<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-706/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0706</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190515">15.5.2019</DATE> – Kawża C‑706/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Miżuri intiżi biex jikkumpensaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ interess pubbliku fis-settur tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>għajnuna li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> u <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>vantaġġ selettiv<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/></KEYWORD><KEYWORD>Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens ta’ spejjeż inerenti għall-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑706/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171218">18 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Achema<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Orlen Lietuva<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Lifosa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK),</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Lietuvos Respublikos energetikos ministerija,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">UAB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Baltpool<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, K. Jürimäe, D. Šváby, S. Rodin u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Achema<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Orlen Lietuva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Lifosa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, minn G. Balčiūnas u V. Radvila, avukati, E. Righini u G. Catti De Gasperi, avukati, kif ukoll minn C. Cluzel, avukata,</P></ITEM><ITEM><P>għal UAB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Baltpool<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, minn A. Smaliukas u E. Junčienė,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn R. Krasuckaitė u D. Stepanienė kif ukoll minn R. Dzikovič u D. Kriaučiūnas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Němečková, D. Recchia u A. Steiblytė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, prinċipalment, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Achema<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Orlen Lietuva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Lifosa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u l-Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Kontroll tal-Enerġija u l-Prezzijiet, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>KNKEP<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru O3-442 tal-KNKEP, tal-<DATE ISO="20131011">11 ta’ Ottubru 2013</DATE> dwar l-iffissar, għall-2014, tal-ammont tal-fondi intiżi għas-servizzi ta’ interess pubbliku u għat-tariffi tagħhom (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 46 u 50 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="55" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 55</REF.DOC.OJ>) jipprovdu li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>(46)</NO.P><TXT>Ir-rispett tar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku huwa ħtieġa fundamentali ta’ din id-Direttiva, u huwa importanti li standards minimi komuni, li jkunu rispettati mill-Istati Membri kollha, jiġu speċifikati f’din id-Direttiva, liema standards għandhom jikkunsidraw l-għanijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà tal-provvista, il-protezzjoni tal-ambjent u livelli ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li r-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jkunu jistgħu jiġu interpretati fuq bażi nazzjonali, waqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi nazzjonali u suġġett għar-rispett lejn il-liġi tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(50)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku, inkluż fir-rigward tas-servizz universali, u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet ġusti. Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku għandhom jiġu definiti fuq bażi nazzjonali, filwaqt li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi nazzjonali; Il-liġi tal-Komunità għandha, madanakollu, tkun rispettata mill-Istati Membri. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>B’konsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat [FUE], b’mod partikolari l-Artikolu [106] tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi li jkunu qed jaħdmu fis-settur tal-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ambjentali, inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, ill-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u l-protezzjoni tal-klima. Tali obbligi għandhom ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-impriżi tal-elettriku Komunitarji għall-konsumaturi nazzjonali. Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija/il-ġestjoni tad-domanda kif ukoll il-kisba tal-għanijiet ambjentali u tal-għanijiet fir-rigward tal-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta’ ppjanar għal perijodu fit-tul, meta titqies il-possibbiltà li terzi persuni jitolbu aċċess għas-sistema.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Leġiżlazzjoni dwar is-Servizzi ta’ Interess Pubbliku fis-Settur tal-Elettriku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(51) tal-Lietuvos Respublikos Elektros energetikos įstatymas Nr. VIII‑1881 (il-Liġi Nru VIII‑1881 dwar l-Elettriku), tal-<DATE ISO="20000720">20 ta’ Lulju 2000</DATE> (Žin., 2000, Nru 66–1984, fil-verżjoni tagħha skont il-Liġi Nru XI‑1919, tas-<DATE ISO="20120117">17 ta’ Jannar 2012</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Liġi dwar l-Elettriku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>interess ġenerali fis-settur tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala azzjoni jew ommissjoni f’dan is-settur, direttament jew indirettament marbuta mas-sigurtà tal-Istat fil-qasam tal-enerġija u/jew tas-sigurtà pubblika, mas-sigurtà tal-operat tan-netwerk tal-elettriku, mat-tnaqqis tal-impatt negattiv ta’ dan is-settur fuq l-ambjent, mad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u mal-għanijiet l-oħra ta’ żvilupp sostenibbli fl-istess settur previsti minn din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(52) tal-Liġi dwar l-Elettriku jipprovdi, minn naħa, li s-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>SIĠE<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) huma servizzi pprovduti mill-impriżi u, min-naħa l-oħra, li l-Gvern Litwan jew l-awtorità awtorizzata minnu għandha tistabbilixxi l-lista ta’ dawn is-servizzi u għandha tidentifika lill-fornituri u l-mod kif jiġu pprovduti s-servizzi msemmija, skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 74 ta’ din il-liġi u skont l-interessi ġenerali f’dan is-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 74 ta’ din il-liġi jiddefinixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu, l-attivitajiet jew l-ommissjonijiet li jistgħu jkunu marbuta mas-SIĠE, u fil-paragrafu 2 tiegħu, jafda l-istabbiliment tal-lista tas-SIĠE u d-definizzjoni tal-metodi ta’ provvista ta’ tali servizzi lill-Gvern Litwan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 74(4) tal-istess liġi jipprovdi li l-Gvern Litwan jew l-awtorità awtorizzata minnu jista’ jobbliga lill-operaturi tas-suq jipprovdu s-SIĠE, bil-kundizzjoni li ma jiddiskriminawx bejniethom mill-perspettiva tad-drittijiet jew tal-obbligi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 74 tal-Liġi dwar l-Elettriku, ġie adottat il-Lietuvos Respublikos Vyriausybės nutarimas Nr. 916 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Dėl viešuosius interesus atitinkančių paslaugų elektros energetikos sektoriuje teikimo tvarkos aprašo patvirtinimo<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (id-Digriet Nru 916 tal-Gvern li Japprova d-Deskrizzjoni tal-Proċedura għall-Provvista ta’ Servizzi ta’ Interess Ġenerali fis-Settur tal-Elettriku, tat-<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE> (Žin., 2012, Nru 88–4609, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Digriet Nru 1216 tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Digriet Nru 916<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punti 7 sa 7.6 tad-deskrizzjoni annessa ma’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>7. Fost is-servizzi ta’ interess ġenerali hemm:</P><P>7.1 il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-ibbilanċjar tagħha;</P><P>7.2 il-produzzjoni ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni f’impjanti b’ċiklu kkombinat ta’ elettriku u ta’ sħana, meta tali impjanti jipprovdu s-sħana fis-sistemi ta’ tisħin u meta l-kwantità ta’ enerġija primarja li tiffranka l-koġenerazzjoni tas-sħana u ta’ elettriku titqies li tkun effettiva;</P><P>7.3 il-produzzjoni ta’ impjanti tal-elettriku magħżula, intiża biex tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku;</P><P>7.4 iż-żamma tar-riżervi ta’ kapaċità ta’ impjanti tal-enerġija magħżula, li l-attività tagħhom hija meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija nazzjonali;</P><P>7.5. l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku ta’ importanza strateġika biex tiżgura s-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk tal-enerġija jew l-indipendenza tal-enerġija tal-Istat;</P><P>7.6 l-implimentazzjoni ta’ proġetti strateġiċi fis-settur tal-elettriku intiża biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija billi jinħolqu interkonnessjonijiet man-netwerks elettriċi ta’ Stati oħrajn u (jew) bil-konnessjoni tan-netwerk tal-elettriku Litwana ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-punti 8 sa 8.3 tad-deskrizzjoni annessa mad-digriet imsemmi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>8. Is-servizzi ta’ interess ġenerali huma pprovduti mill-persuni li ġejjin:</P><P>8.1 il-produtturi tal-elettriku […] li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;</P><P>8.2. il-produtturi inkarigati mill-Istat sabiex jipprovdu s-servizzi ta’ interess ġenerali msemmija fil-punti 7.2 sa 7.4 tad-[deskrizzjoni annessa];</P><P>8.3 il-persuni maħtura fl-istrateġija nazzjonali ta’ indipendenza enerġetika, fil-pjan jew fil-programmi ta’ implimentazzjoni tagħha u (jew) tad-deċiżjonijiet governattivi, sabiex dawn jipprovdu s-servizzi ta’ interess ġenerali msemmija fil-punti 7.5 u 7.6 tad-[deskrizzjoni annessa]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punti 11 u 11<HT TYPE="SUP">1</HT> tad-deskrizzjoni annessa mad-Digriet Nru 916 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>11. Qabel l-1 ta’ Settembru tas-sena attwali, il-Gvern għandu japprova, fuq il-proposta tal-Ministeru tal-Enerġija u għas-snin kalendarji sussegwenti, lill-persuni li għandhom jipprovdu s-servizzi ta’ interess ġenerali msemmija fil-punti 7.2 sa 7.6 tad-[deskrizzjoni annessa], il-proġetti msemmija fil-punti 7.5 u 7.6 tad-[deskrizzjoni annessa] kif ukoll il-volum ta’ produzzjoni tal-elettriku ssussidjat għall-fornituri ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.</P><P>11<HT TYPE="SUP">1</HT>. Is-servizzi ta’ interess ġenerali msemmija fil-punt 7.2 tad-[deskrizzjoni annessa] għandhom jiġu pprovduti skont il-metodi deskritti iktar ’il quddiem.</P><P>11<HT TYPE="SUP">1</HT>.1. Il-fornitur pubbliku, b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-elettriku tal-konsumaturi li għalihom japplikaw il-prezzijiet tal-elettriku rregolati mill-Istat, previsti għas-sena kalendarja li jmiss, u tal-volum ta’ produzzjoni tal-elettriku ssussidjat stabbilit mill-Istat għas-sena kalendarja li jmiss u għall-produttur ikkonċernat, għandu, sal-15 ta’ Novembru tas-sena kurrenti, jipproponi lill-produtturi tal-elettriku li jipprovdu s-servizz ta’ interess ġenerali msemmi fil-punt 7.2 tad-[deskrizzjoni annessa] il-kwantitajiet ta’ kull xahar tas-sena ċivili segwenti ta’ elettriku ssussidjat mixtri għal kull xahar tal-istaġun tat-tisħin, li dawn il-produtturi tal-elettriku jinnegozjaw mal-fornitur pubbliku sa mhux<?PAGE NO="5"?> iktar tard minn 30 jum mill-wasla tagħhom, filwaqt li jitqiesu ħtiġijiet kalorifiċi previsti għas-sena segwenti u r-rekwiżit li tinżamm l-effiċjenza fil-produzzjoni tal-elettriku permezz tal-koġenerazzjoni. Il-kuntratti ta’ bejgħ tal-elettriku ssussidjat bejn il-produtturi tal-elettriku u l-fornitur pubbliku, fejn huma stabbiliti l-kwantitajiet ta’ elettriku ssussidjat previsti li jinxtraw għal kull xahar tal-istaġun tat-tisħin, għandhom jiġu konklużi qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena kurrenti;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Leġiżlazzjoni dwar il-Finanzjament tas-SIĠE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 74(3) tal-Liġi dwar l-Elettriku, il-Gvern Litwan għandu jaħtar lill-persuna responsabbli mill-amministrazzjoni u mit-tqassim tal-fondi għas-SIĠE (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>amministratur tal-fondi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Vyriausybės nutarimas Nr. 1157 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Dėl viešuosius interesus atitinkančių paslaugų elektros energetikos sektoriuje lėšų administravimo tvarkos aprašo patvirtinimo<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (id-Digriet tal-Gvern Nru 1157 li Japprova d-Deskrizzjoni tal-Proċedura għall-Amministrazzjoni ta’ Flus għal Servizzi ta’ Interess Ġenerali fis-Settur tal-Elettriku, tad-<DATE ISO="20120919">19 ta’ Settembru 2012</DATE> (Žin., 2012, Nru 113–5704, fil-verżjoni tagħha skont id-Digriet Nru 1537 tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Digriet Nru 1157<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), jistabbilixxi r-regoli dwar it-teħid tal-fondi allokati għas-SIĠE, dwar l-amministrazzjoni tagħhom u dwar it-tqassim tagħhom fost il-fornituri tas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-punt 4.6 tad-Digriet Nru 1157 jipprovdi li l-amministratur tal-fondi għandu jkun entità kkontrollata direttament jew indirettament mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-Vyriausybės nutarimasu Nr. 1338 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Dėl viešuosius interesus atitinkančiu paslaugų elektros energetikos sektoriuje lėšų administratoriaus paskyrimo<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (id-Digriet tal-Gvern Nru 1338 dwar in-nomina tal-amministratur tal-fondi intiżi għas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, tas-<DATE ISO="20121107">7 ta’ Novembru 2012</DATE> (Žin., 2012, Nru 130-6560), UAB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Baltpool<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> inħatret bħala amministratriċi tal-fondi għal żmien indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Bħala regola ġenerali, il-fondi intiżi għas-SIĠE jinġabru mingħand il-konsumaturi finali tal-elettriku mill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni li jittrasferuhom lill-amministratur tal-fondi, li jittrasferihom lill-fornituri tas-SIĠE, bi tnaqqis ta’ ammont intiż biex ikopri l-ispejjeż ta’ funzjonament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Abbażi tal-punt 7 tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar l-Elettriku, il-KNKEP, li huwa korp pubbliku, għandu jiddetermina kemm il-metodu ta’ kalkolu tat-tariffi ta’ SIĠE kif ukoll it-tariffi stess, li huma stabbiliti għal kull sena b’kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet ta’ fondi intiżi għas-SIĠE u tal-konsum mistenni ta’ elettriku għal dik is-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni Nru O3–279, tat-<DATE ISO="20120928">28 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-KNKEP approvat l-arranġamenti tariffarji tas-SIĠE, li abbażi tagħhom ġew approvati t-tariffi tas-SIĠE għas-sena 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-KNKEP stabbilixxiet, għall-2014, l-ammonti preċiżi tal-fondi allokati għal kull grupp ta’ fornituri tas-SIĠE kif ukoll it-tariffi tal-kontribuzzjonijiet tas-SIĠE li kellhom iħallsu l-konsumaturi finali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni dwar il-Ġenerazzjoni ta’ Elettriku minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 20, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Promozzjoni tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni ta’ elettriku<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, tal-Lietuvos Respublikos atsinaujinančių išteklių energetikos įstatymo Nr. XII–1375 (il-Liġi Litwana Nru XII-1375 dwar Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli), tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE> (Žin., 2011, Nru 62-2936, fil-verżjoni tagħha skont il-Liġi Nru XII‑169 tas-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>), jipprovdi, fil-paragrafi 1 sa 3 u 6 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-ibbilanċjar tagħha jikkostitwixxu servizz ta’ interess ġenerali. L-Istat għandu jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tat-tariffi fissi stabbiliti skont din il-liġi u skont il-proċedura stabbilita mill-gvern kif ukoll għall-bejgħ ta’ elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli billi japprova d-deskrizzjoni tal-metodi ta’ provvista tas-servizzi ta’ interess pubbliku u d-deskrizzjoni tal-metodi ta’ promozzjoni tal-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għandha tiġi promossa, f’konformità mal-proċedura għas-servizzi ta’ interess ġenerali stabbilita mill-Gvern, billi titħallas id-differenza bejn it-tariffa fissa stabbilita għal produttur u t-tariffa tal-elettriku mibjugħ minn dak il-produttur skont il-modalitajiet stabbiliti mill-Gvern, li ma jistax ikun inqas mill-prezz medju tas-suq tal-elettriku għax-xahar preċedenti, ikkalkolat skont il-proċedura stabbilita mill-[KNKEP].