<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-249/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0249</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:570">EU:C:2020:570</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑249/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">JE (Liġi Applikabbli Għad-Divorzju)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1259/2010</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali</KEYWORD><KEYWORD>Regoli uniformi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tal-liġi tal-forum</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑249/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190211">11 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">JE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">KF,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, L. Bay Larsen, C. Toader u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment minn C.-R. Canţăr, E. Gane, O.‑C. Ichim u L. Litu, sussegwentement minn E. Gane, O.‑C. Ichim u L. Liţu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u E. Lankenau, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, L. Medeiros u S. Duarte Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u A. Biolan, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 343, p. 10</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn JE u KF rigward id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għad-divorzju tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 82, p. 63</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-qrati ta’ l-Istat Membru:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>id-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> taz-żewġ konjuġi.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1259/2010</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 21, 24, 26 u 29 tar-Regolament Nru 1259/2010 jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(9)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jipprovdi qafas legali ċar u komprensiv fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali fl-Istati Membri parteċipanti, għandu jipprovdi soluzzjonijiet xierqa għaċ-ċittadini f’termini ta’ ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà u jipprevjeni sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob divorzju qabel l-ieħor sabiex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari li hu jkun iqis bħala li l-aktar tiffavorixxi l-interessi tiegħu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Fejn ma tintgħażilx liġi applikabbli, u bil-ħsieb li jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex tiġi prevenuta sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun regolat minn liġi partikolari li hu jkun iqis bħala li l-aktar tiffavorixxi l-interessi tiegħu, dan ir-Regolament għandu jintroduċi regoli armonizzati dwar il-konflitt ta’ liġijiet abbażi ta’ skala ta’ fatturi suċċessivi ta’ konnessjoni bbażati fuq l-eżistenza ta’<?PAGE NO="3"?> rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata. Tali fatturi ta’ konnessjoni għandhom jintgħażlu sabiex ikun żgurat li l-proċedimenti relatati ma’ divorzju u separazzjoni legali jkunu regolati b’liġi li magħha l-konjuġi jkollhom konnessjoni mill-qrib.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>F’ċerti sitwazzjonijiet, bħal fejn il-liġi applikabbli ma tipprevedix id-divorzju jew fejn ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba is-sess tagħhom, il-liġi tal-qorti li quddiemha jinġieb il-każ għandha madankollu tapplika. Madankollu, dan ma għandux jippreġudika l-klawsola tal-ordni pubbliku.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Fejn dan ir-Regolament jirriferi għall-fatt li l-liġi tal-Istat Membru parteċipanti, li quddiem il-Qorti tiegħu jinġieb il-każ, ma tipprevedix id-divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser li l-liġi ta’ dan l-Istat Membru m’għandhiex l-istituzzjoni tad-divorzju. F’tali każ, il-qorti m’għandhiex tkun obbligata li tippronunċja divorzju permezz tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>[…] l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament [huma] t-tisħiħ taċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u l-flessibbiltà fil-proċedimenti matrimonjali internazzjonali u b’hekk il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għażla tal-liġi applikabbli mill-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali sakemm hija tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi ikunu abitwalment residenti fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi kienu abitwalment residenti l-aħħar, sa fejn wieħed minnhom ikun għadu residenti hemm fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-liġi tal-Istat taċ-ċittadinanza ta’ xi wieħed mill-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-liġi tal-forum.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ftehim li jagħżel il-liġi applikabbli jista’ jiġi konkluż u modifikat fi kwalunkwe mument, iżda mhux aktar tard mill-mument meta jinġieb il-każ quddiem il-qorti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-liġi tal-forum tipprevedi hekk, il-konjuġi jistgħu jagħżlu wkoll il-liġi applikabbli quddiem il-qorti waqt il-proċedimenti. F’dak il-każ, tali għażla għandha tiġi rreġistrata fil-qorti taħt il-liġi tal-forum.