|
30.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/587
tad-29 ta’ April 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati operazzjonijiet sikuri u effiċjenti tal-inġenji tal-ajru, tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, tan-navigazzjoni bl-ajru u tan-netwerk Ewropew tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, jeħtieġ li jiġi previst ċertu titjib fir-regoli operattivi relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru, tat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru u tas-sistemi tas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tan-navigazzjoni bl-ajru kif ukoll tal-kostitwenti tagħhom meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ġodda u aġġornati dwar l-interoperabilità b’rabta mas-sikurezza fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 (2) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 (3). |
|
(2) |
Filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi mill-implimentazzjoni li għadha għaddejja tal-kapaċità tas-sorveljanza fl-ajru u tal-kapaċità tal-ipproċessar tad-data tas-sistemi ta’ fuq l-art, l-installazzjoni effettiva u f’waqtha tat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru hija meħtieġa biex tippermetti lill-katina sħiħa tas-sorveljanza tikseb il-benefiċċji mistennija fl-iskadenzi stabbiliti. Il-kriterji għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti biex l-inġenji tal-ajru jiġu mgħammra jenħtieġ li jiġu emendati biex jipprovdu ċarezza dwar liema inġenji tal-ajru jridu jiġu mgħammra u liema se jibbenefikaw minn eżenzjoni minn dawk ir-rekwiżiti. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-għadd kumplessiv ta’ inġenji tal-ajru li jiġu mgħammra jibqa’ effettiv u jenħtieġ li ma jimponix piż ekonomiku bla bżonn. |
|
(3) |
Għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru mgħammra diġà huma ċċertifikati skont l-istandard internazzjonali għall-partijiet u għat-tagħmir li jintużaw fl-ajru għas-sistemi tas-sorveljanza, u dan jikkorrispondi għall-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Volum IV, it-Tielet Edizzjoni, inkluż l-emendi kollha sa Nru 77. Dak l-istandard huwa kompatibbli għalkollox mas-sistemi tas-sorveljanza antiċipati. L-obbligu tal-użu tal-istandard li jikkorrispondi għall-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Volum IV, ir-Raba’ Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85, kif previst attwalment fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1207/2011, jimponi piż ekonomiku bla bżonn. Għaldaqstant, l-istandard li jikkorrispondi għall-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Volum IV, it-Tielet Edizzjoni, inklużi l-emendi kollha sa Nru 77, jenħtieġ li jitqies bħala r-rekwiżit minimu. Għalhekk, l-istandards tekniċi minimi li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jridu jikkonformaw magħhom u li huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(4) |
L-inġenji tal-ajru tal-istat li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali jenħtieġ li jiġu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji tas-sorveljanza operabbli konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-inġenji tal-ajru ċivili stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011. Il-proċeduri u l-kundizzjonijiet relatati mal-inġenji tal-ajru tal-istat li ma jistgħux jiġu mgħammra bi transponders tar-radars sekondarji tas-sorveljanza operabbli jenħtieġ li jibqgħu dawk stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011. |
|
(5) |
Ir-rekwiżiti għall-arranġamenti formali dwar it-trasferiment tad-data tas-sorveljanza bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jenħtieġ li jiġu emendati ħalli jirriflettu x-xenarji tad-distribuzzjoni tad-data eżistenti biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data tas-sorveljanza u biex jiġu evitati limitazzjonijiet ta’ piż eċċessiv fuq il-fornitur li jwassal id-data. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru tal-istat, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-abbiltà tas-sistema Ewropea tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li tiżgura li dawk l-inġenji tal-ajru tal-istat involuti f’operazzjonijiet u f’taħriġ sensittivi jkunu kapaċi joperaw bl-għoti ta’ kodiċijiet SSR diskreti, u għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
It-tifqigħa tal-pandemija tal-virus tal-Covid-19 u l-impatt li rriżulta fuq is-settur tal-avjazzjoni wasslu għal ostakli mhux prevedibbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom sabiex l-inġenji tal-ajru jkunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011. B’riżultat ta’ dan, l-iskadenza għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru stabbilita fl-Artikolu 5(5), fl-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 jenħtieġ li tiġi posposta għas-7 ta’ Diċembru 2020, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali f’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(3) u 7(4) li għandhom japplikaw għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 jitħassar; |
