|
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/67 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006
(2009/189/KE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007) 1056 – C6-0390/2007, SEC(2007) 1055 – C6-0362/2007) (2),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006 (3),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza tal-2005 (COM(2007) 538, COM(2007) 537), u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni – Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza tal-2005 (SEC(2007) 1185, SEC(2007) 1186),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Riżultati tal-Politika fl-2006” (COM(2007) 67),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006” (COM(2007) 274),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007) 280), u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007) 708),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti tal-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti tal-Awdituri (COM(2007) 118),
wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006) 194),
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-mudell ta' “verifika waħda” (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern) (4),
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005) 252),
wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006) 9), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007) 86), u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007) 311),
wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali tal-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' tal-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi tal-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika (5),
wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008) 97),
wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008) 110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008) 259),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006, kif ukoll it-tweġibiet tal-Aġenzija (6),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (7),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5855/2008 – C6-0083/2008),
wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji (9), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji eżekuttivi li jsegwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (10), u b'mod partikulari l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 66 u tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/20/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti”, biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (11),
wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),
|
A. |
billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda, |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2006; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 29.
(4) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
(6) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 18.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.