|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/66 |
16.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/66
tat-13 ta’ Jannar 2025
li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv ta’ stokkijiet oħra fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2023 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2022/2090 (2), (UE) 2023/194 (3) u (UE) 2023/195 (4). |
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2024 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2023/194, (UE) 2023/2638 (5), (UE) 2024/257 (6) u (UE) 2024/259 (7). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni trid tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2407 (8) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet tal-ħut fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel. |
|
(5) |
Madankollu, għal ċerti Stati Membri, jiġifieri d-Danimarka, Spanja, in-Netherlands, il-Polonja u l-Portugall, ċertu tnaqqis ma setax isir bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 mill-kwoti tas-sajd allokati għall-istokkijiet mistada b’mod eċċessiv, għaliex il-kwoti għal dawn l-istokkijiet mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2024. |
|
(6) |
L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista’ jsir tnaqqis b’rabta mal-istokk mistad b’mod eċċessiv fis-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar sajd eċċessiv minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwota disponibbli għal dak l-istokk tal-ħut, jista’ jsir tnaqqis b’rabta ma’ stokkijiet oħra fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(7) |
Skont il-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (9) (“il-Linji Gwida”) tali tnaqqis preferibbilment jenħtieġ li jsir mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd eċċessiv mill-kwota. |
|
(8) |
L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati fir-rigward ta’ ċertu tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati għal stokkijiet oħrajn minbarra dawk li ġew mistada b’mod eċċessiv. Għalhekk, jixraq li jsir tnaqqis minn dawk il-kwoti tas-sajd alternattivi allokati lil dawk l-Istati Membri fl-2024. |
|
(9) |
F’ċerti każijiet, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd konklużi f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) ippermettew tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-istess stokkijiet fil-qafas tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407. |
|
(10) |
Barra minn hekk, jidher li ċertu tnaqqis previst bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 jeċċedi l-kwoti adattati disponibbli fis-sena 2024 u, b’riżultat ta’ dan, ma jistax isir kollu f’dik is-sena. F’dawk il-każijiet, skont il-punt 2 tal-Linji Gwida, it-tnaqqis sar sal-limitu sħiħ tal-kwota disponibbli u l-ammonti li jifdal jenħtieġ li jitnaqqsu mill-kwota adattata disponibbli fis-snin sussegwenti sakemm jitħallas lura l-ammont sħiħ ta’ sajd eċċessiv. |
|
(11) |
Fl-2023, il-Ġermanja qabżet il-kwota tagħha għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 (OTH/1N2AB.) b’1,320 tunnellata. Barra minn hekk, jibqa’ tnaqqis ta’ 19,997 tunnellata wara s-sajd, mill-Ġermanja, li qabeż il-kwota tagħha tal-OTH/1N2AB. fl-2022, f’konformità mal-punt 2 tal-Linji Gwida. Permezz tal-posta elettronika datata l-1 ta’ Lulju 2024, il-Ġermanja talbet li t-tnaqqis dovut, jiġifieri l-21,317 tunnellata, jitqassam fuq tliet snin. Meta jitqies li, f’konformità mal-punt 3(b) tal-Linji Gwida, ħlas lura aktar bil-mod jista’ jkun eċċezzjonalment possibbli meta l-istokk ikkonċernat jinqabad f’sajd imħallat u telf sinifikanti tal-kwota jipprevjeni l-isfruttament tal-ispeċijiet assoċjati f’dik il-qabda tas-sajd imħallat, din it-talba tista’ tiġi aċċettata. Għalhekk, it-tnaqqis annwali applikabbli għall-kwota Ġermaniża tal-OTH/1N2AB. jammonta għal 7,106 tunnellata fl-2024 u fl-2025 u għal 7,105 tunnellata fl-2026, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe adattament ulterjuri tal-kwota. |
|
(12) |
Wara bidliet fid-definizzjoni taż-żona tal-istokkijiet stabbilita fir-Regolament (UE) 2024/257, it-tnaqqis applikabbli għad-Danimarka għas-sajd eċċessiv tal-merluzz tal-linja sewda fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a (HAD/*03 A-C) fis-sena 2023 issa jenħtieġ li jiġi applikat fuq il-kwota tal-2024 għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żona 3a (HAD/*03 A.). |
|
(13) |
