Official Journal L 026 , 02/02/2000 P. 0013 - 0017
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 1999 li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u agrikoltura li ijoriġinaw fil-Pakistan (notifikata bid-dokument numru K (1999) 4754) (Test b’relevanza ŻEE) (2000/83/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, Billi: (1) grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni wettaq żjara ta’ spezzjoni fil-Pakistan biex jivverifika il-kondizzjonijiet li bihom prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità; (2) id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Pakistan dwar spezzjonijiet ta’ saħħa u monitorjar ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE; (3) Fil-Pakistan id-Dipartiment tas-Sajd fil-Baħar (MFD) tal-Ministeru ta’ l-Ikel, Agrikoltura u t-Trobbija ta’ l-Annimali huwa kapaċi li effettivament jivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; (4) il-proċedura għall-akkwist taċ-ċertifikat tas-saħħa riferit fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha wkoll tkopri d-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġijiet minimi fir-rigward ta’ l-ilsien/ilsna li fihom għandu jiġi miktub u l-grad ta’ l-uffiċjal li jkollu s-setgħa li jiffirmah; (5) skond l-artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tkun turi l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ oriġini; (6) skond l-artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti approvati/reġistrati, bastimenti fabbrika, jew imħażen tal-friża għandha titħejja; billi lista tal-bastimenti friża reġistrati fis-sens tad-Direttiva 92/48/KEE [3] għandha titħejja; billi dawn il-listi għandhom jitħejjew fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-MFD lill-Kummissjoni; billi għandha għalhekk tkun l-MFD li tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet preskritti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE; (7) l-MFD pprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali fir-rigward tal-konformità mar-regoli li hemm fil-Kapitolu V ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/493/KEE, u fir-rigward tat-twettieq tal-ħtiġijiet ekwivalenti ma’ dawk stipulati f’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti, bastimenti fabbrika, mħażen tal-friża jew bastimenti friża ta’ oriġini; (8) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Dipartiment tas-Sajd fil-Baħar (MFD) tal-"Ministeru ta’ l-Ikel Agrikoltura u Annimali Mrobbija" għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Pakistan għall-ivverifikar u ċertifikar tal-konformita ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE. Artikolu 2 Prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Pakistan għandhom ikunu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin: 1. kull konsenja għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat numerat oriġinali tas-saħħa, mimli kif imiss, iffirmat, datat u li jkun magħmul minn paġna waħda skond il-mudell fl-Anness A hawn mehmuż; 2. il-prodotti għandhom ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbriki, imħażen tal-friża jew bastimenti tal-friża reġistrati elenkati fl-Anness B hawn mehmuż; 3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati bil-kwantità u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel priżervat, il-pakketti kollha għandhom iġorru l-kelma "Pakistan" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ oriġini b’ittri li ma jitħassrux. Artikolu 3 1. Iċ-ċertifikati riferiti fl-Artikolu 2(1) għandhom ta’ l-anqas jitħejjew f’ilsien uffiċċjali wieħed ta’ l-Istat Membru fejn jitwettqu l-verifiki. 2. Iċ-ċertifikati għandhom ikollhom l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant ta’ l-MFD u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ ċertifikar ieħor. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41. -------------------------------------------------- L-ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS B LISTA TA' STABBILIMENTI APPROVATI Numru | Isem | Indirizz | TEC/03/87 | Mekran Fisheries (PVT) Ltd | West Wharf — Karachi | TEC/07/87 | M/S A.G. Fisheries (PVT) Ltd | West Wharf — Karachi | TEC/21/90 | M/S Pak Exports | West Wharf — Karachi | TEC/52/93 | M/S Long Wharf Seafood | West Wharf — Karachi | TEC/61/94 | M/S Spectrum Fisheries Ltd | West Wharf — Karachi | TEC/65/94 | M/S Coastal Sea Foods | West Wharf — Karachi | TEC/71/95 | M/S Sea Miles International | West Wharf — Karachi | TEC/58/94 | M/S Marine Food Industries (PVT) Ltd | Korangi Creek — Karachi | TEC/22/90 | M/S People Fisheries (PVT) Ltd | West Wharf — Karachi | --------------------------------------------------