|
(3) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “5. Sas-7 ta’ Diċembru 2020, l-operaturi għandhom jiżguraw li:
Il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-inġenji tal-ajru li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew u li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru bl-ewwel ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà maħruġ qabel is-7 ta’ Diċembru 2020 għandhom jikkonformaw sas-7 ta’ Ġunju 2023 mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
Għall-inġenji tal-ajru li l-kapaċità tat-transponders tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tkun temporanjament mhux operattiva, l-operaturi għandhom ikunu intitolati joperaw dawk l-inġenji tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew għal massimu ta’ tlett ijiem konsekuttivi. 6. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru mgħammra f’konformità mal-paragrafu 5 u li jkollhom massa ta’ tluq massima ċċertifikata li taqbeż il-5 700 kg jew kapaċità massima ta’ tajran b’veloċità moderata reali fl-arja ta’ iktar minn 250 knot, joperaw b’diversi antenni, bi prestazzjoni minima kif preskritt fil-paragrafu 3.1.2.10.4 tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Volum IV, it-Tielet Edizzjoni, inkluż l-emendi kollha sa Nru 77.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 7 jitħassar; |
|
(5) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jitħassar; |
|
(6) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jitħassar; |
|
(7) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għoti tal-indirizzi ICAO ta’ 24 bit tal-inġenji tal-ajru lill-inġenji tal-ajru mgħammra bi transponder tal-Mod S ikun konformi mal-Kapitolu 9 u mal-appendiċi tiegħu tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Volum III, it-Tieni Edizzjoni, inkluż l-emendi kollha sa Nru 90.”; |
|
(8) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux iktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2020, l-inġenji tal-ajru tal-istat jikkonformaw mal-punt (a) tal-Artikolu 5(5). 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux iktar tard mis-7 ta’ Diċembru 2020, l-inġenji tal-ajru tal-istat tat-tip tat-trasport jikkonformaw mal-punt (c) tal-Artikolu 5(5).”; |
|
(9) |
fl-Artikolu 8, jiddaħħal il-paragrafu 8 li ġej: “8. Għall-inġenji tal-ajru tal-istat li l-kapaċità tat-transponders tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 tkun temporanjament mhux operattiva, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jippermettu lil dawk l-inġenji tal-ajru joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew għal massimu ta’ tlett ijiem konsekuttivi.”; |
|
(10) |
l-Artikolu 14 jitħassar; |
|
(11) |
jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej: “Artikolu 14a Pjanijiet tat-Titjiriet L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru tal-istat mhux mgħammra kkomunikati skont l-Artikolu 8(3) u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru mhux mgħammra skont l-Artikolu 5(5) li joperaw fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, għandhom jinkludu l-indikaturi SUR/EUADSBX jew SUR/EUEHSX jew SUR/EUELSX jew kombinazzjoni tagħhom, fil-Punt 18 tal-pjan tat-titjira.”; |
|
(12) |
L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35).
ANNESS I
Il-punt 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Parti C hija emendata kif ġej:
|
ANNESS III
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1207/2011 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IV
Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ arranġamenti formali msemmija fl-Artikolu 5(2)
L-arranġamenti formali bejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għall-iskambju jew għall-forniment tad-data tas-sorveljanza għandhom jinkludu l-kontenut minimu li ġej:
|
(a) |
il-partijiet għall-arranġamenti; |
|
(b) |
il-perjodu ta’ validità tal-arranġamenti; |
|
(c) |
l-ambitu tad-data tas-sorveljanza; |
|
(d) |
is-sorsi tad-data tas-sorveljanza; |
|
(e) |
il-format tal-iskambju tad-data tas-sorveljanza; |
|
(f) |
il-punt tal-konsenja tas-servizz tad-data tas-sorveljanza; |
|
(g) |
il-livelli tas-servizz li sar qbil fuqhom fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:
|
|
(h) |
il-proċeduri tal-ġestjoni tal-bidliet; |
|
(i) |
l-arranġamenti għar-rappurtar fir-rigward tal-prestazzjoni u d-disponibilità inkluż f’każ ta’ interruzzjoni mhux prevista tas-servizz; |
|
(j) |
l-arranġamenti għall-ġestjoni u għall-koordinazzjoni; |
|
(k) |
l-arranġamenti għas-salvagwardja u għan-notifika tal-katina ta’ sorveljanza bbażata fuq l-art. |