|
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 129/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 15zi (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008) ta’ Kapitolu XIII tal-Anness II mal-Ftehim:
|
“15zj. |
32007 R 0658: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Id-dritt tal-impożizzjoni ta’ multi finanzjarji tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 84(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu fil-każi fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA jkun eżegwit minn dak l-Istat tal-EFTA abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni Ewropea.” |
Artikolu 2
It-testi għar-Regolament (KE) Nru 658/2007 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 18.
(2) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.