<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-596/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0596</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:474">EU:C:2022:474</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220616">16.6.2022</DATE> – Kawża C‑596/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">DuoDecad</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20220616">16 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2, 24 u 43</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi ta’ appoġġ tekniku pprovduti lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż ta’ dritt</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-fatti</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑596/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200928">28 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">DuoDecad Kft.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis (Relatur), President tal-Awla, M. Ilešič u D. Gratsias, Imħallfin,</P><P>Avukata Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal DuoDecad Kft., minn Z. Várszegi, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, inizjalment minn L. Inez Fernandes, R. Campos Laires u P. Barros da Costa, sussegwentement minn R. Campos Laires u P. Barros da Costa, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Uher u A. Tokár, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali ppreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20220210">10 ta’ Frar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1), tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn DuoDecad Kft. u Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (id-Direttorat tal-Appelli tal-Awtorità Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana, l-Ungerija) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttorat tal-Appelli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar il-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ servizzi pprovduti minn DuoDecad matul is-snin 2009 u 2011.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112, il-provvisti ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali huma suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Servizzi ta’ telekomunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tfisser servizzi li għandhom x’jaqsmu mat-trasmissjoni, il-ħruġ jew id-dħul ta’ sinjali, kliem, figuri u ħsejjes jew tagħrif ta’ kull natura bil-fil, bir-radju, strumenti tal-vista jew b’sistemi oħra elettro-manjetiċi, inkluż it-trasferiment jew l-assenjazzjoni tad-dritt li tiġi użata l-kapaċità ta’ din it-trasmissjoni, dħul jew ħruġ, bl-inklużjoni tad-disposizzjoni ta’ aċċess għan-networks ta’ informazzjoni globali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal‑<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, l-imsemmija direttiva kienet tipprevedi, fl-Artikolu 43 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-post minn fejn hu pprovdut is-servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn hu pprovdut is-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li temenda d-Direttiva 2006/112 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>), issostitwixxiet, b’effett mill‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, l-Artikoli 43 sa 59 tad-Direttiva 2006/112. Din tal-aħħar, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 2008/8, tipprevedi, fl-Artikolu 44 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna taxxabbli li qiegħda taġixxi bħala tali għandu jkun il-post fejn dik il-persuna tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>F’din il-verżjoni, id-Direttiva 2006/112 tiddisponi, fl-Artikolu 45 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti minn stabbiliment fiss tal-fornitur li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn huwa stabbilixxa n-negozju tiegħu, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn jirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal‑<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, din id-direttiva kienet tipprevedi, fl-Artikolu 56 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-post ta’ provvista tas-servizzi li ġejjin lil konsumaturi stabbiliti barra mill-Komunità, jew lil persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma mhux fl-istess Stat Membru bħall-fornitur, għandu jkun il-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss li għalih jingħata s-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>servizzi pprovduti elettronikament, bħal dawk imsemmija fl-Anness