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għandhom jiġu stabbiliti tariffi fissi u għandhom jiġu attribwiti kwoti ta’ promozzjoni għall-impjanti b’kapaċità installata ogħla minn 10 kW permezz ta’ rkant bil-għan li jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 13(3) ta’ din il-liġi. Il-kwoti ta’ promozzjoni u r-reġjuni tal-irkanti, kif ukoll il-modalitajiet ta’ tqassim tal-kwoti ta’ promozzjoni għall-impjanti ta’ kapaċità installata ta’ inqas minn jew daqs 10 kW, għandhom jiġu stabbiliti u approvati mill-Gvern. Għandu jiġi organizzat irkant separat għall-konnessjoni man-netwerks tal-elettriku fil-livell reġjonali għal kull grupp ta’ produtturi, fit-termini ta’ żmien stabbiliti mill-[KNKEP], iżda mhux iktar tard minn 180 jum wara d-data tal-applikazzjoni minn produttur biex jiġi organizzat irkant għal grupp ta’ produtturi u reġjun partikolari. Il-produtturi kollha li ffirmaw l-ittra ta’ intenzjoni msemmija fl-Artikolu 14(11) u pprovdew il-garanzija ta’ eżekuzzjoni tal-impenji tal-produttur imsemmija fl-Artikolu 14(13) ta’ din il-liġi huma intitolati li jipparteċipaw fl-irkant. It-tariffa fissa massima għandha tiġi stabbilita mill-[KNKEP] fuq bażi trimestrali. L-irkant jintrebaħ mill-parteċipant li jkun indika t-tariffa fissa mixtieqa l-iktar baxxa, bil-kundizzjoni li l-qawwa massima installata ta’ park ta’ produzzjoni f’reġjun ta’ rkant ma tistax tirrappreżenta iktar minn 40 % tal-potenza massima ta’ ġenerazzjoni tas-sħana f’dan ir-reġjun li tista’ tiġi konnessa. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[KNKEP] għandha tevalwa, mhux iktar minn kull tliet xhur, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli differenti, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-volum ta’ elettriku effettivament prodott matul is-sena kalendarja preċedenti, il-kapaċità installata kumulattiva tal-impjanti attivi u l-kapaċità installata kumulattiva tal-impjanti previsti. L-ammonti massimi tat-tariffi fissi għandhom jiġu riveduti abbażi tal-eżami tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ elettriku minn diversi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-konformità tiegħu mal-għanijiet u mal-kompiti stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni nazzjonali favur l-enerġija rinnovabbli. L-ammonti massimi tat-tariffi fissi riveduti għandhom japplikaw biss għall-produtturi li l-impjanti tagħhom ikunu rċevew il-permess li jipproduċu elettriku wara d-dħul fis-seħħ tat-tariffi msemmija.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Konformement ma’ din il-leġiżlazzjoni, minn naħa, il-produtturi ta’ elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li rebħu l-irkant previst fl-Artikolu 20(3) tal-Liġi dwar Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli, għandhom jikkonkludu kuntratti ma’ impriżi li jixtru l-elettriku, jiġifieri l-operaturi<?PAGE NO="7"?> tan-netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni. Min-naħa l-oħra, dawn l-impriżi għandhom jingħataw kumpens għat-telf imġarrab abbażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku mixtri f’dan il-kuntest mill-amministratur tal-fondi, permezz tal-fondi intiżi għas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija leġiżlazzjoni, l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni għall-ibbilanċjar fil-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandhom jiġu kkumpensati permezz ta’ dawn il-fondi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Leġiżlazzjoni dwar il-Produzzjoni ta’ Elettriku fl-Impjanti ta’ Koġenerazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont id-Digriet Nru 916, l-elettriku ġġenerat minn impjanti ta’ koġenerazzjoni, jiġifieri impjanti b’ċiklu kkombinat ta’ elettriku u ta’ sħana, jikkostitwixxi SIĠE, bil-kundizzjoni li tali impjanti jipprovdu s-sħana fis-sistemi ta’ tisħin u li l-koġenerazzjoni titqies bħala effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Elektros energijos supirkimo iš bendrų šilumos ir elektros energijos gamintojų taisyklės, patvirtintos Lietuvos Respublikos energetikos ministro įsakymu Nr. 1-219 (id-Digriet Nru 1-219 tal-Ministru għall-Enerġija tal-Litwanja, li Japprova r-Regoli ta’ Xiri ta’ Elettriku Mingħand il-Produtturi li Jikkoġeneraw is-Sħana u l-Elettriku), tal-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE> (Žin., 2009, Nru 140–6160), il-produtturi li jixtiequ jipprovdu tali SIĠE għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Ministeru tal-Enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Gvern Litwan, fuq proposta tal-Ministru tal-Enerġija, għandu japprova l-lista tal-impriżi inkarigati bil-provvista ta’ tali SIĠE għas-sena kalendarja sussegwenti u għandu jiffissa l-volum massimu ta’ elettriku prodott f’dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-fornitur pubbliku tal-elettriku għandu jipproponi, għas-sena kalendarja sussegwenti, lill-produtturi tal-elettriku li jipprovdu dawn is-SIĠE u għandu jinnegozja magħhom il-kwantitajiet ta’ elettriku mixtrija kull xahar, il-kuntratti ta’ xiri ta’ elettriku prodott f’impjanti ta’ koġenerazzjoni bħala SIĠE li għandhom jiġu ffirmati qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena kurrenti. Abbażi ta’ dawn il-kuntratti, il-fornituri tas-SIĠE għandhom jirċievu kumpens abbażi tal-elettriku li jkunu pproduċew u ttrażmettew fuq in-netwerks tal-elettriku mingħajr ma jinqabeż il-volum previst, liema kumpens jitħallas direttament lilhom mill-amministratur tal-fondi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Leġiżlazzjoni dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Elettriku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fergħa ta’ AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Lietuvos energijos gamyba<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Lietuvos Elektrinė<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, ġiet innominata bħala fornitur tas-SIĠE relatati mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku għall-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni Nru O3–703 tat-<DATE ISO="20131122">22 ta’ Novembru 2013</DATE> dwar il-produzzjoni ta’ elettriku tar-Repubblika tal-Litwanja u l-iffissar tal-prezz ta’ xiri tal-elettriku prodott minn Lietuvos Elektrinė, il-KNKEP stabbilixxiet dan il-prezz tax-xiri għas-sena 2014 skont proporzjon bejn parti li tirrappreżenta l-ispejjeż varjabbli u parti li tirrappreżenta l-ispejjeż fissi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Leġiżlazzjoni dwar il-Proġett NordBalt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Lietuvos Respublikos elektros energetikos sistemos integracijos į Europos elektros energetikos sistemas įstatymas Nr. XI–2052 (il-Liġi Litwana Nru XI-2052 dwar l-Integrazzjoni tan-Netwerk tal-Elettriku tar-Repubblika tal-Litwanja fin-Netwerks tal-Elettriku Ewropej), tat-<DATE ISO="20120612">12 ta’ Ġunju 2012</DATE> (Žin., 2012, Nru 68–3465), jipprovdi li, biex tiġi żgurata l-integrazzjoni sħiħa tan-netwerk tal-elettriku Litwana fin-netwerks tal-elettriku Ewropej, l-operazzjoni tal-konnessjoni tan-netwerk ta’ trażmissjoni tal-elettriku tar-Repubblika tal-Litwanja man-netwerk ta’ trażmissjoni tal-elettriku tar-Renju tal-Isvezja (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>proġett NordBalt<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) għandha tibda fl-2015.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(3) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>L-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tan-netwerk tal-elettriku tar-Repubblika tal-Litwanja fis-sistemi tal-elettriku Ewropej hija ffinanzjata permezz tal-fondi maħsuba għas-[SIĠE] skont il-proċedura stabbilita mil-Liġi dwar l-Elettriku; għotjiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jintużaw ukoll, skont il-modalitajiet previsti mil-liġi, biex parzjalment jiffinanzjaw it-twettiq ta’ din l-integrazzjoni, inkluża l-għajnuna allokata għall-proġetti tal-enerġija taħt il-qafas finanzjarju pluriannwali tal-Unjoni għall-perijodu 2014–2020, u (jew) riżorsi oħra miksuba legalment.<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-provvista tas-SIĠE marbuta mal-proġett NordBalt ġiet fdata lil AB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Litgrid<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Leġiżlazzjoni dwar il-Kumpens lill-Operaturi ta’ Impjanti tal-Elettriku b’Enerġija Solari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 3(3) tal-Lietuvos Respublikos atsinaujinančių išteklių energetikos įstatymo 2, 11, 13, 14, 16, 20, 21 straipsnių pakeitimo ir papildymo įstatymo įgyvendinimo įstatymas Nr. XII–170 (il-Liġi ta’ Implimentazzjoni tar-Repubblika Litwana Nru XII-170 li Temenda u Tissupplimenta l-Artikoli 2, 11, 13, 14, 16, 20 u 21 tal-Liġi dwar is-Sorsi tal-Enerġija Rinnovabbli), tas-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE> (Žin., 2013, Nru 12–561), in-nefqa għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ impjanti tal-elettriku b’enerġija solari, li għalihom l-awtorizzazzjonijiet għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli billi jinbnew tali impjanti ma ġewx implimentati qabel id-data prevista mil-leġiżlazzjoni inizjali jew ma ġewx estiżi, huma rrikonoxxuti bħala spejjeż marbuta mas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konformement ma’ din il-leġiżlazzjoni, il-persuni li żviluppaw proġetti ta’ impjanti tal-elettriku b’enerġija solari, imqiegħda indiskussjoni bil-bidla leġiżlattiva magħmula matul l-2013, għandhom il-possibbiltà li jitolbu lil Kummissjoni ta’ kumpens stabbilita mill-Gvern Litwan biex tiffissa l-ammont tal-kumpens dovut lilhom skont l-infiq imġarrab qabel l-<DATE ISO="20130201">1 ta’ Frar 2013</DATE>. Dan il-kumpens għandu jiġi ttrasferit direttament lil dawn il-persuni mill-amministratur tal-fondi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma kumpanniji rreġistrati fil-Litwanja, li l-attività tagħhom