32001R0292



Official Journal L 043 , 14/02/2001 P. 0007 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 292/2001

tat-12 ta' Frar 2001

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Maqgħuda

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2559/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda annessa ma' l-imsemm Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-Regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bbażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, għall-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra dwar il-kummerċ fl-oġġetti.

(3) Bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet msemmija fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Maqgħuda li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jkunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jkunu invokati taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussell, fit-12 ta' Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Slipper li jikkonsiti minn tessut (materjal tax-xugaman) il-biċċa ta' fuq u pett tal-plastik biż-żona ċentrali mgħottija b'lega irqiqa ta' tessut. Fuq dan l-għata tat-tessut li jagħmel 58 % tal-pett ta' barra hemm tikek tal-PVC imqabbża. (Ara ritratti Nru 603 A + B) | 64041910 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bin-Noti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, Nota 4(b) tal-Kapitolu 64, nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 64 u l-kliem tal-Kodiċijiet 6404, 640419 u 64041910 Il-karatteristiċi tal-lega ta' materjal tessili jirriżultaw fil-pett ta' barra jkollu jitqies bħala pettijiet tal-plastik. Il-lega ta' materjal tessili m'għandux il-karatteristiċi ta' durabbilità u/jew saħħa meħtieġa s-soltu għall-użu normali ta' pett ta' barra Dawn l-oġġetti għalhekk ma jistgħux ikunu klassifikati fl-intestatura 6405 |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------