Official Journal L 162 , 16/06/1992 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0128
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0128
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1533/92 tat-12 ta' Ġunju 1992 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1039/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 9, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessi mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi hija xierqa li l-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li m humiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3896/90 [3], għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 [4]; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura rigward il-prodotti Nri 1, 2, 3, 4 u 5 fl-iskeda annessa; Billi l-Kumitat tan-Nomenklatura għadu ma bagħatx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu, rigward il-prodott Nru 6 fl-iskeda annessa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jintalbu taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1715/90. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' Ġunju 1992. Għall-Kummissjoni. Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 42. [3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17. [4] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-kodiċi tal-klassifikazzjoni tan-NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Xaħam tal-ħalib | 11,4 | Solidi tal-ħalib b'xaħam baxx | 85,9 | Ilma | 2,7 | Proteini (N × 6,38) | 30,6 | Lactose | 42,9 | Phosphorlipides (P × 26) (bħala persentaġġ ta' kontenut ta' xaħam) | 17 | Il-prodott jinbiegħ taħt l-isem ta' "trab tax-xorrox ħelu mtejjeb bix-xaħam tal-ħalib". | | 04039013 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 0403, 040390 u 04039013. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 0402 u 0404 hija eskluża għax, fuq il-bażi tal-karatteristiċi analitiċi tiegħu (partikolarment il-kontenut ta' phospholipides tiegħu) il-prodott għandu l-karatteristiċi ta' trab tax-xorrox. | 2. Preparazzjoni msajra ta' laħam tal-ħanżir li tikkonsisti minn ammont ta' laħam fir-roża/kannella li fiha biċċiet tal-laħam sa 6ċm bħala qies, biċċiet tax-xaħam u ġelatina. Il-kontenut tal-laħam u x-xaħam imkejjel skond ir-Regolament (KEE) Nru 226/89 jaqbeż 80 % bħala toqol. Mhux possibbli, fuq il-bażi tal-qies u l-karatteristiċi tan-nisġa tal-muskoli, li jkunu identifikati jekk il-biċċiet tal-laħam jiġux mill-perżut, spallejn, ġenbejn jew kullari tal-ħanżir domestiku. Il-preparazzjoni titqieged f'bottijiet ta' toqol nett ta' anqas minn 500 gms. | 16024919 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, in-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 16 u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 1602, 160249 u 16024919. | 3. Preparazzjoni ta' l-ikel f'forma ta' ilma f'emulsjoni tax-xaħam tal-ħalib li tikkonsisti minn: xaħmijiet tal ħalib | 38,5 % | ilma | 52,4 % | sodju tal kaseina | 5,0 % | ġelatina | 2,0 % | melħ | 1,5 % | emulsifiers | 0,6 % | Il-prodott li jixbaħ il-butir fil-konsistenza, kulur, dehra u togħma huwa użat biex jindilek b'xaħam baxx. | | 21069099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2106, 210690 u 21069099. Wara li jkun ikkunsidrat it-tnaqqis fil-kontenut tax-xaħam tal-ħalib u l-presenza tas-sostanzi li mhumiex kostitwenti naturali tal-ħalib, il-preparazzjoni ma tistax titqies bħala prodott tal-kodiċi tan-NM 04050010. | 4. Preparazzjoni li tikkonsisti l-aktar minn taħlita ta' madwar 60 % hexacalcium, trisodium pentakis (orthophosphate), bħala toqol, u madwar 40 % tricalcium bis (dihydrogenorthophosphate) (orthophospate), bħala toqol, użata fl-għalf ta' l-annimali | 23099099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2309, 230990 u 23099099 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni ta' l-HS, l-intestatura 23.09, parti II.Ċ). Il-prodott ma jaqbilx mad-deskrizzjonijiet mogħtija fin-Nota 3 (A) tal-Kapitolu 31. | 5. Primidon (INN) | 29337900 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, min-nota 3 tal-Kapitolu 29 u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2933 u 29337900. Dan il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala lactam. | 6. Estratt solidu ta' materjal residwu li ma jinħalx f'solventi aliphatic miksuba matul l-estrazzjoni tar-raża mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: - kontenut ta' aċidu tarresin bħala toqol li ma jaqbiżx 30 %, - numru ta' laċidu li ma jaqbiżx il 110, u - punt li jdub ta' mhux anqas minn 100 °C. | 38239098 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3823, 382390 u 38239098. | --------------------------------------------------