II;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>F’dik il-verżjoni, id-Direttiva 2006/112 kienet issemmi b’mod partikolari, fl-Anness II tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Lista indikattiva tas-servizzi pprovduti elettronikament imsemmija fil-punt (k) ta’ l-Artikolu 56(1)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, isemmi partikolarment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[i]l-provvista ta’ siti web, web-hosting, ġestjoni b’distanza ta’ programmi u tagħmir<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-provvista ta’ immaġini, test u informazzjoni u t-tqegħid għad-disposizzjoni ta’ bażijiet tad-data<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva 2008/8, id-Direttiva 2006/112 tipprevedi, fl-Artikolu 59 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew li għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi barra l-Komunità, għandu jkun il-post fejn hija stabbilita dik il-persuna, fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>servizzi fornuti b’mod elettroniku, b’mod partikolari dawk imsemmijin fl-Anness II.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ungeriż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, l-az általános forgalmi adóról szóló 2007. évi CXXVII. törvény (il-Liġi Nru CXXVII tal‑2007 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Magyar Közlöny 2007/155 (XI. 16.)) kienet tipprevedi fl-Artikolu 37 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ provvisti ta’ servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli, il-post tal-provvista ta’ servizzi huwa l-post fejn l-akkwirent tas-servizz huwa stabbilit għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika jew, fin-nuqqas ta’ tali stabbiliment bi skop ekonomiku, il-post fejn huwa jkollu d-domiċilju tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ provvisti ta’ servizzi pprovduti lil persuna mhux taxxabbli, il-post tal-provvista ta’ servizzi huwa l-post fejn il-fornitur tas-servizz ikun stabbilit għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika jew, fin-nuqqas ta’ tali stabbiliment bi skop ekonomiku, il-post fejn ikollu d-domiċilju tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’din il-verżjoni, din il-liġi kienet tiddisponi, fl-Artikolu 46 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tas-servizzi previsti f’dan l-artikolu, il-post tal-provvista ta’ servizzi huwa l-post fejn, f’dan il-kuntest, l-akkwirent mhux taxxabbli huwa stabbilit jew, fin-nuqqas ta’ stabbiliment, il-post fejn għandu d-domiċilju tiegħu jew fejn normalment ikun residenti, bil-kundizzjoni li dan ikun jinsab barra mit-territorju tal-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-servizzi li jaqgħu taħt dan l-artikolu huma dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>(k) servizzi pprovduti elettronikament.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>DuoDecad hija kumpannija rreġistrata fl-Ungerija li l-attività prinċipali tagħha hija l-programmazzjoni informatika. Hija pprovdiet servizzi ta’ appoġġ tekniku lil Lalib – Gestão e Investimentos Lda. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Lalib<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), kumpannija stabbilita f’Madeira (il-Portugall), li tipprovdi servizzi ta’ divertiment b’mod elettroniku, li hija l-klijent prinċipali tagħha. F’dan ir-rigward, hija ħarġet, għall-perijodu li jmur mix-xahar ta’ Lulju sax-xahar ta’ Diċembru 2009 kif ukoll għas-sena 2011 kollha, fatturi li jammontaw għal total ta’ EUR 8 086 829.40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara spezzjoni li saret għand DuoDecad li tirrigwarda t-tieni semestru tas-sena 2009 u s-sena 2011 kollha, l-awtorità fiskali tal-ewwel istanza ordnatha, permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200210">10 ta’ Frar 2020</DATE>, il-ħlas ta’ arretrati tal-VAT ta’ ammont totali ta’ <FT TYPE="NUMBER">458438000</FT> forint Ungeriż (HUF) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1286835</FT>), ta’ multa fiskali fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">343823000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">964767</FT>) u ta’ ħlas għal dewmien fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">129263000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">362841</FT>), peress li qieset li l-benefiċjarju reali tas-servizzi pprovduti minn DuoDecad ma kinitx Lalib, iżda WebMindLicences Kft. