|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4354 |
30.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
(C/2025/4354)
L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1705 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1583 (5).
Il-kontrollur tal-ipproċessar tad-data huwa s-servizz RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
Belgique/BELGIË |
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2025/1705, u r-Regolament (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/1583.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) 2016/44.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata dwar x'wassal għall-elenkar.
Il-bażijiet legali għat-trattament tad-data personali huma d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 29 TUE u r-Regolamenti tal-Kunsill adottati skont l-Artikolu 215 TFUE li jiddeżinjaw persuni fiżiċi (suġġetti tad-data) u jimponu l-iffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5(1)(a) u għall-konformità mal-obbligi legali stabbiliti fl-atti legali msemmija hawn fuq li għalihom huwa soġġett il-kontrollur f'konformità mal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-ipproċessar huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali skont l-Artikolu 10(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jikseb data personali tas-suġġetti tad-data mill-Istati Membri u/jew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Ir-riċevituri tad-data personali huma l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Id-data personali kollha pproċessata mill-Kunsill fil-kuntest tal-miżuri restrittivi awtonomi tal-UE ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet jew, jekk titressaq azzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm tingħata sentenza finali. Id-data personali li tinsab f'dokumenti rreġistrati mill-Kunsill tinżamm mill-Kunsill għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kunsill jista' jkollu bżonn jiskambja data personali dwar suġġett tad-data ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fil-kuntest tat-traspożizzjoni mill-Kunsill tad-deżinjazzjonijiet tan-NU jew fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali rigward il-politika tal-UE dwar il-miżuri restrittivi.
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, jew ta' salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jkun ibbażat fuq il-kondizzjoni(jiet) li ġejja/ġejjin, skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1725:
|
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; |
|
— |
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta' talbiet legali. |
L-ebda teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat ma huwa involut fl-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-informazzjoni u d-dritt ta' aċċess għad-data personali tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jikkoreġu u jimlew id-data kollha tagħhom. Taħt ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkollhom id-dritt li jiksbu t-tħassir tad-data personali tagħhom, jew id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom jew li jitolbu li din tiġi ristretta.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet billi jibagħtu email lill-kontrollur b'kopja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data kif indikat hawn fuq.
Mehmuża mat-talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jridu jipprovdu kopja ta' dokument ta' identifikazzjoni biex jikkonfermaw l-identità tagħhom (karta tal-identità jew passaport). Dan id-dokument għandu jkollu numru ta' identifikazzjoni, il-pajjiż tal-ħruġ, il-perjodu ta' validità, l-isem, l-indirizz u d-data tat-twelid. Kwalunkwe data oħra li tkun tinsab fil-kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni, bħal ritratt jew kwalunkwe karatteristika personali, tista' titgħatta bl-iswed.
Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
Qabel ma jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li s-suġġetti tad-data l-ewwel jippruvaw jiksbu rimedju billi jikkuntattjaw lill-kontrollur u/jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(3) ĠU L, 2025/1705, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1705/oj.
(5) ĠU L, 2025/1583, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1583/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4354/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)