagalji li hija kienet għaddiet miċ-check-in.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata K. Mäkelä-Dermedesiotis għarrfet b’dan permezz tat-telefon lir-rappreżentant għas-servizzi għall-klijenti ta’ Finnair. Hija identifikat l-oġġetti mitlufa u kkomunikat il-valur tagħhom lil dan l-aġent, li daħħal l-informazzjoni li hija kienet ipprovdiet fis-sistema informatika ta’ Finnair. Fit-<DATE ISO="20101103">3 ta’ Novembru 2010</DATE>, K. Mäkelä Dermedesiotis reġgħet ċemplet lis-servizzi għall-klijenti ta’ Finnair biex tikseb ċertifikat għat-talba tagħha skont il-polza ta’ assigurazzjoni tagħha ma’ Fennia. Wara din it-talba, Finnair tatha ċertifikat ta’ avviż ta’ lment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fennia mbagħad ikkumpensat lil K. Mäkelä-Dermedesiotis għat-telf li kienet ġarrbet u, billi kienet issurrogata fit-talba oriġinali tal-persuna assigurata, bdiet proċeduri fit-<DATE ISO="20110902">2 ta’ Settembru 2011</DATE> quddiem il-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Helsinki, il-Finlandja) fejn talbet kumpens għad-dannu mingħand Finnair.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Finnair ikkontestat l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors billi sostniet, essenzjalment, li K. Mäkelä-Dermedesiotis ma kinitx ressqet l-ilment bil-miktub fit-terminu ta’ sebħat ijiem mill-wasla tal-bagalji, stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120904">4 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Helsinki), iddeċidiet favur Finnair u ċaħdet ir-rikors għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fennia appellat quddiem il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell, Helsinki, il-Finlandja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din tal-aħħar eżaminat, b’mod partikolari, l-istruzzjonijiet lil passiġġieri ppubblikati fuq is-sit internet ta’ Finnair, li kellhom diversi indikazzjonijiet dwar il-proċedura li kellha tiġi segwita sabiex jiġi indikat dannu u sabiex isir ilment bil-miktub proprja. Din il-qorti kkonstatat li l-avviż ta’ lment seta’ jsir bit-telefon, filwaqt li lment bil-miktub kellu jsir permezz ta’ formola partikolari li kellha timtela fi żmien sebat ijiem mill-wasla tal-bagalji. Il-Helsingin hovioijeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki) qieset li l-istruzzjonijiet tas-sit internet ta’ Finnair <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ma kinux ċari biżżejjed u mhux ambigwi għal passiġġier bħala klijent<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Skont din il-qorti, peress li l-istruzzjonijiet ma kinux isemmu għal liema għan kellu jsir l-avviż ta’ lment, il-passiġġier, bħala konsumatur, seta’ leġittimament jifhem li lment magħmul bit-telefon u rreġistrat minn impjegat tal-impriża kien jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ lment bil-miktub formali. F’dan il-każ, K. Mäkelä-Dermedesiotis iddeskriviet it-telf imġarrab fid-dettall lil Finnair u ċ-ċertifikat bil-miktub tal-avviż ta’ lment mogħti minn din kien jiċċertifika l-fatt li l-ilment tagħha kien ġie rreġistrat fil-ħin fis-sistema informatika ta’ Finnair. Barra minn hekk, din tal-aħħar irċeviet l-avviż ta’ lment, iżda ma informatx lil K. Mäkelä Dermedesiotis li hija kienet tikkunsidra li dan ma kienx biżżejjed sabiex tinbeda azzjoni intiża sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ dan it-trasportatur bl-ajru u ma ppreċiżatilhiex li kien hemm bżonn ukoll ta’ lment bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20140228">28 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki) bidlet is-sentenza tal-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Helsinki) u kkundannat lil Finnair tikkumpensa lil Fennia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Finnair appellat kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja). Insostenn tal-appell tiegħu, dan it-trasportatur bl-ajru jsostni b’mod partikolari li, kuntrarjament għall-Helsingin käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Helsinki), il-Helsingin hovioikeus (il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki) għamlet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi kkonservat id-dritt ta’ azzjoni, huwa neċessarju, minbarra li jingħata avviż ta’ lment fi żmien xieraq, li l-ilment isir bil-miktub fit-termini previsti fl-Artikolu 31(3)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk, sabiex jiġi kkonservat id-dritt ta’ azzjoni, ilment għandu jsir bil-miktub fi żmien debitu, l-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit tal-kitba jista’ jiġi ssodisfatt bi proċedura elettronika flimkien mar-reġistrazzjoni tad-dannu f’sistema [informatika] tat-trasportatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Montreal tipprekludi interpretazzjoni li biha r-rekwiżit tal-kitba jitqies li ġie ssodisfatt meta, bl-għarfien tal-passiġġier, rappreżentant tal-vettur iniżżel bil-kitba l-avviż ta’ lment/l-ilment jew fuq karta jew elettronikament fis-sistema [informatika] tat-trasportatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jissuġġetta lment għal rekwiżiti sostantivi oħra li jmorru lil hinn milli jingħata l-avviż lit-trasportatur tad-dannu subit?