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla mill-parijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fin-nuqqas ta’ għażla taħt l-Artikolu 5, id-divorzju u s-separazzjoni legali għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn il-konjuġi jkunu residenti abitwali fiż-żmien li jinġieb il-każ quddiem il-Qorti; jew, fin-nuqqas ta’ dan,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn il-konjuġi kienu residenti abitwali l-aħħar, sakemm il-perijodu ta’ residenza ma ntemmx aktar minn sena qabel li nġieb il-każ quddiem il-Qorti, sa fejn wieħed mill-konjuġi jkun għadu jirrisjedi f’dak l-Istat fiż-żmien meta jinġieb il-każ quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta’ dan,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>li tiegħu ż-żewġ konjuġi jkunu ċittadini fiż-żmien li jinġieb il-każ quddiem il-Qorti; jew, fin-nuqqas ta’ dan,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fejn jinġieb il-każ quddiem il-Qorti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Applikazzjoni tal-liġi tal-forum<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju jew ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba s-sess tagħhom, għandha tapplika l-liġi tal-forum.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1259/2010, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula permezz ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi miċħuda biss fejn tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Differenzi fil-liġijiet nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jobbliga lill-qrati ta’ Stat Membru parteċipanti li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew ma tikkunsidrax iż-żwieġ inkwistjoni bħala validu għall-finijiet ta’ proċedimenti ta’ divorzju sabiex jippronunċjaw divorzju permezz tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2600(2) u (3) taċ-Codul civil (il-Kodiċi Ċivili):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="260.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-liġi barranija ddeterminata b’dan il-mod ma tippermettix id-divorzju, jew tippermettih biss f’ċirkustanzi estremament limitati, il-liġi Rumena għandha tapplika meta wieħed mill-konjuġi jkollu, fid-data tat-talba għal divorzju, in-nazzjonalità Rumena jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu fir-Rumanija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="260.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw ukoll fil-każ li d-divorzju jkun irregolat mil-liġi magħżula mill-konjuġi.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>JE u KF, ċittadini Rumeni, iżżewġu f’Iași (ir-Rumanija), fit-<DATE ISO="20010902">2 ta’ Settembru 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, JE ressaq azzjoni quddiem il-Judecătoria Iași (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Iași, ir-Rumanija) intiża sabiex jitlob id-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>, din il-qorti ċaħdet il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni ta’ din it-talba favur il-Judecătoria Sectorului 5 București (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, il-Ħames Disrtrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20180220">20 ta’ Frar 2018</DATE>, din il-qorti msemmija l-aħħar stabbilixxiet, abbażi tan-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati Rumeni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-talba għal divorzju mressqa minn JE. Barra minn hekk, hija indikat, abbażi tal-Artikolu 8(a) tar-Regolament Nru 1259/2010, il-liġi Taljana bħala l-liġi applikabbli għat-tilwima mressqa quddiemha, peress li, fid-data li fiha tressqet din it-talba għal divorzju, ir-residenza abitwali tal-konjuġi kienet tinsab fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti qieset li, skont id-dritt Taljan, talba għal divorzju mressqa f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali tista’ ssir biss fejn separazzjoni legali tal-konjuġi tkun ġiet ikkonstatata jew deċiża minn qabel minn qorti, u fejn mill-inqas tliet snin ikunu għaddew bejn id-data ta’ din is-separazzjoni u d-data li fiha l-qorti ġiet adita bit-talba għal divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li l-eżistenza ta’ deċiżjoni ta’ qorti li tikkonstata jew li tiddeċiedi tali separazzjoni ma kinitx ġiet ipprovata u peress li d-dritt Rumen ma jipprevedix proċedura għas-separazzjoni legali, l-imsemmija qorti ddeċidiet li din il-proċedura kellha titmexxa quddiem il-qrati Taljani u li, għaldaqstant, kwalunkwe talba f’dan is-sens magħmula quddiem il-qrati Rumeni kienet inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>JE appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju billi sostna, b’mod partikolari, li l-qorti tal-ewwel istanza kellha tapplika l-Artikolu 2600(2) tal-Kodiċi Ċivili, li jikkostitwixxi traspożizzjoni fid-dritt Rumen tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, JE jqis li, sa fejn il-liġi Taljana hija restrittiva f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet meħtieġa għal divorzju, għandha tiġi applikata l-liġi Rumena għat-talba tiegħu għal divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont JE, din is-soluzzjoni tirriżulta wkoll mill-fatt li l-applikazzjoni tal-liġi Taljana hija manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum u li, għaldaqstant din l-applikazzjoni għandha, skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, tiġi eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[L-espressjoni fl]-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010, li jipprevedi li [<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>] [għandha] tiġi interpretata b’mod restrittiv u litterali, jiġifieri bħala li tirrigwarda biss is-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli ma tkun tipprevedi l-ebda forma ta’ divorzju, jew inkella [għandha] tiġi interpretata b’mod iktar wiesa’, fis-sens li tinkludi wkoll is-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli tipprevedi d-divorzju, iżda biss taħt kundizzjonijiet estremament restrittivi, li timplika proċedura obbligatorja ta’ separazzjoni personali qabel id-divorzju, proċedura li fir-rigward tagħha il-liġi tal-forum ma tipprovdix dispożizzjonijiet proċedurali ekwivalenti?