European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1194

23.2.2024

P9_TA(2023)0334

Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (COM(2021)0813 – C9-0471/2021 – 2021/0419(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/1194)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0813),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0471/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Marzu 2022  (1),

—

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0265/2022),

1.   

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.   

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 290, 29.7.2022, p. 126.


P9_TC1-COD(2021)0419

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' Ottubru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2023/2661.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1194/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)