|
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 393/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10444 — RWE Generation/Messer Industriegase/Kreis Düren/Siemens Project Ventures/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 393/10)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Beteiligungsgesellschaft Kreis Düren MBH (“BTG”, il-Ġermanja), |
|
— |
Messer Industriegase GmbH (“Messer Industriegase”, il-Ġermanja), |
|
— |
RWE Generation SE (“RWE Generation”, il-Ġermanja), |
|
— |
Siemens Project Ventures GmbH, (“Siemens”, il-Ġermanja). |
BTG, Messer Industriegase, RWE Generation u Siemens jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (l-“IK”, il-Ġermanja).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
BTG hija kumpannija assoċjata tad-distrett amministrattiv ta’ Düren, il-Ġermanja, li tamministra l-ishma tad-distrett ta’ Düren. |
|
— |
Messer Industriegase huwa manifattur tal-gass industrijali, gass speċjali u gass mediku kif ukoll taħlitiet tal-gass. |
|
— |
RWE Generation hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-kummerċ tal-elettriku li jirriżulta minn sorsi bħall-gass, il-faħam jew sorsi rinnovabbli. |
|
— |
Siemens tipprovdi prodotti u servizzi relatati mal-elettrifikazzjoni, l-awtomazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fl-oqsma tal-industrija, il-mobbiltà, l-infrastruttura u l-kura tas-saħħa. Siemens Project Ventures hija sussidjarja ta’ Siemens attiva fl-iżvilupp tal-proġetti. |
|
— |
L-IK se tkun attiva fl-ippjanar, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ impjant għall-produzzjoni tal-idroġenu f’Jülich fid-distrett ta’ Düren. L-IK se tkompli topera pompa tal-mili bl-idroġenu għall-karozzi u pompa tal-mili għat-trejlers. Se tforni s-sħana li tintilef fin-netwerk tat-tisħin lokali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10444 — RWE Generation/Messer Industriegase/Kreis Düren/Siemens Project Ventures/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).