02018D0954 — MT — 09.10.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/954

tal-4 ta' Lulju 2018

li tistabbilixxi ċertu miżuri protettivi kontra t-tixrid tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2018) 4374)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 168 5.7.2018, p. 7)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1499 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-8 ta' Ottubru 2018

  L 253

76

9.10.2018




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/954

tal-4 ta' Lulju 2018

li tistabbilixxi ċertu miżuri protettivi kontra t-tixrid tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument C(2018) 4374)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċertu miżuri protettivi kontra t-tixrid tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar fl-Unjoni.

Tapplika għall-annimali ruminanti żgħar u għas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' dawk l-annimali, u għal ċerti prodotti derivati minn dawk l-annimali.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“annimali ruminanti żgħar” : tfisser kwalunkwe annimal tal-ispeċijiet ovini u kaprini;

(b)

“prodotti sekondarji mill-annimali” : tfisser prodotti sekondarji mill-annimali kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(c)

“prodotti derivati” : tfisser prodotti derivati kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Artikolu 3

Il-Bulgarija għandha tipprojbixxi l-konsenja tal-prodotti li ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness lejn partijiet oħra tal-Bulgarija, lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi:

(a) annimali ruminanti żgħar;

(b) is-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali ruminanti żgħar.

▼M1

Artikolu 3a

1.  Il-Bulgarija għandha tipprojbixxi li jintbagħtu l-komoditajiet li ġejjin fiż-żoni elenkati fl-Anness:

(a) annimali ruminanti żgħar;

(b) is-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali ruminanti żgħar.

2.  Bħala deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (1) ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-movimenti ta' ruminanti żgħar għal destinazzjoni li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness, sakemm l-azjenda ta' oriġini ma tkunx suġġetta għal kwalunkwe waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar u sakemm ir-ruminanti żgħar ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Ir-ruminanti żgħar kollha fl-azjenda ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tal-kunsinna u ma wrew l-ebda sintomu kliniku tal-pesta tal-annimali ruminanti żgħar;

(b) Ir-ruminanti żgħar jintbagħtu direttament lejn biċċerija magħżula mill-awtorità kompetenti li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness, sabiex jinqatlu immedjatament;

(c) Ir-ruminanti żgħar ġew suġġetti għal test dijanjostiku għas-sejba ta' antikorpi kontra l-pesta tal-annimali ruminanti żgħar, b'riżultati negattivi, mhux aktar minn 7 ijiem qabel id-data tal-kunsinna;

(d) Stħarriġ seroloġiku twettaq fl-azjenda ta' oriġini, mhux aktar minn 14-il jum qabel id-data tal-kunsinna, li kien jinvolvi kampjunar ta' numru suffiċjenti ta' annimali ruminanti żgħar sabiex jidentifika tal-inqas seroprevalenza ta' 5 % b'livell ta' fiduċja ta' 95 %, b'riżultati negattivi.

▼B

Artikolu 4

1.  Il-Bulgarija għandha tipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti li ġejjin minn barra ż-żoni elenkati fl-Anness, meta dawn il-prodotti jkunu prodotti minn ruminanti żgħar li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness:

(a) laħam frisk;

(b) laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam prodotti mil-laħam imsemmi fil-punt (a);

(c) prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u intestini, ilkoll trattati għall-konsum mill-bniedem, magħmulin mil-laħam imsemmi fil-punt (a), minbarra dawk li jkunu ġew trattati biex jiġu eliminati ċerti riskji tas-saħħa tal-annimali skont l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE ( 3 );

(d) ħalib u prodotti tal-ħalib mhux trattati, minbarra dawk li jkunu ġew trattati f'kontenituri magħluqa b'mod ermetiku b'valur F0 ta' 3,00 jew aktar, kif deskritt fl-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE;

(e) prodotti li fihom il-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (d);

(f) prodotti sekondarji mill-annimali.

2.  B'deroga mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(f) ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-konsenja, taħt superviżjoni uffiċjali, ta' prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu maħsubin biex jiġu pproċessati fi prodotti derivati jew biex jinqerdu, f'impjant approvat minnha għal dan l-iskop fit-territorju tal-Bulgarija, skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/911 titħassar.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

▼M1




ANNESS

Il-provinċji li ġejjin fil-Bulgarija:

— il-provinċja ta' Yambol,

— il-provinċja ta' Burgas,

— il-provinċja ta' Haskovo.



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).