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>WML<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), kumpannija kummerċjali rreġistrata fl-Ungerija li għandha know-how li jippermetti l-provvista ta’ servizzi ta’ divertiment b’mod elettroniku u li kkonkludiet ma’ Lalib kuntratt ta’ liċenzja sabiex topera dan in-know-how.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li din id-deċiżjoni ġiet, wara lment ta’ DuoDecad, ikkonfermata minn deċiżjoni tad-Direttorat tal-Appelli tas‑<DATE ISO="20200406">6 ta’ April 2020</DATE>, DuoDecad ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, DuoDecad issostni li s-servizzi ta’ appoġġ tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jitqiesu li ġew ipprovduti lil Lalib, fil-Portugall, peress li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-rigward mill-Qorti tal-Ġustizzja huma ssodisfatti. Hija tqis li d-deċiżjoni tad-Direttorat tal-Appelli hija żbaljata sa fejn din id-deċiżjoni ma tidentifikax b’mod korrett il-kontenut ta’ dawn is-servizzi, billi tassimila b’mod żbaljat dawn tal-aħħar mal-fatt li tiżgura direttament il-funzjonament tekniku tas-siti tal-internet ikkonċernati u tinjora b’hekk kif Lalib kellha l-mezzi umani u materjali neċessarji għall-provvista tas-servizzi li hija tipprovdi. Hija ssostni li hija pprovdiet direttament is-servizzi tagħha ta’ assistenza lil Lalib, u mhux lil WML, u kellha rwol attiv fil-missjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kuntratt ta’ liċenzja ta’ know-how ikkonċernat. Sabiex tagħmel dan, Lalib kienet ikkontrollat u ssorveljat lil DuoDecad kif ukoll tatha istruzzjonijiet, filwaqt li WML ma dehritx bħala klijent u konsegwentement ma setgħetx tistaqsiha jew tagħtiha xi tip ta’ parir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>DuoDecad issostni wkoll li, skont it-tweġibiet mogħtija mill-awtorità fiskali Portugiża bi tweġiba għall-applikazzjoni għal kooperazzjoni internazzjonali tal-awtoritajiet Ungeriżi mwettqa fil-kuntest ta’ proċedura li tikkonċerna lil WML, l-awtoritajiet Portugiżi indikaw b’mod ċar li Lalib kienet stabbilita fil-Portugall, fejn hija kienet teżerċita attività ekonomika effettiva għar-riskju tagħha stess, u li hija kellha l-mezzi tekniċi u umani kollha meħtieġa għall-operat tan-know-how li hija kienet kisbet. Barra minn hekk, il-post tal-provvista tas-servizzi ta’ divertiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma setax jinsab fl-Ungerija minħabba l-eżistenza ta’ ostakolu oġġettiv, jiġifieri l-assenza ta’ stabbilimenti finanzjarji li jippermettu l-ħlas permezz ta’ kard bankarja fuq siti b’kontenut għall-adulti. DuoDecad iżżid li Lalib kienet tidher, fil-konfront tad-dinja esterna, bħala l-fornitur ta’ dawn is-servizzi ta’ divertiment, li hija kienet tikkonkludi l-kuntratti f’isimha stess, kellha database tal-klijenti li kienu jħallsu l-korrispettiv tal-imsemmija<?PAGE NO="6"?> servizzi, kellha wkoll dħul iġġenerat mill-istess servizzi, kienet tikkontrolla l-iżviluppi tan-know-how ikkonċernat u kienet tiddeċiedi dwar l-introduzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, huwa s-sede tagħha li ġiet indikata bħala l-post fiżiku tal-assistenza lill-klijentela.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-Direttorat tal-Appelli jesponi li huwa mexxa investigazzjoni ma’ WML li matulha deher li s-servizzi ta’ divertiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu pprovduti mhux minn Lalib, iżda minn WML mill-Ungerija, peress li l-kuntratt ta’ liċenzja konkluż bejn dawn iż-żewġ kumpanniji kien, fil-fehma tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fittizju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat, b’mod partikolari fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2006/112, iżda tqis li interpretazzjoni supplimentari hija neċessarja fil-kawża prinċipali, peress li l-awtorità fiskali Portugiża u l-awtorità fiskali Ungeriża, minkejja din is-sentenza, ittrattaw l-istess tranżazzjoni b’mod differenti minn perspettiva fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, fid-dawl tal-indikazzjonijiet ipprovduti fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tqum il-kwistjoni dwar jekk il-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ divertiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax ikun jinsab fl-Ungerija, filwaqt li Lalib kienet fiċ-ċentru ta’ network kumpless ta’ kuntratti u ta’ servizzi indispensabbli għal din il-provvista ta’ servizzi, li hija kienet tiżgura l-kundizzjonijiet neċessarji għall-imsemmija provvista ta’ servizzi bl-għajnuna tad-databases tal-grupp tagħha stess, tas-softwer tagħha u permezz ta’ terzi jew fornituri