tikkonsisti, b’mod partikolari, fl-operat tal-impjanti ta’ koġenerazzjoni, li fihom l-elettriku prodott jiġi kkunsmat sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi tagħhom stess jew ipprovdut lil persuni ġuridiċi li joperaw fuq iż-żona tal-operat tagħhom. Dawn jixtru l-elettriku li jonqoshom minn fornituri indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma marbuta li jħallsu l-ispejjeż tas-SIĠE. Is-somom dovuti għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kwantità ta’ elettriku li jipproduċu huma stess jew li jixtru mingħand fornituri indipendenti u li dawn jikkonsmaw sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ekonomiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-KNKEP stabbilixxa, għall-2014, il-fondi allokati għad-diversi SIĠE kif ukoll l-ammont tal-kontribuzzjonijiet għal dawn li għandhom jitħallsu mill-konsumaturi finali tal-elettriku u ċerti produtturi tal-elettriku, fosthom ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131111">11 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnius, il-Litwanja) intiż għall-annullament tal-punti 1.2 sa 1.4, 1.7, 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dawn ikkontestaw din id-deċiżjoni abbażi tal-illegalità parzjali tagħha minħabba li din taqa’ taħt skema ta’ għajnuna mill-Istat, maħluqa mil-leġiżlazzjoni dwar is-SIĠE, li ġiet implimentata mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, bi ksur tal-obbligu impost mill-Artikolu 108(3) TFUE. Barra minn hekk, dawn iqisu li l-ammont tal-kontribuzzjonijiet huwa eċċessivament għoli u illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnius) ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, dawn appellaw quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) fejn talbu l-annullament tas-sentenza tad-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE> u talbuha tiddeċiedi dwar ir-rikors tagħhom fl-ewwel istanza. Barra minn hekk, dawn ressqu talbiet sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita b’talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali, il-KNKEP, kif ukoll il-partijiet terzi interessati, il-Lietuvos Respublikos energetikos ministerija (il-Ministeru tal-Enerġija Litwan) u Baltpool, talbu ċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-domandi tal-qorti tar-rinviju jikkonċernaw il-kwistjoni dwar jekk ċerti elementi tas-SIĠE u tal-finanzjament tagħhom għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. B’mod partikolari, dawn id-domandi jirrigwardaw il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni u fuq il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Il-qafas leġiżlattiv għall-provvista ta’ [SIGE] u l-finanzjament tagħhom (kumpens) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>iskema SIĠ[E]<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>) [fis-seħħ fl-2014] — stabbilit fil-Liġi Litwana dwar l-Elettriku, fil-Liġi Litwana dwar l-Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli, fil-Liġi Litwana dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Elettriku fis-Sistemi tal-Elettriku Ewropej, fil-Liġi Litwana li timplementa l-Liġi li temenda u tissupplimenta l-Artikoli 2, 11, 13, 14, 16, 20 u 21 tal-Liġi dwar l-Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli u fil-miżuri legali li jimplementaw dawn il-liġijiet, inkluża l-Proċedura għall-Provvista ta’ [SIGE], approvata permezz tad-Digriet Nru 916 […], il-Proċedura għall-Amministrazzjoni ta’ Flus għal [SIGE], approvata permezz tad-Digriet Nru 1157 […], jew parti minnu, għandu jitqies li huwa għajnuna mill-Istat (skema ta’ għajnuna mill-Istat) għall-iskopijiet tal-Artikolu 107(1) [TFUE], inklużi d-domandi segwenti:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>f’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-flus [intiżi għal SIĠE] għandhom, jew ma għandhomx, jitqiesu li huma riżorsi tal-Istat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-każ fejn operaturi ta’ netwerk (impriżi) huma obbligati jixtru l-elettriku minn produtturi tal-elettriku bi prezz (rata) fiss(a) u/jew jibbilanċjaw l-elettriku, u t-telf sostnut minn operaturi ta’ netwerk minħabba dan l-obbligu huwa kkumpensat minn flus possibbilment attribwibbli lil riżorsi tal-Istat, ma għandux jitqies li jikkostitwixxi għajnuna mogħtija lil produtturi tal-elettriku permezz ta’ riżorsi tal-Istat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, is-segwenti sostenn għandu, jew ma għandux, jitqies li huwa selettiv u/jew li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri: sostenn mogħti lil impriża li timplementa proġett ta’ importanza strateġika, bħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>NordBalt<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>; sostenn mogħti lil impriżi fdati bl-inkarigu li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku għal perijodu partikolari; sostenn sabiex jikkumpensa t-telf li jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq u li huwa fil-fatt sostnut minn persuni, bħall-iżviluppaturi ta’ impjanti fotovoltajċi solari li huma involuti fil-kwistjoni, minħabba r-rifjut tal-Istat li jwettaq impenji<?PAGE NO="10"?> meħuda (minħabba tibdil regolatorju nazzjonali); sostenn mogħti lil impriżi (operaturi ta’ netwerk) bl-għan li jiġi kkumpensat telf fil-fatt sostnut fit-twettiq tal-obbligu li jixtru l-elettriku bi prezz fiss mingħand produtturi tal-elettriku li jipprovdu [SIĠE] u li jibbilanċjaw l-elettriku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>l-Artikolu 107(1) TFUE, applikat flimkien mal-Artikolu 106(2) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, l-iskema SIĠ inkwistjoni (jew parti minnha) għandha, jew ma għandhiex, titqies li tissodisfa l-kriterji stipulati fil-punti 88 sa 93 tas-sentenza […] tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE> f’<NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> [<NO.CASE>C-280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ, l-iskema SIĠ[E] (jew parti minnha) għandha, jew ma għandhiex, titqies li toħloq jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 107(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fondi maħsuba biex jiffinanzjaw skema ta’ servizzi ta’ interess pubbliku, bħas-SIĠE, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE tippresupponi li jkunu ssodisfatti erba’ kundizzjonijiet, jiġifieri li jkun hemm intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li dan l-intervent ikun kapaċi jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, li dan l-intervent jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tiegħu u li dan l-intervent iwassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930317">17 ta’ Marzu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Sloman Neptun</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/91 u C‑73/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:97">EU:C:1993:97</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, dawn għandhom, minn naħa, jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, ikunu imputabbli lill-Istat (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sabiex tiġi evalwata l-imputabbiltà ta’ miżura lill-Istat, għandu jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi kinux involuti fl-adozzjoni ta’ din il-miżura (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, hekk kif jirriżulta mill-punti 5 sa 34 ta’ din is-sentenza, kemm id-diversi SIĠE kif ukoll il-metodu ta’ finanzjament tagħhom ġew adottati mill-Istat permezz ta’ diversi liġijiet u digrieti governattivi differenti. Għalhekk, dawn għandhom jitqiesu bħala imputabbli lill-Istat, liema ħaġa, barra minn hekk, ma ġiet ikkontestata minn ebda parti interessata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-vantaġġ ingħatax direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE tinkludi kemm l-għajnuna mogħtija direttament mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat bħal dawk mogħtija minn korpi pubbliċi jew privati stabbiliti jew maħtura minnu sabiex jamministrawhom (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE>, <NAME.CASE>Steinike &amp; Weinlig</NAME.CASE>, <NO.CASE>78/76</NO.CASE>,<?PAGE NO="11"?> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:52">EU:C:1977:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dritt tal-Unjoni ma jistax jaċċetta li s-sempliċi fatt li jinħolqu istituzzjonijiet awtonomi responsabbli mid-distribuzzjoni tal-għajnuna jippermetti li jiġu evitati r-regoli daw l-għajnuna mill-Istat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020516">16 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:294">EU:C:2002:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vsTV2/Danmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:836">EU:C:2017:836</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li miżura li tikkonsisti, b’mod partikolari, f’obbligu ta’ xiri ta’ enerġija tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> minkejja li din ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) TFUE jkopri, fil-fatt, il-mezzi finanzjarji kollha li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu effettivament jużaw biex jappoġġjaw impriżi, irrespettivament minn jekk dawk il-mezzi jkunux jappartjenu b’mod permanenti lill-patrimonju tal-Istat jew le. Anki jekk somom li jikkorrispondu mal-miżura ta’ għajnuna kkonċernata ma jkunux fil-pussess tat-Teżor pubbliku b’mod permanenti, il-fatt li dawn jibqgħu kontinwament taħt kontroll pubbliku, u għalhekk għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed sabiex dawn jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li fondi pprovduti permezz ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat, ġestiti u mqassma skont din il-leġiżlazzjoni, jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, anki jekk huma ġestiti minn entitajiet distinti mill-awtorità pubblika (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740702">2 ta’ Lulju 1974</DATE>, <NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>173/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:71">EU:C:1974:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-element deċiżiv jikkonsisti mill-fatt li tali entitajiet huma maħtura mill-Istat sabiex jiġġestixxu riżorsi tal-Istat, u mhux sempliċement marbuta b’obbligu ta’ xiri permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:413">EU:C:2008:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>ENEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-329/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:671">EU:C:2017:671</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-iskema tas-SIĠE hija kkaratterizzata mill-elementi li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Qabel kollox, permezz ta’ din l-iskema, jiġi impost fuq il-konsumaturi finali l-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni, li hija integrata fit-tariffa tal-elettriku u li żżid il-prezz tagħha, u li l-KNKEP tiffissa l-ammont speċifiku tagħha, abbażi tal-punt 7 tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar l-Elettriku, skont il-kilowatt fis-siegħa kkonsmat. Il-produtturi tal-elettriku li jikkunsmaw, għall-bżonnijiet tagħhom stess, l-elettriku li jipproduċu huma wkoll suġġetti għall-imsemmija skema, u tiġi imposta fuqhom tariffa, stabbilita mill-KNKEP skont il-kilowatt fis-siegħa kkonsmat, differenti minn dik applikabbli għall-konsumaturi finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, għall-iffissar ta’ dawk it-tariffi, il-KNKEP għandha tieħu inkunsiderazzjoni, għal kull sena kkonċernata, il-ħtieġa ta’ fondi intiżi għas-SIĠE għal dan il-perijodu u l-kwantità ta’ elettriku prevista li tiġi kkonsmata għall-istess perijodu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Sussegwentement, is-somom miġbura fid-dawl ta’ dan mill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni għandhom jiġu ttrasferiti lill-amministratur tal-fondi, li, kif ġie ppreċiżat fis-seduta mill-partijiet fil-kawża prinċipali u mill-Gvern Litwan, għandu jiġi kkontrollat direttament jew indirettament mill-Istat, skont il-punt 4.6 tad-Digriet Nru 1157. Minn dawn is-somom, l-amministratur tal-fondi huwa marbut li jikkalkola l-fondi intiżi għas-SIĠE u għandu jqassamhom bejn id-diversi fornituri ta’ SIĠE, bi tnaqqis ta’ ammont massimu ta’ LTS <FT TYPE="NUMBER">500000</FT> litas Litwani (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">145000</FT>) fis-sena, li jkopri l-ispejjeż operattivi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-amministratur tal-fondi għandu jħallas dawn il-fondi lid-diversi fornituri ta’ SIĠE, li skont il-punt 11 tad-deskrizzjoni annessa mad-Digriet Nru 916, l-ismijiet tagħhom ġew approvati mill-Gvern Litwan, ħlief f’dak li jikkonċerna lill-produtturi tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li jintgħażlu mill-KNKEP wara proċeduri ta’ rkant ta’ kwoti ta’ promozzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jibbenefikaw mill-fondi intiżi għas-SIĠE sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw għalihom mill-obbligu tagħhom li jixtru elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u li jibbilanċjaw dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Finalment, il-qorti tar-rinviju tindika li l-fondi mħallsa lill-fornituri tas-SIĠE għandhom l-għan li jikkumpensaw l-obbligi imposti fuqhom mill-Istat fil-kuntest tas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, l-iskema tas-SIĠE hija bbażata, minn naħa, fuq diversi obbligi li din tpoġġi kemm fuq l-operaturi ekonomiċi kif ukoll fuq il-konsumaturi finali u, min-naħa l-oħra, fuq l-intervent, bħala l-uniku korp ta’ amministrazzjoni tal-fondi allokati għas-SIĠE, ta’ korp ikkontrollat direttament jew indirettament mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>B’hekk, il-fondi intiżi għas-SIĠE jinġabru mill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni mingħand il-konsumaturi finali tal-elettriku kollha, mingħajr ma jkun legalment possibbli li ssir deroga minnhom. B’hekk, tali obbligu ta’ ħlas, impost mill-iskema tas-SIĠE, għandu n-natura ta’ kontribuzzjoni obbligatorja. Barra minn hekk, l-imsemmija operaturi tan-netwerk għandhom, skont din l-iskema, jiksbu SIĠE mingħand diversi fornituri, mingħajr lanqas ma għandhom il-possibbiltà li ma jiġux suġġetti għal dan l-obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 54 ta’ din is-sentenza, tali fondi jistgħu jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, anki jekk huma amministrati minn entitajiet distinti mill-awtorità pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fondi intiżi għas-SIĠE jitqassmu bejn il-fornituri tagħhom, skont l-iskema tas-SIĠE, minn korp taħt kontroll pubbliku, li, skont l-informazzjoni li tirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma jgawdi minn ebda setgħa diskrezzjonali fir-rigward tad-determinazzjoni u tad-destinazzjoni ta’ dawn il-fondi. Fil-fatt, kemm id-Digriet Nru 1157 kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KNKEP, li huwa korp pubbliku, jistabbilixxu b’mod ċar il-metodi ta’ kalkolu tal-fondi intiżi għas-SIĠE, li għandhom jitħallsu lill-fornituri tas-SIĠE. Tali ċirkustanza turi li dawn il-fondi għandhom, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, isegwu strettament il-proċess previst minn din l-iskema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’tali kundizzjonijiet, il-fondi intiżi għas-SIĠE għandhom jitqiesu li jibqgħu taħt kontroll pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, mekkaniżmu ta’ kumpens tal-ispiża eċċessivi, li l-finanzjament tiegħu jaqa’ fuq il-konsumaturi finali kollha tal-elettriku li jinsabu fit-territorju nazzjonali u li s-somom miġbura għalih jitqassmu u jiġu ddistribwiti lill-impriżi benefiċjarji, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, minn entità pubblika, għandu jiġi kklassifikat bħala intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara, f’dan is-sens,<?PAGE NO="13"?> is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141022">22 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Elcogás</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/13</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2314">EU:C:2014:2314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali hija differenti minn dawk li abbażi tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-obbligu impost fuq impriżi privati għall-provvista tal-elettriku li jixtru bi prezzijiet minimi ffissati l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma jistax jitqies bħala intervent permezz ta’ riżorsi tal-Istat sa fejn ma jkun sar ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi tal-Istat lill-impriżi produtturi ta’ dan it-tip ta’ elettriku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010313">13 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>PreussenElektra</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑379/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:160">EU:C:2001:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-impriżi privati ma kinux maħtura mill-Istat Membru kkonċernat sabiex jiġġestixxu riżorsi tal-Istat, iżda kienu marbuta b’obbligu ta’ xiri permezz tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:413">EU:C:2008:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Association Vent De Colère! <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:851">EU:C:2013:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidher, minn naħa, li l-amministratur tal-fondi huwa maħtur biex jamministra kontribuzzjoni obbligatorja imposta fuq il-konsumaturi finali kollha tal-elettriku, li tikkostitwixxi riżorsa tal-Istat, u, min-naħa l-oħra, li l-obbligu ta’ xiri tas-SIĠE impost fuq l-operaturi tan-netwerk ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni huwa kkumpensat permezz tal-ħlas lil dawn l-operaturi ta’ fondi intiżi għas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fondi maħsuba biex jiffinanzjaw skema ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, bħas-SIĠE, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 107(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta l-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jibbenefikaw minn fondi intiżi biex jiffinanzjaw is-SIĠE sabiex jikkumpensaw għat-telf imġarrab minħabba l-obbligu li jixtru l-elettriku mingħand ċerti produtturi tal-elettriku bi prezz fiss u li jibbilanċjawh, dan il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħti lill-produtturi tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat l-interventi li, taħt kwalunkwe forma li jkunu fiha, jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament lil ċerti impriżi jew li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:413">EU:C:2008:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-ġurisprudenza aċċettat li vantaġġ mogħti direttament lil ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi jista’ jikkostitwixxi vantaġġ indirett u, għalhekk, għajnuna mill-Istat għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li huma impriżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:363">EU:C:2002:363</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-Artikolu 20 tal-Liġi dwar is-Sorsi tal-Enerġija Rinnovabbli jirriżulta li l-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni, bħala impriżi li jixtru l-elettriku, huma marbuta li jixtru l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bi prezz fiss, li jista’ jkun ogħla mill-prezz tal-elettriku mibjugħ mill-produtturi ta’ tali elettriku. Madankollu, it-telf imġarrab minn dawn l-operaturi huwa kkumpensat permezz ta’ fondi għas-SIĠE, imħallsa mill-amministratur tal-fondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Għalkemm is-somom intiżi sabiex jikkumpensaw dan it-telf jitħallsu lill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni, jidher li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma l-produtturi tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li effettivament jibbenefikaw indirettament mill-għajnuna li jimplika dan il-mekkaniżmu ta’ kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-kumpens tat-telf subit minn dawn l-operaturi permezz ta’ fondi intiżi għas-SIĠE huwa intrinsikament marbut mal-vantaġġ previst favur produtturi ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif jipprevedi l-Artikolu 20(2) tal-Liġi dwar Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli, meta dan jenfasizza li l-produzzjoni ta’ tali elettriku hija mħeġġa, skont il-proċedura fil-qasam tas-SIĠE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>billi titħallas id-differenza bejn it-tariffa fissa stabbilita għal produttur u t-tariffa tal-elettriku mibjugħ minn dak il-produttur<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Madankollu, din id-differenza tikkorrispondi għall-ispejjeż addizzjonali jew għat-telf subit mill-operaturi msemmija, ikkumpensati mill-fondi intiżi għas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ebda dispożizzjoni tal-Liġi dwar is-Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli ma jobbliga lill-produtturi tal-elettriku li għandhom tali oriġini jieħu sehem fl-irkanti li jippermettulhom, jekk ikun il-każ, li jibbenefikaw mit-tariffa msemmija fil-punt preċedenti. F’tali kuntest, il-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-mekkaniżmu ta’ bejgħ u l-ħlas ta’ kumpens lill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni għandhom l-effett li jippermettu lil dawn il-produtturi li jbigħu volumi ta’ elettriku bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq u, f’kull każ, li jbigħu volumi ikbar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-operaturi ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jibbenefikaw minn fondi intiżi biex jiffinanzjaw is-SIĠE sabiex jikkumpensaw għat-telf imġarrab minħabba l-obbligu li jixtru l-elettriku mingħand ċerti produtturi tal-elettriku bi prezz fiss u li jibbilanċjawh, dan il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħti lill-produtturi tal-elettriku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 107(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li fondi, bħall-fondi intiżi għal ċerti fornituri ta’ SIĠE, għandhomx jitqiesu li jagħtu lil dawn vantaġġ selettiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tipprevedi erba’ kategoriji ta’ benefiċjarji tal-fondi intiżi għas-SIĠE. Dawn huma l-impriża li qedha twettaq il-proġett ta’ importanza strateġika NordBalt, impriżi fdati bis-sigurtà tal-provvista tal-elettriku għal perijodu speċifiku, operaturi ta’ impjanti ta’ enerġija solari kkonċernati mir-rifjut mill-Istat milli jissodisfaw l-impenji tiegħu, li huma kkumpensati għat-telf effettivament imġarrab u li jikkorrispondi għall-kundizzjonijiet tas-suq, u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni, minħabba l-kumpens għat-telf effettivament imġarrab matul l-eżekuzzjoni tal-obbligu li jinxtara l-elettriku mingħand il-produtturi tal-elettriku li jipprovdu s-SIĠE b’tariffa fissa u li jibbilanċjawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat l-interventi li, taħt kwalunkwe forma li jkunu fiha, jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament lil ċerti impriżi jew li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq<?PAGE NO="15"?> (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:413">EU:C:2008:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-evalwazzjoni ta’ din il-kundizzjoni dwar is-selettività tal-vantaġġ timponi li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, il-miżura nazzjonali inkwistjoni hijiex ta’ natura li tiffavorixxi lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ċerti impriżi jew ċerti produtturi<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> meta mqabbla ma’ oħrajn, li jinsabu, fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli u li għalhekk iġarrbu trattament iddifferenzjat li essenzjalment jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>diskriminatorju<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs World Duty Free Group <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/15 P u C‑21/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:981">EU:C:2016:981</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-operaturi ekonomiċi kollha msemmija fil-punt 82 ta’ din is-sentenza għandhom jibbenefikaw minn fondi intiżi għas-SIĠE li, jekk huma intiżi biex jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali jew it-telf subit minn dawn l-operaturi, jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>vantaġġ selettiv mogħti permezz tar-riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 107(1) TFUE ma jagħmilx distinzjoni skont il-kawżi jew l-għanijiet tal-interventi statali, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom, u għalhekk indipendentement mit-tekniki użati (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u Ir‑Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑106/09 P u C‑107/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:732">EU:C:2011:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Hansestadt Lübeck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:971">EU:C:2016:971</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Issa, mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju u mill-preċiżazzjonijiet magħmula mill-partijiet interessati fl-osservazzjonijiet tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kull kategorija ta’ operaturi msemmija fil-punt 82 ta’ din is-sentenza għandha tingħata vantaġġ fuq bażi selettiva. Fil-fatt, u hekk kif jirriżulta mid-Digriet Nru 916, l-iskema tas-SIĠE tibbenefika biss lil ċerti produtturi tal-elettriku, fosthom, b’mod partikolari, dawk li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew minn koġenerazzjoni kif ukoll dawk li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista, għas-sigurtà jew għall-indipendenza enerġetika nazzjonali, għas-sigurtà u għall-affidabbiltà tan-netwerk tal-enerġija nazzjonali jew għall-implimentazzjoni ta’ proġetti strateġiċi ta’ provvista. Barra minn hekk, kull wieħed minn dawn l-operaturi, bl-eċċezzjoni tal-operaturi ta’ impjanti tal-enerġija solari kkonċernati mir-rifjut tal-Istat li jwettaq impenji meħuda, huwa nnominat b’ismu bħala benefiċjarju potenzjali tal-fondi intiżi għas-SIĠE mill-Gvern Litwan abbażi tal-punti 11 u 11<HT TYPE="SUP">1</HT> tad-deskrizzjoni annessa mad-Digriet Nru 916.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandha tagħmel il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li fondi, bħall-fondi għal ċerti fornituri ta’ SIĠE, għandhom jitqiesu li jagħtu lil dawn vantaġġ selettiv fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, ma għandhiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ impatt reali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda biss li jiġi eżaminat jekk din l-għajnuna tistax taffettwa lil dan il-kummerċ (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Orange vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑211/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:798">EU:C:2016:798</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, l-impatt negattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jistax ikun purament ipotetiku jew preżunt. B’hekk, għandha tiġi ddeterminata r-raġuni għalfejn il-miżura inkwistjoni tista’ taffettwa, permezz tal-effetti prevedibbli tagħha, il-kummerċ bejn l-Istati Membri (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju u mill-osservazzjonijiet ippreżentati minn Baltpool matul is-seduta jirriżulta li, fl-2014, diġà kienu jeżistu skambji bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u Stati Membri oħra fis-suq tal-elettriku, minħabba konnessjonijiet man-netwerks tal-elettriku tar-Repubblika tal-Estonja u tar-Repubblika tal-Latvja, li kienu jintużaw għall-importazzjoni tal-elettriku. Dawn l-indikazzjonijiet, li ma ġewx ikkontestati mill-Gvern tal-Litwanja, jirrelativizzaw l-argument tiegħu, relatati mal-fatt li s-suq tal-elettriku f’dan il-pajjiż kien relattivament iżolat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri oħrajn fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn din l-għajnuna (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0141">141</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex meħtieġ li l-impriżi benefiċjarji jipparteċipaw huma stess fil-kummerċ intra-Komunitarju. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti għajnuna lil impriżi, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li jonqsu l-opportunitajiet tal-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jippenetraw is-suq ta’ dan l-Istat Membru (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li settur ekonomiku, bħas-settur tal-enerġija, kien is-suġġett ta’ liberalizzazzjoni fuq livell tal-Unjoni jista’ jservi biex jiddetermina jekk l-għajnuna inkwistjoni għandhiex impatt reali jew potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑667/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:151">EU:C:2015:151</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2009/72 illiberalizzat totalment is-suq tal-elettriku fi ħdan l-Unjoni u, fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva kellhom ikunu ġew adottati mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Issa, sa fejn l-elettriku huwa s-suġġett ta’ skambju kummerċjali transkonfinali, l-għoti ta’ fondi intiżi għas-SIĠE lill-fornituri tas-SIĠE msemmija fil-punt 82 ta’ din is-sentenza jista’ jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri msemmija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fid-dawl tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ fornituri ta’ SIĠE msemmija fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, il-karatteristiċi partikolari tal-eżerċizzju tal-attività li hija s-suġġett ta’ kumpens bil-ħlas tal-fondi intiżi għal tali fornituri, sabiex tiddetermina jekk il-ħlas ta’ dawn il-fondi lill-imsemmija fornituri jistax isaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fis-suq Litwan tal-elettriku meta mqabbel ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fondi, bħall-fondi intiżi għal ċerti fornituri ta’ SIĠE, għandhom jitqiesu li jagħtu lil dawn vantaġġ selettiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 107(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li intervent mill-Istat, bħall-iskema tas-SIĠE, għandu jitqies bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv ta’ servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, fis-sens tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, meta intervent mill-Istat għandu jitqies bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex jeżegwixxu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’tali mod li dawn l-impriżi ma jgawdux, fil-fatt, minn vantaġġ finanzjarju u l-imsemmi intervent ma għandux għaldaqstant bħala effett li jpoġġi lil dawn l-impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli meta mqabblin mal-impriżi kompetituri, tali intervent ma jaqax taħt l-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Skont il-punti 88 sa 93 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tali intervent ma jkunx suġġett għall-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, għandhom jiġu ssodisfatti ċertu numru ta’ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja għandha tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u tali obbliġi għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar. It-tieni nett, il-parametri li abbażi tagħhom il-kumpens jiġi kkalkulat għandhom ikunu ġew stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. It-tielet nett, il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Ir-raba’ nett, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>L-istħarriġ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza msemmija għandu jsir bil-għan li jiġi ddeterminat jekk il-miżuri inkwistjoni għandhomx jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, liema kwistjoni tieħu preċedenza fuq dik tal-verifika, fejn applikabbli, dwar jekk għajnuna inkompatibbli hijiex madankollu neċessarja għat-twettiq tal-missjoni imposta fuq il-benefiċjarja tal-miżura inkwistjoni, abbażi tal-Artikolu 106(2) TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma hemmx iktar lok li jiġu applikati kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza msemmija meta jkun ġie kkonstatat li miżura kellha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, b’mod partikolari peress li l-impriża benefiċjarja ma tkunx f’pożizzjoni li tgħaddi mit-test tal-paragun ma’ impriża medja, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku meħtieġa, u li din l-għajnuna tista’ tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 106(2) TFUE (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-660/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:178">EU:C:2017:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Istati Membri huma intitolati, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, li jiddefinixxu l-portata u l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali tagħhom filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari għanijiet speċifiċi għall-politika nazzjonali tagħhom, u li, f’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, li ma tistax titqiegħed indskussjoni ħlief f’każ ta’ żball manifest (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Comunidad Autónoma del País Vasco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/16 P sa C‑69/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:999">EU:C:2017:999</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-impriżi tas-settur tal-elettriku, fl-interess ekonomiku ġenerali, obbligi ta’ servizz pubbliku li jistgħu jikkonċernaw is-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvista, kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent, inkluż l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u l-protezzjoni tal-klima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura ruħha li, meta ddefinixxiet is-SIĠE, ir-Repubblika tal-Litwanja għamlet użu mis-setgħa diskrezzjonali tagħha mingħajr ma wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet imfittxija mis-SIĠE, li għandhom ikunu marbuta ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mil-loġika tal-eċċezzjoni stabbilita permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-ewwel kundizzjoni ffissata minn din is-sentenza timplika li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 78 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-impriża li tibbenefika minnha għandha tkun suġġetta għal obbligu reali li tipprovdi s-servizz inkwistjoni f’kundizzjonijiet partikolari, u mhux li din tkun biss awtorizzata tipprovdi tali servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-elementi ppreżentati mill-qorti tar-rinviju kemm dwar il-kuntest ġuridiku nazzjonali kif ukoll dwar is-sitwazzjoni fattwali, jista’ jkun hemm dubju li ħafna mis-SIĠE jissodisfaw <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> tali kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Dan huwa għalhekk il-każ, l-ewwel nett, tal-produtturi ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fil-fatt, dawn bl-ebda mod ma huma obbligati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jipprovdu l-elettriku li jipproduċu taħt kundizzjonijiet partikolari, li, b’mod partikolari, huma relatati mal-universalità jew mat-tul ta’ żmien li għandhom jiġu pprovduti s-servizzi. Għall-kuntrarju, skont l-Artikolu 20 tal-Liġi dwar is-Sorsi tal-Enerġija Rinnovabbli, il-produtturi ta’ dan it-tip ta’ elettriku sempliċement jimpenjaw ruħhom li jbigħu l-elettriku prodott u l-operaturi tan-netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni li jixtruh, liema transazzjonijiet iseħħu f’kuntratti konklużi fuq bażi volontarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>It-tieni nett, konstatazzjoni simili tista’ ssir fir-rigward tal-produzzjoni ta’ elettriku fl-impjanti ta’ koġenerazzjoni. Għal darba oħra, jista’ jiġi kkonstatat li l-produtturi inkwistjoni jipparteċipaw fl-iskema tas-SIĠE fuq bażi volontarja, peress li mid-digriet Nru 1–219 jirriżulta li dawn il-produtturi għandhom jippreżentaw talba biex jipparteċipaw fis-SIĠE quddiem il-Ministru tal-Enerġija Litwan. Barra minn hekk, ladarba din it-talba tiġi aċċettata, il-provvista tal-elettriku li joriġina mill-koġenerazzjoni ssir fil-kuntest ta’ kuntratti konklużi mal-fornitur pubbliku tal-elettriku, li fihom huwa biss il-volum massimu tal-elettriku li għandu jiġi pprovdut fis-sena li huwa impost permezz ta’ deċiżjoni tal-Gvern Litwan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn iż-żewġ kategoriji ta’ produtturi tal-elettriku humiex, madankollu, suġġetti għal obbligi imposti b’mod vinkolanti mill-Gvern Litwan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>B’mod iktar fundamentali, għandu jiġi rrilevat, it-tielet nett, li jidher