Il-punt 1 tal-Linji Gwida jiddikjara li, fejn applikabbli, l-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis f’każ li tinqabeż waħda mill-kwoti għall-istokkijiet ġestiti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd trid tiġi adattata għall-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis ta’ dawn l-istokkijiet stabbilita fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernati. Ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) għall-konservazzjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku (11) tipprevedi li kwalunkwe qbiż tal-kwota annwali aġġustata fis-sena 2023 irid jitnaqqas mill-kwota/mil-limitu tal-qbid għall-2025. Abbażi ta’ dan, it-tnaqqis — inkluż dak li jirriżulta minn fatturi ta’ multiplikazzjoni applikabbli — minħabba s-sajd eċċessiv fl-2023 għall-istokk tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N (SWO/AN05N), ġestit mill-ICCAT, jenħtieġ li jiġi applikat fl-2025. Konsegwentement, it-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2023, mill-Portugall, tal-kwota tiegħu għal SWO/AN05N jenħtieġ li jsir fuq il-kwota tiegħu għall-2025. Barra minn hekk, it-tnaqqis li għandu jsir minħabba s-sajd eċċessiv, fl-2023, minn Franza tal-kwota allokata lil “Stati Membri oħra” — inkluża Franza — esklużivament għall-qabdiet aċċessorji tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N (SWO/AN05N_AMS) jenħtieġ li jsir fuq il-kwota allokata lil Franza għall-2025. |
|
(14) |
Bl-istess mod, ir-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT li tistabbilixxi programm ta’ restawr għall-marlin blu (12) tipprevedi li kwalunkwe qbiż tal-limiti annwali tal-ħatt l-art stabbiliti għas-sena 2023 irid jitnaqqas mil-limiti tal-ħatt l-art matul l-2025. Għalhekk, jenħtieġ li jsir it-tnaqqis stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2023, minn Spanja, tal-kwota tagħha għall-istokk tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku (BUM/ATLANT) fuq il-kwota tagħha għall-2025. |
|
(15) |
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407, sar żball tipografiku fir-rigward tal-ammont tat-tnaqqis applikabbli minħabba s-sajd eċċessiv, mill-Polonja, tal-kwota għall-kavall fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3a, 3b, 3c u 3d; l-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; l-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit taż-żona 4; l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a (MAC/2A34-N). L-ammont li jrid jitnaqqas jenħtieġ li jinqara 636,225 minflok 636,275 tunnellata. |
|
(16) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(17) |
Jista’ jkun hemm aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet kemm-il darba jinstabu żbalji, ommissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid li l-Istati Membri jiddikjaraw skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kemm fl-eżerċizzji attwali kif ukoll f’dawk ta’ qabel. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għas-sena 2024 fir-Regolamenti (UE) 2023/194, (UE) 2023/2638, (UE) 2024/257 u (UE) 2024/259, imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandhom jitnaqqsu billi jiġi applikat it-tnaqqis fuq l-istokkijiet alternattivi stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2090 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2023 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ibħra oħrajn (ĠU L 281, 31.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2090/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/194/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/195/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2638 tal-20 ta’ Novembru 2023 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2024 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L, 2023/2638, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2638/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2407 tat-13 ta’ Settembru 2024 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2024 minħabba s-sajd eċċessiv fis-snin ta’ qabel (ĠU L, 2024/2407, 16.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2407/oj).
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 (2022/C 369/03) (ĠU C 369, 27.9.2022, p. 3).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).
(11) Ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni supplimentari 21-02 li testendi u temenda r-Rakkomandazzjoni 17-02 għall-konservazzjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku (https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2022-03-e.pdf).
(12) Ir-Rakkomandazzjoni 19-05 tal-ICCAT biex jiġu stabbiliti programmi ta’ restawr għall-marlin blu u għall-marlin abjad/il-pastardella imperjali (https://www.iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2019-05-e.pdf).