parti mill-grupp Lalib kif ukoll mill-grupp ta’ kumpanniji li DuoDecad tagħmel parti minnu, u, għalhekk, neċessarjament assumiet ir-riskji legali u ekonomiċi, u dan anki jekk is-subappaltaturi li jagħmlu parti mill-grupp ta’ kumpanniji tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>proprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tan-know-how ikkonċernata kkontribwew għall-implimentazzjoni teknika ta’ dan u jekk dan il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>proprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> kellu influwenza fuq l-użu ta’ dan in-know-how. Tqum ukoll il-kwistjoni dwar kif għandu jiġi evalwat jekk Lalib kellhiex, fil-Portugall, bini, infrastrutturi u persunal neċessarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Filwaqt li tirreferi għall-punt 51 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>KrakVet Marek Batko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑276/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:485">EU:C:2020:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tqis ruħha obbligata li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, minħabba, prinċipalment, klassifikazzjonijiet fiskali diverġenti mwettqa mill-awtoritajiet fiskali Ungeriżi u Portugiżi. Hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża jekk il-konstatazzjoni ta’ obbligu fiskali kemm mill-awtorità fiskali Ungeriża kif ukoll mill-awtorità fiskali Portugiża hijiex legali, jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi validament intaxxata mill-ewwel jew mit-tieni u x’inhi l-importanza li tista’ tiġi rrikonoxxuta lid-diversi kriterji kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 43 tad-Direttiva [2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-akkwirent tal-liċenzja tan-know-how – kumpannija stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni (fit-tilwima fil-kawża prinċipali, il-Portugall), ma jipprovdix lill-utenti finali s-servizzi disponibbli fuq sit tal-internet, b’tali mod li ma jistax ikun id-destinatarju tas-servizz ta’ appoġġ tekniku tan-know how żgurat minn persuna taxxabbli, stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni (fit-tilwima fil-kawża prinċipali, l-Ungerija), li topera bħala<?PAGE NO="7"?> subappaltatur, iżda li din tal-aħħar tipprovdi tali servizzi lill-fornitur tal-liċenzja tan-know-how stabbilit f’dan l-Istat Membru tal-aħħar, f’ċirkustanzi li fihom l-akkwirent tal-liċenzja:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kellu uffiċċji mikrija fl-ewwel Stat Membru, infrastruttura tal-informatika u tal-uffiċċju, persunal tiegħu u esperjenza estensiva fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, u kellu proprjetarju b’netwerk ta’ relazzjonijiet internazzjonali wiesa’ u amministratur ikkwalifikat fil-qasam tal-kummerċ elettroniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kien irċieva n-know-how li jirrifletti l-proċess ta’ funzjonament tas-siti tal-internet u l-aġġornament tagħhom, kien jagħti l-opinjoni tiegħu dwarhom, kien jissuġġerixxi modifiki għall-imsemmija proċessi u kien japprovahom,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>kien id-destinatarju tas-servizzi li l-persuna taxxabbli kienet tipprovdi abbażi ta’ dan in-know how;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kien jirċievi regolarjament rapporti dwar is-servizzi mwettqa mis-subappaltaturi</TXT><P>(b’mod partikolari, dwar it-traffiku tas-siti tal-internet u l-pagamenti mwettqa mill-kont bankarju);</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>kien irreġistra f’ismu l-ismijiet ta’ dominji tal-internet li jippermettu l-aċċess għas-siti tal-internet permezz tal-internet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>kien jidher fuq is-siti tal-internet bħala l-fornitur ta’ servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>kien jiżgura huwa nnifsu l-proċessi intiżi għaż-żamma tal-popolarità tas-siti tal-internet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>kien jikkonkludi huwa nnifsu, f’ismu proprju, il-kuntratti ta’ subappalt u ta’ kooperazzjoni neċessarji għall-provvista ta’ servizzi (b’mod partikolari mal-banek li kienu jiżguraw il-ħlas b’kard bankarja fuq is-siti tal-internet, flimkien mal-persuni li jipprovdu l-kontenut aċċessibbli fuq is-siti tal-internet u mal-amministraturi tas-sit li jippromwovu l-kontenut);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>kellu sistema kompleta ta’ riċezzjoni tad-dħul li ġej mill-provvista tas-servizz inkwistjoni lill-utenti finali, bħal kontijiet