li l-fondi intiżi għas-SIĠE sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ impjanti tal-elettriku b’enerġija solari ma jirreferu għal ebda provvista ta’ servizzi li titwettaq mill-operaturi ta’ dawn l-impjanti favur il-konsumaturi finali jew l-operaturi fis-settur tal-elettriku fil-Litwanja. L-għan ta’ dan is-SIĠE huwa li jiġi kkumpensat it-telf imġarrab minn dawk l-operaturi minħabba l-emenda introdotta fil-leġiżlazzjoni Litwana matul l-2013, li wasslet biex l-awtorizzazzjonijiet li dawn jibbenefikaw minnhom għall-operat ta’ tali impjanti ma jiġux implimentati. Barra minn hekk, ma jidhirx <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> evidenti li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>attività<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> hekk ikkumpensata jkollha rabta ma’ wieħed mill-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72 li jistgħu jkunu soġġetti għalihom l-obbligi ta’ servizz pubbliku li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-operaturi tas-settur tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, it-tieni u t-tielet kundizzjoni stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jimponu li l-parametri li abbażi tagħhom huwa kkalkolat il-kumpens għandhom ikunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, u li l-kumpens ma għandux jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom ikkawżati mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Issa, l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju fit-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha ma jippermettux, anki fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati, li jiġi ddeterminat sa fejn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, li jgħinu biex jiġi żgurat li ma jitħallas l-ebda kumpens żejjed lill-impriżi responsabbli mit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, huma ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ tas-SIĠE relattivi, minn naħa, għaż-żamma tar-riżervi ta’ kapaċità ta’ impjanti tal-elettriku partikolari, li l-attività tagħhom hija meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija nazzjonali, u, min-naħa l-oħra, għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, li għandhom importanza strateġika biex jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-netwerk tal-enerġija jew l-indipendenza tal-enerġija tal-Istat, imsemmija fil-punti 7.4 u 7.5 tad-deskrizzjoni annessa mad-Digriet Nru 916. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju ma tagħti ebda informazzjoni dwar il-metodi li bihom jiġu kkalkolati l-fondi intiżi għas-SIĠE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għas-SIĠE relatat mas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku li għalih huwa biss il-prezz tax-xiri tal-elettriku, maqsum bejn sehem li jikkorrispondi għall-kopertura tal-ispejjeż varjabbli u sehem li jikkorrispondi għal dik tal-ispejjeż fissi, li jirriżulta mill-leġiżlazzjoni relattiva, kif ippreżentata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija din li għandha tivverifika jekk, għall-kategoriji ta’ fornituri ta’ SIĠE msemmija fil-punti 115 u 116 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tipprovdix li l-parametri li abbażi tagħhom huwa kkalkolat il-kumpens imħallas lil dawn il-fornituri differenti għandu jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, u jekk dan il-kumpens jeċċedix dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom ikkawżati mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għandu jiġi kkonstatat li r-raba’ kundizzjoni stabbilita mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tidhirx li hija ssodisfatta għas-SIĠE msemmija fil-punti 115 u 116 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar kif dawn il-fondi huma kkalkolati għal dawn is-SIĠE għandu neċessarjament bħala konsegwenza l-fatt li ma huwiex possibbli li jkun magħruf jekk il-livell tal-kumpens neċessarju f’dan ir-rigward ġiex iddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mgħammra sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku meħtieġa, kienet iġġarrab sabiex twettaq dawn l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex possibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq il-punt jekk din ir-raba’ kundizzjoni hijiex issodisfatta, jekk din ma tkunx tista’ tiddetermina jekk l-ispejjeż imġarrba mill-fornitur ta’ SIĠE inkarigat mill-proġett NordBalt u mill-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni, fir-rigward tal-ibbilanċjar tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jistgħux jikkorrispondu għal dawk ta’ impriża medja, kif imsemmija fil-punt preċedenti, u minkejja li mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn il-fornituri ma ġewx magħżula permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li, f’dan il-każ, il-fornituri ta’ SIĠE jkunu ntgħażlu skont il-proċeduri li jippermettu l-osservanza tar-raba’ kundizzjoni stabbilita permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent mill-Istat, bħall-iskema tas-SIĠE, ma għandux jitqies bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv ta’ servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, fis-sens tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) sakemm il-qorti tar-rinviju ma tikkonstatax li wieħed jew l-ieħor mis-SIĠE jissodisfa effettivament l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 88 sa 93 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 107(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li intervent tal-Istat, bħall-iskema tas-SIĠE, għandu jitqies li joħloq distorsjoni jew li jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, permezz ta’ din id-domanda, din il-qorti tistaqsi dwar l-effett tad-diversi SIĠE fuq il-kompetizzjoni, u mhux biss fuq dak ta’ xi wħud minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, ma għandhiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda għandu biss jiġi eżaminat jekk l-għajnuna tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Madankollu, distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni ma tistax tkun sempliċement ipotetika jew preżunta. B’hekk, għandha tiġi ddeterminata r-raġuni għalfejn il-miżura titqies li taffettwa jew thedded li taffettwa l-kompetizzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għajnuna intiża biex teħles lil impriża mill-ispejjeż li hija jkollha normalment issostni fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kuljum tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha, bħala prinċipju toħloq distorsjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Fondul Proprietatea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑150/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:388">EU:C:2017:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet diġà esposti fil-punti 95 u 96 ta’ din is-sentenza waqt l-eżami tal-kundizzjoni dwar l-effett ħażin fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, l-iskema tas-SIĠE, fir-rigward tas-servizzi differenti li jifformaw parti minnha, għandha titqies li toħloq distorsjoni jew li tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, mingħajr preġudizzju għall-qorti tar-rinviju li tagħmel il-verifiki neċessarji, kif deskritti fil-punt 97 ta’ din is-sentenza, fir-rigward tal-impatt tal-karatteristiċi partikolari tal-eżerċizzju tal-attività tal-fornituri differenti ta’ SIĠE fuq il-kompetizzjoni fis-suq Litwan tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ħames domanda għandha tkun li l-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent tal-Istat, bħall‑iskema tas-SIĠE, għandu jitqies li joħloq distorsjoni jew li jista’ joħloq distorsjoni l-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fondi maħsuba biex jiffinanzjaw skema ta’ servizzi ta’ interess pubbliku, bħas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jibbenefikaw minn fondi intiżi biex jiffinanzjaw is-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku sabiex jikkumpensaw għat-telf imġarrab minħabba l-obbligu li jixtru l-elettriku mingħand ċerti produtturi tal-elettriku bi prezz fiss u li jibbilanċjawh, dan il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħti lill-produtturi tal-elettriku.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fondi, bħall-fondi intiżi għal ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, għandhom jitqiesu li jagħtu lil dawn vantaġġ selettiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent mill-Istat, bħall-iskema tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, ma għandux jitqies bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv ta’ servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, fis-sens tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) sakemm il-qorti tar-rinviju ma tikkonstatax li wieħed jew l-ieħor mis-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku jissodisfa effettivament l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 88 sa 93 ta’ din is-sentenza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent tal-Istat, bħall-iskema tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, għandu jitqies li joħloq distorsjoni jew li jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>