ANNESS I
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2024 LI JRID JIĠI APPLIKAT FUQ STOKKIJIET ALTERNATTIVI
|
STOKKIJIET MISTADA B’MOD EĊĊESSIV |
|
STOKKIJIET ALTERNATTIVI |
||||||||||
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2024 għall-istokk mistad b’mod eċċessiv (f’tunnellati) |
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwantità li trid titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2024 għall-istokkijiet alternattivi (f’tunnellati) |
|
DNK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
4,288 |
|
DNK |
HER |
1/2- |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
4,288 |
|
ESP |
HAD |
1N2AB. |
Merluzz tal-linja sewda |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
125,133 |
|
ESP |
HER |
1/2- |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
12,131 |
|
RED |
N3O. |
Sebasti |
Iż-żona 3O tan-NAFO |
129,887 |
||||||||
|
ESP |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
117,194 |
|
ESP |
RED |
N3O. |
Sebasti |
Iż-żona 3O tan-NAFO |
100,947 |
|
ESP |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
14,306 |
|
ESP |
HER |
1/2- |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
14,306 |
|
ESP |
SOL |
7HJK. |
Lingwata komuni |
7h, 7j u 7 k |
18,682 |
|
ESP |
SRX |
67AKXD |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tar-Renju Unit u tal-Unjoni taż-żoni 6a, 6b, 7a-c u 7e-k |
18,682 |
|
NLD |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
13,060 |
|
NLD |
HER |
1/2- |
Aringa |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 |
13,060 |
|
POL |
MAC |
2A34-N. |
Kavall |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3a, 3b, 3c u 3d; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; L-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit taż-żona 4; L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a |
636,225 |
|
POL |
HER |
3D-R30 |
Aringa |
L-ilmijiet tal-Unjoni tas-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 |
636,225 |
|
PRT |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
64,738 |
|
PRT |
RED |
N3O. |
Sebasti |
Iż-żona 3O tan-NAFO |
59,529 |
|
PRT |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
18,012 |
|
PRT |
RED |
N3O. |
Sebasti |
Iż-żona 3O tan-NAFO |
25,391 |
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2407 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2024 GĦALL-ISTOKKIJIET MISTADA B’MOD EĊĊESSIV
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Kwota oriġinali għall-2023 (f’tunnellati) |
Ħatt l-art permess għall-2023 (Kwantità adattata totali f’tunnellati) (1) |
Qabdiet totali li saru fl-2023 (kwantità f’tunnellati) |
Il-konsum tal-kwota relatat mal-ħatt l-art permess għall-2023 |
Sajd eċċessiv relatat mal-ħatt l-art permess għall-2023 (kwantità f’tunnellati) |
Fattur ta’ multiplikazzjoni (2) |
Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5) (kwantità f’tunnellati) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2024 (6) u għas-snin ta’ wara (kwantità f’tunnellati) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2024 għall-istokkijiet mistada b’mod eċċessiv (7) (kwantità f’tunnellati) |
Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2024 għall-istokkijiet alternattivi (kwantità f’tunnellati) |
Li jrid jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2025 u għas-sena/snin ta’ wara (kwantità f’tunnellati) |
|
|
DE |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
89,000 |
89,000 |
90,320 |
101,48 % |
1,320 |
/ |
/ |
19,997 |
21,317 |
7,106 |
/ |
14,211 (8) |
|
DK |
HAD |
*03 A-C (9) |
Merluzz tal-linja sewda |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a (9) (kundizzjoni speċjali għal HAD/2AC4.) |
249,500 |
271,800 |
325,598 |
119,79 % |
53,798 |
1,00 |
C |
/ |
80,697 |
80,697 |
/ |
/ |
|
DK |
HAD |