bankarji, id-dritt li juża esklużivament u kompletament dawn il-kontijiet bankarji, bażi ta’ data dwar l-utenti finali li tippermetti li jinħarġulhom fatturi għall-provvista ta’ servizzi, kif ukoll is-softwer ta’ fatturazzjoni rispettiv tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>fuq is-siti tal-internet, kien jindika s-sede rispettiva tiegħu fl-ewwel Stat Membru bħala l-post fiżiku tas-servizz lill-klijenti, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>huwa kumpannija indipendenti kemm mill-fornitur ta’ liċenzja kif ukoll mis-subappaltaturi Ungeriżi responsabbli mit-twettiq ta’ proċessi tekniċi partikolari deskritti fin-know-how,</TXT><P>u huwa ppreċiżat barra minn hekk li (i) iċ-ċirkustanzi esposti preċedentement kienu kkonfermati wkoll mill-awtorità korrispondenti tal-ewwel Stat Membru, fil-pożizzjoni tagħha ta’ korp li jista’ jiċċertifika l-preżenza ta’ dawn iċ-ċirkustanzi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati minn terzi, (ii) kien jikkostitwixxi ostakolu oġġettiv għall-provvista tas-servizz fl-Istat Membru l-ieħor permezz tas-siti tal-internet il-fatt li l-kumpannija ta’ dan l-Istat Membru ma setgħetx taċċedi għal fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jiggarantixxi l-aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet b’kard bankarja fuq is-siti tal-internet, u li, għal din ir-raġuni, il-kumpannija stabbilita f’dan l-istess Stat Membru qatt ma wettqet il-provvista tas-servizz disponibbli fuq is-sit tal-internet, la qabel u lanqas wara l-perijodu meqjus, u (iii) il-kumpannija akkwirenti tal-liċenzja u l-impriżi relatati tagħha kisbu profitt mill-użu tas-sit tal-internet globalment ogħla mid-differenza li tirriżulta mir-rata ta’ VAT applikabbli fl-ewwel u fit-tieni Stat Membru?</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 43 tad-Direttiva [2006/112], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fornitur tal-liċenzja tan-know-how – kumpannija stabbilita fl-Istat Membru l-ieħor – tipprovdi s-servizzi disponibbli fuq sit tal-internet lill-utenti finali, b’tali mod li huwa d-destinatarju tas-servizz ta’ sapport tekniku tan-know-how żgurat mill-persuna<?PAGE NO="8"?> taxxabbli, li topera bħala subappaltatur, u din tal-aħħar ma tipprovdix tali servizz lill-akkwirent tal-liċenzja stabbilita fl-ewwel Stat Membru, f’ċirkustanzi li fiha l-kumpannija fornitriċi tal-liċenzja:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>bħala riżorsi proprji kellha biss uffiċċju mikri u kompjuter użat mill-amministratur tagħha,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ma kellhiex persunal tagħha lil hinn mill-amministratur tagħha u konsulent legali part-time xi sigħat fil-ġimgħa,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ma kellhiex kuntratti oħrajn ħlief il-kuntratt ta’ żvilupp tan-know-how,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kienet ħalliet, skont il-kuntratt konkluż mal-fornitur ta’ liċenzja, lill-kumpannija detentriċi ta’ liċenzja tirreġistra f’isimha l-ismijiet ta’ dominju li hija proprjetarja tagħhom,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>qatt ma dehret bħala l-fornitur tas-servizzi inkwistjoni f’għajnejn terzi, b’mod partikolari f’dawk tal-utenti finali, tal-banek li jiżguraw il-ħlas b’kard bankarja fuq is-siti tal-internet, tal-persuni li jipprovdu l-kontenut aċċessibbli fuq is-siti tal-internet u tal-amministraturi ta’ sit li jippromwovu l-kontenut,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>qatt ma ħarġet dokumenti ta’ sostenn dwar is-servizzi disponibbli fuq is-siti tal-internet, bl-eċċezzjoni tal-fattura dwar id-drittijiet ta’ liċenzja, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>ma kellhiex sistema (bħal kontijiet bankarji speċifiċi u infrastrutturi oħrajn) li jippermettu r-riċezzjoni tad-dħul mis-servizz ipprovdut fuq is-siti tal-internet, u huwa ppreċiżat ukoll li, skont is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma huwiex deċiżiv, fih innifsu, li l-amministratur u l-uniku azzjonist tal-kumpannija fornitriċi tal-liċenzja ta’ know-how hija l-persuna li ħalqitu u li, barra minn hekk, din l-istess persuna teżerċita influwenza jew kontroll fuq l-iżvilupp u l-użu tal-imsemmi know-how u l-provvista ta’ servizzi li kienet ibbażata fuqu, b’tali mod li l-persuna fiżika li hija l-amministratriċi u l-proprjetarju tal-kumpannija fornitriċi tal-liċenzja hija wkoll l-amministratriċi u/jew l-proprjetarja tal-kumpanniji subappaltaturi – għalhekk tar-rikorrenti – li jikkontribwixxu – billi jeżegwixxu l-kompiti li huma imposti fuqhom għal dan l-iskop – għall-provvista ta’ servizzi bħala subappaltaturi, fuq talba tal-akkwirent tal-liċenzja?