1992R2145 — MT — 01.01.2007 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2145/92 tad-29 ta’ Lulju 1992 (ĠU L 214, 30.7.1992, p.20) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3304/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 |
L 341 |
48 |
30.12.1994 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1950/2005 tat-28 ta’ Novembru 2005 |
L 312 |
18 |
29.11.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1996/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 |
L 398 |
1 |
30.12.2006 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2145/92
tad-29 ta’ Lulju 1992
li jerġa’ jiddefenixxi mill-ġdid iż-żoni ta’ destinazzjoni għal rifużjonijiet ta’ mposti ta’ esportazzjoni u ċerti liċenzi ta’ esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 1 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1738/92 ( 2 ), u b’mod partikulari l-Artikolu 16(6) tiegħu,
Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross ( 3 ), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 674/92 ( 4 ), u b’mod partikukari l-Artikolu 17(6) tiegħu,
Billi r-Regalemnt tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1124/77 ( 5 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3049/89 ( 6 ) li jistabilixxi ż-żoni ta’ destinazzjoni bil-għan li jistabbilixxi r-rifużjoni ta’ esportazzjoni u imposti għal ċereali u ross;
Billi l-bidliet ekonomiċi fil-Blokk tal-Lvant, jiġifieri x-xoljiment ta’ l-Unjoni Sovjetika u l-Jugoslavja f’pajjiżi indipendenti, jeħtieġu aġġornar fiż-żoni ta’ destinazzjoni kif stipulati fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1124/77; billi f’dak l-Anness l-Unjoni Sovjetika u l-Jugoslavja għandhom jitbiddlu mal-pajjiżi li ħarġu minnhom; billi l-opportunità għandha tittieħed ukoll biex terġa’ tiġbor il-pajjiżi f’żoni I, II, III u VIII;
Billi għaċ-kjarezza r-Regolament (KEE) Nru 1124/77 għandu jitħassar u d-disposizzjopnijiet tiegħu għandhom jittieħdu fir-Regolament preżenti;
Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaċ-Ċereali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iż-żoni ta’ destinazzjoni li għandhom jintużaw għall-għan biex jitwaqqfu rifużjonijiet ta’esportazzjoni ddifferenzijati u imposti ta’ prodotti elenkati taħt (a), (b) u (ċ) fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ l- (KEE) Nru 2727/75 u taħt (a) u (b) fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ l- (KEE) Nru 1418/76 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Ir-Regoalment (KEE) Nru 1124/77 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta’ Awissu 1992.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
Żona I
Il-Morokk
L-Alġerija
It-Tuniżija
(ċ) Il-Libja
Żona II
▼M2 —————
Ir-Russja (Tramuntana)
Il-Belarus
Żona III
Bożnja-Ħerzegovina
Il-Kroazja
▼M2 —————
It-territorju ta’ l-ex-Jugożlavja minbarra s-Slovenja, il-Kroazja u l-Bożnja-Ħerzegovina
Ir-Russja (Nofsinhar)
L-Armenja
Il-Ġorġja
L-Ażerbajġan
Il-Moldavja
L-Ukrajna
Il-Każakstan
Il-Kirgistan
L-Użbekistan
It-Taġikistan
It-Turkmenistan
Żona IV
Il-Messiku
Pajjiżi u territorji ta’ l-Amerika Ċentrali (minbarra pajjiżi ta’ l-ACP)
(b) Il-Greater u Lesser Antilles u Bermuda (minbarra pajjiżi ta’ l-ACP, Puerto Rico u l-OCT)
(ċ) Pajjiżi u territorji ta’ l-Amerika ta’ Isfel (Il-Kosta ta’ l-Atlantiku, barra minn l-OCT)
(d) Pajjiżi u territorji ta’ l-Amerika ta’ Isfel (Il-Kosta tal-Paċifiku)
Żona V
Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel
Żona VI
Pajjiżi u territorji tal-Peniżola Għarbija
Il-Ġordan
L-Iraq
L-Iran
Żona VII
L-Afganistan
Il-Pakistan
L-Indja (inkluż is-Sikkim)
In-Nepal
Sri Lanka
Il-Bangladesh
Myanmar
Il-Bhutan
Gżejjer ta’ l-Oċean Indjan (minbarra pajjiżi ta’ l-ACP u l-OCT)
It-Tajlandja
Il-Kampuċja
Il-Laos
Il-Ġappun
L-Indonesja
Il-Malasja
Il-Filippini
(ċ) Pajjiżi u territorji oħra ta’ l-Asja u l-Oċeanja (minbarra l-OCT)
L-Awstralja
New Zealand
Żona VIII
(a) (Pajjiżi ta’ l-ACP)
L-Angola
L-Antigwa u Barbuda
Il-Bahamas
Barbados
Belize
Benin
Il-Bozwana
Burkina Faso
Il-Burundi
Il-Kamerun
Cape Verde
Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali
Il-Comoros (minbarra Mayotte)
Il-Kongo
Kosta ta’ l-Ivorju
Id-Djibouti
Dominika
L-Etijopja
Il-Fiji
Il-Gabon
Il-Gambja
Il-Ghana
Il-Grenada
Il-Guinea
Il-Guinea-Bissau
Il-Guinea Ekwatorjali
Il-Gujana
Haiti
Il-Ġamajka
Il-Kenja
Il-Kiribati
Il-Lesotho
Il-Liberja
Il-Madagaskar
Il-Malawi
Il-Mali
Il-Mauritius
Il-Mawritanja
Il-Możambik
In-Namibja
In-Niġer
In-Niġerja
L-Uganda
Papua New Guinea
Ir-Repubblika Dominikana
Ir-Rwanda
St. Kittis-Nevis
St. Vincent u l-Grenadines
St. Lucia
Il-Gżejjer Salomon
Is-Samoa tal-Punent
Sao Tomé u Prinċipe
Is-Senegal
Is-Seychelles
Sierra Leone
Is-Somalja
Is-Sudan
Is-Surinam
Is-Sważiland
It-Tanzanija
Iċ-Chad
It-Togo
It-Tonga
Trinidad u Tobago
It-Tuvalu
Il-Vanuatu
Iż-Żaire
Iż-Żambja
Iż-Żimbabwe
(b) (OCT)
Il-Polineżja Franċiża
Il-Kaledonja l-Ġdida u dipendenzi tagħha
Wallis u l-Gżejjer Futuna
It-Territorji tan-Nofsinhar u ta’ l-Antartika
Saint Pierre u Miquelon
Mayotte
L-Antilles ta’ l-Olanda
L-Aruba
Greenland
L-Anguilla
Il-Gżejjer Cayman
Il-Gżejjer Falkland
Il-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar u d-dipendenzi
Turks u l-Gżejjer Caicos
Il-Gżejjer Virgin Britanniċi
Monserrat
Pitcairn
St. Helena u d-dipendenzi
It-Territorju Antartiku Britanniku
It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan
( 1 ) ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.
( 2 ) ĠU L 180, ta’ l-1.7.1992, p. 1.
( 3 ) ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.
( 4 ) ĠU L 73, tad-19.3.1992, p. 7.
( 5 ) ĠU L 134, tat-28.5.1977, p. 53.
( 6 ) ĠU L 292, tal-11.10.1989, p. 10.