|
16.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 20/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9223 — Stena Rederi/Hyundai Glovis/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 20/09)
1.
Fid-9 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Stena Rederi Rederi AB (“Stena”, l-Isvezja), ikkontrollata minn Stena AB (l-Isvezja), parti minn Stena Sphere (li tikkonsisti minn Stena AB, Stena Sessan AB u Stena Metall AB), |
|
— |
Glovis Europe GmbH (“Glovis Europe”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Hyundai Glovis CO., LTD (“Hyundai Glovis”, il-Korea t’Isfel). |
Stena Rederi u Glovis Europe jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot li se jħaddmu prinċipalment servizzi tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra fuq bastimenti Pure Car u Truck Carriers (PCTC) fl-Ewropa.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Stena Rederi: tappoġġa attivitajiet ta’ trasport marittimu ta’ Stena AB billi tipprovdi bini ta’ vapuri, ekwipaġġ u servizzi tekniċi;
— Glovis Europe: tipprovdi servizzi ta’ loġistika ta’ vetturi lesti u partijiet, u tappoġġa l-attivitajiet tal-baħar fond mad-dinja kollha tal-kumpanija prinċipali tagħha, Hyundai Glovis, kumpanija dinjija integrata tal-loġistika u d-distribuzzjoni.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9223 — Stena Rederi/Hyundai Glovis/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).