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) (ċ), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/112 għandhomx jiġu interpretati, fid-dawl ta’ sensiela sħiħa ta’ ċirkustanzi msemmija f’dawn id-domandi, fis-sens li ma hijiex il-kumpannija akkwirenti ta’ liċenzja ta’ know-how li tippermetti l-provvista ta’ servizzi ta’ divertiment b’mod elettroniku li effettivament tipprovdi dawn is-servizzi ta’ divertiment, b’mod li hija ma tistax tiġi kkunsidrata bħala l-akkwirent tas-servizzi ta’ appoġġ tekniku ta’ know-how ipprovduti minn persuna taxxabbli f’Stat Membru ieħor, iżda li hija fir-realtà l-kumpannija fornitriċi tal-liċenzja ta’ know-how, stabbilita wkoll f’dak l-Istat Membru l-ieħor, li hija l-fornitur reali ta’ dawk is-servizzi ta’ divertiment, b’mod li hija din tal-aħħar li hija l-akkwirent ta’ dawn is-servizzi ta’ appoġġ tekniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, permezz tal-imsemmija domandi, il-qorti tar-rinviju tfittex li tiddetermina, wara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jekk hijiex Lalib jew jekk, minkejja li n-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>know-how<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> li tippermetti l-provvista ta’ dawn is-servizzi ta’ divertiment kienet is-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja konkluż bejn WML u Lalib, hija WML li għandha titqies bħala l-fornitur reali tas-servizzi ta’ divertiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, meta fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet saritilha domanda dwar ir-rilevanza ta’ ċerti fatti sabiex jiġi evalwat jekk kuntratt ta’ liċenzja, bħal dak konkluż bejn WML u Lalib, kienx ġej minn abbuż ta’ dritt intiż sabiex jibbenefika mill-fatt li r-rata tal-VAT applikabbli għas-servizzi ta’ divertiment ikkonċernati kienet inqas għolja f’Madeira milli fl-Ungerija, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, kienet indikat li kienet il-qorti tar-rinviju li kellha tivverifika l-fatti li kienu ġew sottomessi lilha u sabiex tivverifika jekk l-elementi li jikkostitwixxu prattika abbużiva kinux ġew issodisfatti, waqt illi l-Qorti tal-Ġustizzja, li kellha tiddeċiedi fuq ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, setgħat madankollu tipprovdi preċiżazzjonijiet bil-għan li tiggwida lil din il-qorti fl-interpretazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-punt 35 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret b’mod partikolari li l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi, li japplika fil-qasam tal-VAT, iwassal sabiex jiġu pprojbiti l-iskemi purament artifiċjali, li ma jirriflettux ir-realtà ekonomika, imwettqa bl-għan biss li jinkiseb vantaġġ fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara li rrilevat, fil-punt 43 tal-istess sentenza, li mill-proċess li hija kellha għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li Lalib kienet kumpannija distinta minn WML, peress li la kienet fergħa, la sussidjarja u lanqas aġenzija tagħha, u li hija kienet ħallset il-VAT fil-Portugall, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fil-punt segwenti tagħha li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tikkonstata li l-kuntratt ta’ liċenzja kkonċernat kien jirriżulta minn prattika abbużiva intiża sabiex tibbenefika minn rata ta’ VAT inqas għolja f’Madeira, kien hemm bżonn li jiġi stabbilit li dan il-kuntratt kien jikkostitwixxi arranġament purament artifiċjali intiż għall-ħabi tal-fatt li l-provvista ta’ servizzi kkonċernata ma kinitx fil-fatt ipprovduta f’Madeira minn Lalib, iżda fil-fatt kienet ipprovduta fl-Ungerija minn WML.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-punt 45 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C-419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmi kuntratt kienx jikkostitwixxi tali arranġament, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tanalizza l-fatti kollha quddiemha billi teżamina, b’mod partikolari, jekk l-istabbiliment tas-sede tal-attività ekonomika jew l-istabbiliment stabbli ta’ Lalib f’Madeira kienx reali jew jekk din il-kumpannija, għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-attività ekonomika kkonċernata, kellhiex struttura adattata f’termini ta’ postijiet, ta’ riżorsi umani u tekniċi, jew anki jekk l-imsemmija kumpannija kinitx teżerċita din l-attività ekonomika f’isimha stess u għan-nom tagħha, taħt ir-responsabbiltà