03 A. |
Merluzz tal-linja sewda |
3a |
2 892,000 |
2 682,402 |
2 732,065 |
101,85 % |
49,663 |
/ |
C (10) |
/ |
49,663 |
49,663 |
/ |
/ |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
4,288 |
Mhux applikabbli |
4,288 |
1,00 |
/ |
/ |
4,288 |
/ |
4,288 |
/ |
|
DK |
WHB |
1X14 |
Stokkafixx |
L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 |
61 646,000 |
77 238,647 |
82 097,607 |
106,29 % |
4 858,960 |
/ |
/ |
/ |
4 858,960 |
4 858,960 |
/ |
/ |
|
ES |
ALB |
MED |
Alonga tal-Mediterran |
Il-Baħar Mediterran |
103,030 |
133,030 |
135,312 |
101,72 % |
2,282 |
/ |
/ |
/ |
2,282 |
2,282 |
/ |
/ |
|
ES |
BUM |
ATLANT |
Marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
22,770 |
49,770 |
55,108 |
110,72 % |
5,338 (11) |
1,00 |
/ |
/ |
Mhux applikabbli (11) |
Mhux applikabbli (11) |
/ |
5,338 |
|
ES |
COD |
1N2AB. |
Bakkaljaw |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
2 321,000 |
2 562,590 |
2 562,586 |
100,00 % |
–0,004 (12) |
/ |
/ |
60,063 |
60,063 |
60,063 |
/ |
/ |
|
ES |
GHL |
N3LMNO |
Ħalibatt ta’ Greenland |
3LMNO tan-NAFO |
4 162,000 |
4 607,124 |
4 666,576 |
101,29 % |
59,452 |
/ |
/ |
/ |
59,452 |
59,452 |
/ |
/ |
|
ES |
HAD |
1N2AB. |
Merluzz tal-linja sewda |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
2,636 |
86,058 |
3 264,72 % |
83,422 |
1,00 |
A |
/ |
125,133 |
/ |
Ekwivalenti għal 125,133 |
/ |
|
ES |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
78,129 |
Mhux applikabbli |
78,129 |
1,00 |
A |
/ |
117,194 |
/ |
Ekwivalenti għal 117,194 |
/ |
|
ES |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
14,306 |
Mhux applikabbli |
14,306 |
1,00 |
/ |
/ |
14,306 |
/ |
14,306 |
/ |
|
ES |
RJU |
8-C. |
Raja ondjata |
l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 8 |
10,000 |
10,000 |
12,138 |
121,38 % |
2,138 |
1,00 |
/ |
/ |
2,138 |
0,032 |
/ |
2,106 |
|
ES |
RJU |
9-C. |
Raja ondjata |
l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9 |
15,000 |
20,000 |
24,008 |
120,04 % |
4,008 |
1,00 |
/ |
1,348 |
5,356 |
5,356 |
/ |
/ |
|
ES |
SOL |
7HJK. |
Lingwata komuni |
7h, 7j u 7k |
/ |
2,500 |
15,458 |
618,32 % |
12,958 |
1,00 |
C |
/ |
19,437 |
0,755 |
18,682 |
/ |
|
ES |
SOL |
8AB. |
Lingwata komuni |
8a u 8b |
6,000 |
7,000 |
19,988 |
285,54 % |
12,988 |
1,00 |
C |
/ |
19,482 |
0 |
/ |
19,482 |
|
FR |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
16,600 |
20,889 |
125,84 % |
4,289 |
1,00 |
/ |
/ |
4,289 |
4,289 |
/ |
/ |
|
FR |
HAD |
1N2AB. |
Merluzz tal-linja sewda |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
150,000 |
171,060 |
179,080 |
104,69 % |
8,020 |
/ |
/ |
/ |
8,020 |
8,020 |
/ |
/ |
|
FR |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
36,000 |
36,000 |
44,547 |
123,74 % |
8,547 |
1,00 |
/ |
/ |
8,547 |
8,547 |
/ |
/ |
|
FR |
RJE |
7FG. |
Raja għewejna |
7f u 7 g |
24,000 |
10,701 |
23,296 |
217,70 % |
12,595 |
1,00 |
/ |
/ |
12,595 |
12,595 |
/ |
/ |
|
FR |
SWO |
AN05N_AMS |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N |
129,840 (13) |
129,840 (13) |
161,053 |
124,03 % |
31,213 (11) |
1,00 |
/ |
/ |
Mhux applikabbli (11) |
Mhux applikabbli (11) |
/ |
31,213 |
|
IT |
ARA |
GF19-21 |
Gamblu blu u aħmar |
Is-subżoni ġeografiċi 19-20-21 (il-Baħar Jonju) |
250,000 |
250,000 |
259,823 |
103,93 % |
9,823 |
/ |
/ |
/ |
9,823 |
9,823 |
/ |
/ |
|
NL |
POK |
1N2AB. |
Pollakkju iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
21,593 |
34,653 |
160,48 % |
13,060 |
1,00 |
/ |
/ |
13,060 |
/ |
13,060 |
/ |
|
PL |
MAC |
2A34-N |
Kavall |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3a, 3b, 3c u 3d; L-ilmijiet tar-Renju Unit taż-żona 2a; L-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit taż-żona 4; L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 2a u 4a |
/ |
/ |
254,490 |