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi<?PAGE NO="6"?> barranija applikabbli ma tkunx tipprevedi, taħt l-ebda forma, id-divorzju jew jekk huwa jinkludix ukoll is-sitwazzjonijiet li fihom din il-liġi tammetti d-divorzju, iżda tissuġġettah għal kundizzjonijiet meqjusa, mill-qorti adita, bħala iktar restrittivi minn dawk previsti mil-liġi tal-forum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-liġi applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali hija, skont l-Artikolu 8(a) ta’ dan ir-regolament, il-liġi Taljana u li, taħt din il-liġi, id-divorzju jista’ jintalab biss bil-kundizzjoni, b’mod partikolari, li, qabel, separazzjoni legali tkun ġiet ikkonstatata jew deċiża minn qorti, filwaqt li l-liġi tal-forum, jiġifieri l-liġi Rumena, ma tipprevedix din il-kundizzjoni u lanqas ma tinkludi dispożizzjonijiet proċedurali rigward is-separazzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 jikkostitwixxi eċċezzjoni mill-Artikoli 5 u 8 ta’ dan ir-regolament u għandu, inkwantu dispożizzjoni li tidderoga, jiġi interpretat b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont dan l-Artikolu 10, il-liġi tal-forum tapplika f’żewġ każijiet, jiġifieri, minn naħa, fis-sitwazzjoni fejn il-liġi applikabbli skont l-Artikoli 5 jew 8 tal-imsemmi regolament ma tipprevedix id-divorzju u, min-naħa l-oħra, fis-sitwazzjoni fejn din il-liġi applikabbli ma tagħtix lil wieħed mill-konjuġi, minħabba s-sess tiegħu, aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel sitwazzjoni msemmija fl-imsemmi Artikolu 10, li tiegħu l-qorti tar-rinviju qed titlob l-interpretazzjoni, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li l-liġi tal-forum tapplika biss meta l-liġi applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-interpretazzjoni testwali ta’ din id-dispożizzjoni, bl-ebda mod ma jirriżulta li l-applikazzjoni tal-liġi tal-forum hija possibbli wkoll meta l-liġi barranija applikabbli tkun tipprevedi d-divorzju, iżda tkun tissuġġettah għal kundizzjonijiet li huma meqjusa bħala iktar restrittivi minn dawk previsti mil-liġi tal-forum. B’mod simili, il-premessa 24 tar-Regolament Nru 1259/2010, li hija marbuta mal-istess Artikolu 10, ma tinkludi l-ebda indikazzjoni f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan il-qari tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 huwa sostnut minn interpretazzjoni kuntestwali u sistematika ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jintuża wkoll fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, li għalih tikkorrispondi l-premessa 26 ta’ dan tal-aħħar, fejn jingħad li, meta l-imsemmi regolament jirreferi għall-fatt li l-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li qorti tiegħu hija adita, ma tipprevedix id-divorzju, huwa għandu jiġi interpretat li jfisser li l-liġi ta’ dan l-Istat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>m’għandhiex l-istituzzjoni tad-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Minkejja li din il-premessa 26 tirreferi għal-liġi tal-Istat Membru li qorti tiegħu hija adita, jibqa’ l-fatt li, sa fejn din tirrigwarda t-tifsira tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, l-indikazzjonijiet li hija tipprovdi f’dan ir-rigward huma wkoll rilevanti f’dak li għandu x’jaqsam l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li s-separazzjoni legali, li, barra minn hekk, hemm riferiment espliċitu għaliha f’dan l-Artikolu 10, taqa’, fuq l-istess bażi bħad-divorzju, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u hija parti integrali mis-sistema u mill-istruttura ġenerali ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mil-lat teleoloġiku, mill-premessi 9, 21 u 29 tar-Regolament Nru 1259/2010 jirriżulta li dan huwa intiż sabiex joħloq qafas ġuridiku ċar u komplet fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali fl-Istati Membri parteċipanti, sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u l-flessibbiltà fil-proċeduri matrimonjali internazzjonali u, għaldaqstant, sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel il-konjuġi l-ieħor sabiex jiżgura ruħu li l-proċedura tiġi suġġetta għal liġi li huwa jqis li hija iktar favorevoli għall-interessi proprji tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, minbarra l-fatt li hija tmur kontra l-formulazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 u hija inkompatibbli mal-kuntest u mas-sistema li fihom tinsab din id-dispożizzjoni, interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fis-sens li l-liġi tal-forum tapplika meta l-liġi barranija applikabbli tissuġġetta d-divorzju għall-osservanza ta’ kundizzjonijiet li huma meqjusa bħala iktar restrittivi minn dawk previsti mil-liġi tal-forum, tkun ukoll mhux konformi mal-għanijiet segwiti permezz ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif isostni l-Gvern Rumen, din l-interpretazzjoni tkun titlob eżami każ b’każ tal-kundizzjonijiet li fihom jista’ jingħata divorzju skont il-liġi applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, kif ukoll evalwazzjoni suġġettiva tal-punt sa fejn dawn il-kundizzjonijiet ikunu jistgħu jitqiesu bħala iktar restrittivi