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li l-Konvenzjoni ta’ Montreal ġiet iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-<DATE ISO="19991209">9 ta’ Diċembru 1999</DATE>, u wara ġiet approvata f’isimha mill-Kunsill, fil-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>. Din daħlet fis-seħħ, għal dak li jirrigwarda l-Unjoni Ewropea, fit-<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn din id-data, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Montreal huma parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjonijiet preliminari dwar l-interpretazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>IATA u ELFAA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-344/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:10">EU:C:2006:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100506">6 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Walz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-63/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:251">EU:C:2010:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna tat-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE> dwar id-Dritt tat-Trattati, li tikkodifika d-dritt internazzjonali ġenerali, li jorbot lill-Unjoni, jispeċifika li trattat għandu jiġi interpretat <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>, skont is-sens ordinarju li għandu jingħata lit-termini tiegħu fil-kuntest tagħhom, u fid-dawl tal-għan u l-iskop tiegħu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Air Baltic Corporation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:88">EU:C:2016:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu interpretati, f’din il-kawża, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandux jiġi interpretat fis-sens li, fit-termini preskritti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-ilment għandux isir bil-miktub, skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, taħt piena ta’ inammissibbiltà ta’ kull tip ta’ azzjoni kontra t-trasportatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabelxejn, mill-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jirriżulta, b’mod partikolari, li, f’każ ta’ dannu, id-destinatarju għandu jindirizza lment lit-trasportatur bl-ajru immedjatament wara li jiskopri d-dannu u, mhux iktar tard mit-termini previsti minn din id-dispożizzjoni, rispettivament għall-bagalji u għall-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont it-termini tal-Artikolu 31(3) ta’ din il-konvenzjoni, kull ilment għandu jsir bil-miktub u għandu jitwassal jew jintbagħat fit-termini previsti għal dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal huma ta’ natura komplementari. Filwaqt li l-Artikolu 31(2) ta’ din il-konvenzjoni sempliċement jiffissa t-termini li fihom diversi tipi ta’ lmenti għandhom jiġu indirizzati lit-trasportatur bl-ajru, l-Artikolu 31(3) tal-imsemmija konvenzjoni jippreċiża, min-naħa tiegħu, b’liema mod dawn l-ilmenti għandhom jiġu indirizzati lit-trasportatur u, min-naħa l-oħra, taħt liema forma dawn l-ilmenti għandhom isiru, fejn din il-preċiżazzjoni ma tistax taffettwa l-obbligu li jiġu osservati t-termini previsti fl-imsemmi Artikolu 31(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu li lment isir bil-miktub u indirizzat lit-trasportatur bl-ajru fit-termini previsti fl-imsemmi Artikolu 31(2).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont l-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, fin-nuqqas ta’ lment imressaq fit-termini previsti, kull azzjoni kontra t-trasportatur bl-ajru hija inammissibbli, ħlief fil-każ ta’ frodi min-naħa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-persuna li tqis li sostniet dannu minħabba d-dannu lil bagalja jew merkanzija għandha tindirizza lit-trasportatur bl-ajru l-ilment tagħha fit-termini preskritti fl-Artikolu 31(2) ta’ din il-konvenzjoni, taħt piena ta’ inammissibbiltà ta’ kull tip ta’ azzjoni kontra l-imsemmi trasportatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-artikolazzjoni partikolari bejn il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, kif hija ppreċiżata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, ilment ma jistax jiġi kkunsidrat li ġie indirizzat b’mod validu lit-trasportatur bl-ajru fit-termini previsti, fis-sens tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, jekk dan ma jkunx sar fil-forma miktuba, meħtieġa fil-paragrafu 3 ta’ dan l-istess artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li, fit-termini preskritti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-ilment għandu jsir bil-miktub, skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, taħt piena ta’ inammissibbiltà ta’ kull tip ta’ azzjoni kontra t-trasportatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ilment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru jirrispondix għar-rekwiżit ta’ forma bil-miktub, prevista fl-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont is-sens ordinarju tiegħu, l-aġġettiv “miktub’ jimplika diversi sinjali grafiċi li għandhom sinjifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl kemm tat-tielet paragrafu tal-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, li jfakkar l-importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fit-trasport internazzjonali bl-ajru, kif ukoll tal-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>bilanċ ekwu ta’ l-interessi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> imsemmi fil-ħames paragrafu tal-preambolu ta’ din il-konvenzjoni, ir-rekwiżit ta’ forma bil-miktub ma jistax iwassal sabiex jiġi llimitat b’mod eċċessiv il-mod konkret kif il-passiġġier jista’ jagħżel li jressaq l-ilment tiegħu, sakemm dan il-passiġġier jibqa’ identifikabbli bħala l-awtur tal-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>miktub<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fil-kuntest tal-Artikolu 31 tal-imsemmija konvenzjoni huwa mifhum bħala li jkopri diversi sinjali grafiċi li għandhom sinjifikat, indipendentement mill-fatt huwiex miktub bl-idejn, stampat fuq karta jew inkella rreġistrat f’forma elettronika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ilment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru, għandu jiġi kkunsidrat bħala li jirrispondi għar-rekwiżit ta’ forma bil-miktub, imsemmi fl-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li lment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru jirrispondi għar-rekwiżit ta’ forma bil-miktub, previst fl-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31(2) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li r-rekwiżit ta’ forma bil-miktub jiġi kkunsidrat li huwa ssodisfatt meta aġent tat-trasportatur bl-ajru, bl-għarfien tal-passiġġier, jagħmel f’forma bil-miktub l-avviż ta’ lment, jew fuq karta jew b’mezz elettroniku, billi jintroduċih fis-sistema informatika ta’ dan it-trasportatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif spjegat fil-punti 24 u 25 ta’ din is-sentenza, b’mod partikolari mill-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jirriżulta li, f’każ ta’ dannu, id-destinatarju għandu jindirizza lit-trasportatur bl-ajru lment fit-termini stabbiliti. Barra minn hekk, skont it-termini tal-Artikolu 31(3) ta’ din il-konvenzjoni, kull ilment għandu jsir bil-miktub u mwassal jew mibgħut fit-terminu previst għal dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni ċara ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien, jirriżulta li huwa d-destinatarju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandu, bħala passiġġier li l-bagalji tiegħu ġarrbu dannu, iressaq ilment u jindirizzah lit-trasportatur bl-ajru inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-passiġġier ikkonċernat jista’ jikkonstata d-dannu u għandu l-elementi neċessarji sabiex jistabbilixxi n-natura u l-valur tal-oġġetti konkreti li ġarrbu d-dannu kif ukoll, definittivament, l-ammont ta’ dan id-dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalkemm ir-responsabbiltà li jsir ilment hija esklużivament tal-passiġġier, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal ma jirriżultax li dan huwa mċaħħad milli jibbenefika mill-assistenza ta’ persuni oħra sabiex iressaq l-ilment tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Interpretazzjoni kuntrarja tmur kontra l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur fit-trasport bl-ajru li jirriżulta mit-tielet paragrafu tal-preambolu ta’ din il-konvenzjoni, li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 21 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-fakultà li għandu l-passiġġier li jirrikorri għall-assistenza ta’ persuni oħra tippermettilu wkoll, kif dan kien fil-kawża prinċipali, li jibbenefika mill-assistenza ta’ aġent tat-trasportatur bl-ajru, sabiex jittraskrivi d-dikjarazzjoni orali tiegħu f’forma bil-miktub u li jintroduċiha fis-sistema informatika ta’ dan it-trasportatur prevista għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, ma jistax jiġi miċħud li l-interessi rispettivi tal-passiġġier u tat-trasportatur bl-ajru, li l-aġent huwa mpjegat tiegħu, huma differenti, anki opposti. Fil-fatt, l-ewwel wieħed jallega l-eżistenza ta’ dannu kkawżat lill-bagalji tiegħu, li t-tieni wieħed huwa mistenni li jassumi r-responsabbiltà għalih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur fit-trasport internazzjonali bl-ajru kif ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-aġent jittraskrivi fedelment u lealment id-dikjarazzjoni orali tal-passiġġier jistgħu jkunu suffiċjentement iggarantiti billi jiġi żgurat li l-passiġġier ikkonċernat ikun jista’ jivverifika l-eżattezza tat-test