Mhux applikabbli |
254,490 |
2,00 |
A |
/ |
636,225 |
/ |
636,225 |
/ |
|
PT |
BET |
ATLANT |
Tonn obeż |
L-Oċean Atlantiku |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
184,048 (14) |
184,048 (14) |
184,048 (14) |
/ |
/ |
|
PT |
GHL |
1N2AB. |
Ħalibatt ta’ Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
64,738 |
Mhux applikabbli |
64,738 |
1,00 |
/ |
/ |
64,738 |
/ |
Ekwivalenti għal 64,738 |
/ |
|
PT |
JAX |
08C. |
Sawrell |
8c |
188,000 |
100,000 |
101,605 |
101,60 % |
1,605 |
/ |
/ |
/ |
1,605 |
0 |
/ |
1,605 |
|
PT |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħra |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
/ |
/ |
18,012 |
Mhux applikabbli |
18,012 |
1,00 |
/ |
/ |
18,012 |
/ |
Ekwivalenti għal 18,012 |
/ |
|
PT |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
50,792 (15) |
50,792 (15) |
50,792 (15) |
/ |
/ |
|
PT |
SWO |
AN05N |
Pixxispad |
L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N |
1 155,830 |
1 930,090 |
1 966,680 |
101,90 % |
36,590 (11) |
/ |
/ |
/ |
Mhux applikabbli (11) |
Mhux applikabbli (11) |
/ |
36,590 |
|
PT |
SRX |
89-C. |
Rebekkini u raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9 |
1 696,000 |
1 551,000 |
1 573,265 |
101,44 % |
22,265 |
/ |
/ |
/ |
22,265 |
22,265 |
/ |
/ |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-trasferimenti tal-kwoti mill-2022 għall-2023 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj) jew mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Għandu japplika tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 fil-każijiet kollha tas-sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dment li s-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” tindika li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba s-sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2021, fl-2022 u fl-2023. L-ittra ‘C’ turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.
(5) Il-kwantitajiet li jifdal mis-sena/snin ta’ qabel.
(6) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2024.
(7) It-tnaqqis li għandu jsir fl-2024 li jista’ jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fit-23 ta’ Settembru 2024.
(8) Li jrid jinfirex matul is-snin 2025 (7,106 tunnellata) u 2026 (7,105 tunnellata) wara t-talba tal-Ġermanja li t-tnaqqis ta’ 21,317 tunnellata previst fl-2024 jinfirex b’mod ugwali fuq perjodu ta’ tliet snin (2024, 2025 u 2026).
(9) Li jrid jitnaqqas mill-kwota għall-merluzz tal-linja sewda fiż-żona 3a (HAD/*03 A.) wara bidla fil-kodiċi tal-istokk u fid-definizzjoni taż-żona.
(10) Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ma jkunx applikabbli peress li s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(11) Li jrid jitnaqqas fl-2025 f’konformità mar-Rakkomandazzjoni rilevanti tal-ICCAT.
(12) Peress li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 mhuwiex applikabbli għal dan l-istokk, din il-kwantità mhux użata ma tistax tintuża biex jitbaxxa t-tnaqqis previst fl-2024.
(13) Kwota tal-qabdiet aċċessorji disponibbli għal “Stati Membri oħra” fosthom Franza.
(14) Minħabba s-sajd eċċessiv fl-2022 f’konformità mal-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis stabbilita bir-Rakkomandazzjoni 22-01 mill-ICCAT li tistabbilixxi li l-qbiż tal-limitu tal-qbid annwali għat-tonn obeż fl-2022 għandu jitnaqqas mil-limitu tal-qbid annwali għall-2024.
(15) Minħabba s-sajd eċċessiv fl-2022 f’konformità mal-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis stabbilita bir-Rakkomandazzjoni 22-03 mill-ICCAT li tistabbilixxi li kwalunkwe qbiż tal-kwota annwali aġġustata fl-2022 għandu jitnaqqas mil-limitu rispettiv tal-kwota/tal-qbid għall-2024.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/66/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)