minn dawk previsti mil-liġi tal-forum, li jmur kontra jew, mill-inqas, jikkomprometti, fil-prattika, it-twettiq tal-għanijiet ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà segwiti permezz tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod simili, kif osserva l-Gvern Portugiż, l-imsemmija interpretazzjoni tmur kontra l-awtonomija tar-rieda tal-konjuġi, prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1259/2010, u, fl-assenza ta’ din l-għażla, minn wieħed minnhom, tal-liġi applikabbli għad-divorzju tagħhom u għas-separazzjoni legali tagħhom, kontra l-applikazzjoni, skont il-premessa 21 u l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, tal-liġi li magħha l-konjuġi għandhom irbit mill-qrib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, tali interpretazzjoni għandha mnejn tinkoraġġixxi lil konjuġi li jkun qed jitlob id-divorzju li jressaq it-talba tiegħu quddiem il-qorti ta’ Stat Membru, li għandha ġurisdizzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2201/2003, li l-liġi tiegħu tissuġġetta d-divorzju għal kundizzjonijiet inqas restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tilwima fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament Nru 1259/2010, jiġifieri l-liġi Taljana, tipprevedi d-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament ma huwiex applikabbli għal din it-tilwima u l-fatt li din il-liġi tissuġġetta d-divorzju għall-osservanza ta’ kundizzjonijiet li huma meqjusa bħala iktar restrittivi minn dawk stabbiliti mil-liġi tal-forum, bħalma hija s-separazzjoni legali minn qabel, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, li għandha tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi t-tilwima mressqa quddiemha (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>FCE Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑210/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:196">EU:C:2006:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑157/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:813">EU:C:2011:813</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Dyson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑632/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:599">EU:C:2018:599</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa neċessarju, kif sostnew il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea, li l-qorti tar-rinviju tingħata indikazzjonijiet rigward il-konsegwenzi prattiċi tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 mogħtija fil-punti 25 u 26 ta’ din is-sentenza, peress li din il-qorti osservat li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet li jipprevedu proċedura ta’ separazzjoni legali fid-dritt Rumen, il-qrati Rumeni ma jeżaminawx fuq il-mertu t-talbiet għal separazzjoni legali u t-talbiet għal divorzju li ma jkunux ġew ippreċeduti b’separazzjoni legali kkonstatata jew deċiża b’mod konformi mal-liġi Taljana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont il-ġurisprudenza nazzjonali, f’ċirkustanzi fattwali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn it-talbiet jiġu miċħuda bħala, rispettivament, inammissibbli, minħabba li d-dritt Rumen ma jipprevedix proċedura ta’ separazzjoni legali, u prematuri, minħabba li d-divorzju jintalab quddiem il-qrati Rumeni mingħajr ma jkun hemm separazzjoni legali kkonstatata jew deċiża minn qabel mill-qrati Taljani, jew infondati, għal dawn iż-żewġ motivi meħuda flimkien.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sa fejn tali prattika fil-ġurisprudenza għandha bħala effett li tipprekludi eżami fuq il-mertu tal-imsemmija talbiet, hija tneħħi l-parti l-kbira tal-essenza tar-regoli uniformi dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali previsti mir-Regolament Nru 1259/2010, u tippreġudika l-effettività tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, f’dan il-każ, il-ġurisdizzjoni ġenerali tal-qrati Rumeni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-talba għal divorzju ta’ JE ġiet stabbilita abbażi tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk, bil-kontra tad-dritt Taljan, id-dritt Rumen ma jinkludix dispożizzjonijiet proċedurali rigward is-separazzjoni legali, il-qrati Rumeni li għandhom ġurisdizzjoni huma marbuta li jiddeċiedu dwar din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-qorti li għandha ġurisdizzjoni tqis li l-liġi barranija applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1259/2010 tippermetti li jintalab id-divorzju biss bil-kundizzjoni li jkun ġie ppreċedut b’separazzjoni legali ta’ tliet snin, filwaqt li l-liġi tal-forum ma tipprevedix regoli proċedurali fil-qasam tas-separazzjoni legali, din il-qorti għandha madankollu, ladarba ma tistax hija nnifisha tiddikjara tali separazzjoni, tivverifika li l-kundizzjonijiet sostantivi previsti mil-liġi barranija applikabbli huma ssodisfatti u tagħmel din il-konstatazzjoni fil-kuntest tal-proċedura għal divorzju li biha hija adita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1259/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli ma tipprevedix, taħt l-ebda forma, id-divorzju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-<DATE ISO="20101220">20 ta’ Diċembru 2010</DATE> li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[f]ejn il-liġi applikabbli taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 8 ma tipprevedix id-divorzju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet li fihom il-liġi barranija applikabbli ma tipprevedix, taħt l-ebda forma, id-divorzju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>