tagħha u r-riskji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li, għall-kuntrarju, il-fatt li d-direttur u l-uniku azzjonista ta’ WML kien il-fondatur tan-know-how ta’ WML, il-fatt li din l-istess persuna kienet teżerċita influwenza jew kontroll fuq l-iżvilupp u l-operat tal-imsemmi know-how u l-provvista ta’ servizzi li kienu bbażati fuqu, kif ukoll il-fatt li l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, tal-persunal u tal-metodi tekniċi neċessarji għall-provvista tal-imsemmija servizzi kien żgurat mis-subappaltaturi, u r-raġunijiet li setgħu wasslu lil WLM tqiegħed in-know-how ikkonċernat għad-dispożizzjoni ta’ Lalib sabiex toperah hija stess, ma jidhrux li huma deċiżivi fihom infushom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 54 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva li wasslet sabiex jiġi stabbilit il-post ta’ provvista ta’ servizzi fi Stat Membru għajr dak li kien ikun fin-nuqqas ta’ din il-prattika<?PAGE NO="10"?> abbużiva, il-fatt li l-VAT tkun tħallset f’dan l-Istat Membru l-ieħor konformement mal-leġiżlazzjoni tiegħu ma jostakolax l-aġġustament ta’ din it-taxxa f’dan l-Istat Membru tal-post fejn il-provvista ta’ servizzi ġiet effettivament ipprovduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċidiet li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas‑<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE> dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="268" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 268, p. 1</REF.DOC.OJ>), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li teżamina l-eżiġibbiltà tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal provvisti li diġà kienu suġġetti għal din it-taxxa fi Stati Membri oħra hija marbuta tindirizza talba għal informazzjoni lill-amministrazzjonijiet fiskali ta’ dawn l-Istati Membri l-oħra meta tali talba tkun utli, u saħansitra indispensabbli, għad-determinazzjoni ta’ jekk l-imsemmija VAT hijiex eżiġibbli fl-ewwel Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Filwaqt li rrilevat li l-awtorità fiskali Ungeriża u l-awtorità fiskali Portugiża, wara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u minkejja l-informazzjoni pprovduta mit-tieni waħda minn dawn l-awtoritajiet fiskali lill-ewwel waħda b’risposta għal talba għal kooperazzjoni internazzjonali, trattament differenti tal-istess tranżazzjoni li jwassal għall-ġbir tal-VAT applikabbli għaliha kemm fl-Ungerija kif ukoll fil-Portugall, il-qorti tar-rinviju tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>interpretazzjoni supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> hija neċessarja u li hija tqis li hija obbligata li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, prinċipalment minħabba l-klassifikazzjonijiet diverġenti tal-fatti effettwati mill-imsemmija awtoritajiet fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li l-qorti tar-rinviju ma tesponix ir-raġunijiet li għalihom il-preċiżazzjonijiet mogħtija fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huma insuffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat liema minn WML jew Lalib għandha titqies bħala l-fornitur reali tas-servizzi ta’ divertiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda analiżi tal-punti ta’ fatt miġbura mill-awtorità fiskali Ungeriża quddiem l-awtorità fiskali Portugiża u lanqas tal-fatti kollha rrilevati fid-deċiżjoni tad-Direttorat tal-Appelli tas‑<DATE ISO="20200406">6 ta’ April 2020</DATE>, li din il-qorti hija adita bihom, jew elementi oħra li din tal-aħħar għandha quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tillimita ruħha li tirrileva numru kbir ta’ ċirkustanzi mingħajr ma tindika kif dawn iqajmu diffikultà ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 li hija ssemmi fid-domandi tagħha, b’tali mod li jidher li din il-qorti fir-realtà qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja mhux li tinterpreta din id-direttiva, iżda li tiddetermina hija stess, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, jekk hijiex WML u mhux Lalib li għandha titqies li hija l-fornitur reali tas-servizzi ta’ divertiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li minnu jirriżulta li l-kuntratt ta’ liċenzja konkluż bejn dawn il-kumpanniji huwa purament arranġament artifiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Wara kollox, fil-punt 51 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>KrakVet Marek Batko</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑276/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:485">EU:C:2020:485</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta hija tikkonstata li l-istess tranżazzjoni hija suġġetta għal trattament fiskali differenti fi Stat Membru ieħor, il-qrati ta’ Stat Membru aditi b’tilwima li tqajjem kwistjonijiet li jinkludu interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu deċiżjoni min-naħa tagħhom għandhom il-fakultà, u saħansitra l-obbligu, skont jekk id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħux jew le jkunu s-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, minn din is-sentenza ma jirriżultax li, meta l-qrati nazzjonali jikkonstataw li l-istess tranżazzjoni kienet suġġetta għal trattament fiskali differenti fi Stat Membru ieħor, huma għandhom il-fakultà jew l-obbligu li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari mhux għall-finijiet ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda ta’ evalwazzjoni tal-fatti u ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dritt fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni netta tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti tal-kawża prinċipali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tapplika r-regoli ta’ dritt għal sitwazzjoni partikolari, peress li l-Artikolu 267 TFUE jawtorizza biss lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tat-Trattati u tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Omni Metal Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑259/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:363">EU:C:2007:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>W.Ż.(Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:798">EU:C:2021:798</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0132">132</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fil-punti 8 u 11 tar-Rakkomandazzjonijiet lill-qrati nazzjonali, dwar l-introduzzjoni ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="380" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 380, p. 1</REF.DOC.OJ>), li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma tistax tirrigwarda kwistjonijiet ta’ fatt imqajma fil-kuntest tal-kawża prinċipali u li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tapplikax, hija stess id-dritt tal-Unjoni għal din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li dawn id-domandi huma bbażati fuq il-premessa li l-akkwirent tas-servizzi ta’ appoġġ tekniku inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri Lalib, ma jistax jitqies li huwa l-akkwirent ta’ dawn is-servizzi jekk ma hijiex din il-kumpannija, iżda WML li fir-realtà kienet tipprovdi s-servizzi ta’ divertiment ikkonċernati, b’mod li l-kuntratt ta’ liċenzja konkluż bejn WML u Lalib huwa arranġament artifiċjali li jirriżulta minn abbuż ta’ dritt u li dan tal-aħħar kien ser ikollu effett neċessarjament fuq ir-relazzjoni kuntrattwali bejn DuoDecad u Lalib kif ukoll, għaldaqstant, fuq l-obbligi u d-drittijiet ta’ dawn tal-aħħar li jirriżultaw mid-Direttiva 2006/112. Issa, kif l-Avukata Ġenerali rrilevat essenzjalment fil-punti 63 u 65 tal-konklużjonijiet tagħha, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-kuntratt li jorbot lil DuoDecad u Lalib jirriżultax huwa stess minn abbuż ta’ dritt fil-qasam tal-VAT, li jista’ jkun il-każ b’mod partikolari jekk jiġi kkonstatat li jeżisti arranġament purament artifiċjali, nieqes minn realtà ekonomika, li jimplika b’mod partikolari lil WML, Lalib u DuoDecad, elaborat biss sabiex jinkiseb vantaġġ fil-qasam tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 36 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>WebMindLicenses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑419/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:832">EU:C:2015:832</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva fil-qasam tal-VAT teżiġi, minn naħa, li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni, minkejja l-applikazzjoni formali tal-kundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2006/112 u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponiha, ikollhom bħala riżultat li jiksbu vantaġġ fiskali li l-għoti tiegħu jkun kuntrarju għall-għan imfittex minn dawn id-dispożizzjonijiet u, min-naħa l-oħra, li min-numru ta’ elementi oġġettivi jirriżulta li l-iskop essenzjali tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati jkun limitat sabiex jinkiseb dan il-vantaġġ fiskali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200928">28 ta’ Settembru 2020</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>