tal-ilment, kif miktuba u introdotta fis-sistema informatika mill-aġent tat-trasportatur bl-ajru u, skont il-każ, jemendaha jew jikkompletaha, qabel ma jiskadi t-terminu previst fl-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-Artikolu 31(2) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li r-rekwiżit ta’ forma bil-miktub jiġi kkunsidrat li huwa ssodisfatt meta aġent tat-trasportatur bl-ajru, bl-għarfien tal-passiġġier, jagħmel f’forma bil-miktub l-avviż ta’ lment, jew fuq karta jew b’mezz elettroniku, billi jintroduċih fis-sistema informatika ta’ dan it-trasportatur, sakemm dan il-passiġġier ikun jista’ jivverifika l-eżattezza tat-test tal-ilment, kif miktub u introdott f’din is-sistema u, skont il-każ, jemendah jew jikkompletah, jew anki jibdlu, qabel ma jiskadi t-terminu previst fl-Artikolu 31(2) ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jagħmilx ilment suġġett għal iktar rekwiżiti sostantivi minbarra dak li jingħata avviż lit-trasportatur tad-dannu sostnut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 31(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jirriżulta, b’mod partikolari, li r-riċezzjoni tal-bagalji mgħoddija miċ-check-in mingħajr ilment mid-destinaraju tikkostitwixxi l-preżunzjoni, ħlief f’każ ta’ prova kuntrarja, li l-bagalji twasslu fi stat tajjeb u skont id-dokument ta’ trasport jew l-indikazzjonijiet mogħtija permezz tal-mezzi l-oħra msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn din il-formulazzjoni jirriżulta li l-għan ta’ lment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indirizzat lit-trasportatur bl-ajru, huwa li dan jiġi mgħarraf li l-bagalji mgħoddija miċ-check-in ma ġewx ikkunsinjati fi stat tajjeb u skont id-dokumenti ta’ trasport jew l-indikazzjonijiet mogħtija mill-mezzi l-oħra msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest li jaqa’ fih l-Artikolu 31(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, għandu jiġi rrilevat li, skont l-ewwel parti tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17(2) ta’ din il-konvenzjoni, it-trasportatur huwa responsabbli għad-dannu li jseħħ f’każ li l-bagalji mgħoddija miċ-check-in jiġu distrutti, mitlufa jew iġarrbu dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 31(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, moqri fid-dawl tal-ewwel parti tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17(2) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li lment magħmul mill-passiġġier ikkonċernat, bħal dak imressaq fil-kawża prinċipali, huwa intiż sabiex jinforma lit-trasportatur bl-ajru bl-eżistenza tad-dannu mġarrab.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, sa fejn, kif jirriżulta mir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Artikolu 31(2) u (4) tal-Konvezjoni ta’ Montreal huwa limitat sabiex jippreċiża, qabelxejn, it-termini li fihom id-diversi tipi ta’ lment għandhom jiġu indirizzati lit-trasportatur, sussegwentement, b’liema mod u taħt liema forma dawn l-ilmenti kollha għandhom jiġu indirizzati lit-trasportatur u taħt liema forma u, fl-aħħar nett, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, dan l-artikolu ma jistabbilixxi ebda kundizzjoni sostantiva għall-imsemmija lmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġetta l-ilment għal ebda rekwiżit sostantiv ieħor minbarra dak li t-trasportatur bl-ajru jiġi mgħarraf bid-dannu kkawżat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31(4) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fit-termini preskritti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, l-ilment għandu jsir bil-miktub, skont il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, taħt piena ta’ inammissibbiltà ta’ kull tip ta’ azzjoni kontra t-trasportatur.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ilment, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irreġistrat fis-sistema informatika tat-trasportatur bl-ajru, jirrispondi għar-rekwiżit ta’ forma bil-miktub, previst fl-Artikolu 31(3) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31(2) u (3) tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li r-rekwiżit ta’ forma bil-miktub jiġi kkunsidrat li huwa ssodisfatt meta aġent tat-trasportatur bl-ajru, bl-għarfien tal-passiġġier, jagħmel f’forma bil-miktub l-avviż ta’ lment, jew fuq karta jew b’mezz elettroniku, billi jintroduċih fis-sistema informatika ta’ dan it-trasportatur, sakemm dan il-passiġġier ikun jista’ jivverifika l-eżattezza tat-test tal-ilment, kif miktub u introdott f’din is-sistema u, skont il-każ, jemendah jew jikkompletah, jew anki jibdlu, qabel ma jiskadi t-terminu previst fl-Artikolu 31(2) ta’ din il-konvenzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE> għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jissuġġetta l-ilment għal ebda rekwiżit sostantiv ieħor minbarra dak li t-trasportatur bl-ajru jiġi mgħarraf bid-dannu kkawżat.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>